top of page

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

Taqsima Numru 2

DARBA WAĦDA BISS

 

Nitkellem mall-pjanti imma ma jwieġbunix,

nitmagħhom bid-demel l’inniten kullimkien,

insaqqihom mingħajr ringrazzjament,

naqta’ l-weraq mejta,

inrawwimhom sewwa,

jikbru bil-mod wisq

bla għaġla

Jiffjorixxu darba waħda biss!

 

IL-MEJTIN ĦAJJIN

 

Qamu l-kadavri mil l-oqbra li kienu hemm midfun,

il-feriti f’gisimhom ghandhom friski,

il-hajja fallaċi kellha tgħaddi miż-żmien tar-reinkarnazzjoni;

imwielda mill-ġdid minn korpi immuffati;

il-gisem taghhom minghajr sentiment,

fid-dlam pervertit jimmarċjaw

dawn il-mejtin imma hajjin.

 

QALB ŻPROPORZJONATA

 

Fuq art ħarxa l-qalb tegħreq fit-tajn,

Tinkoraġġixxini,

waqt li l-qalb makabra ma tagħmel xejn,

saret tedjantit, tedjantit ħafna;

nipprova nigtaħ ħalqi biex ngħajjat kemm niflaħ

forsi tippenetra l-qlub ta’ xi wħud millija b’dinjità

li jemmnu u jifhmu l-uġigħ li nħoss.

 

QALB DISTORTA

 

Kieku kelli akatr fiducja,

ngħidilkom mill-ġdid,

l-istorja tiegħi li spiċċat b’qalb sfigurata;

minn episodji li ma rnexxilhiex nisplora,

lil mara li qatt ma’ltqajtx magħha,

U li kelli qalb devota għaliha

 

ORQOD TAJJEB GĦAŻIŻA TIEGĦI

 

Orqod tajjeb, għażiża tiegħi,

u oħlom mhux fuq l’inkwiet tal-passat

mhux l’argumenti li kellna qabel

oħlom biss fur l’imħabba ġdida li għanda tikber malajr.

Orqod bil-kumdità, għażiża, u oħlom biss bija

nittama li d-dmugħ tiegħi ittafilek in-niket

orqod tajjeb,maħbuba tiegħi b’hekk imħabbitna tibqa ħielsa.

Għażiża tiegħi, orqod tajjeb

ninsabu ferħanin;

iżda qed nibki; għaliex?

ma rridekx li tmut!

Il-kanċer huwa wisq krudili,

inħobbok tassew, nixtieq il-kancer ġie fuqi.

 

DAWK IX-XJANTEN ZGHAR

 

Fil-kumpanija tax-xjaten żgħar

lebsin hwejjeg sesswali u jissodisfaw il-bżonnijiet taghhom;

u aħna l-irġiel inħobbu dawn il-kreaturi

bit-tama li r-regħba sesswali tagħna timtela.

Dawn ix-xjaten, għalkemm żgħar, huma perikolużi

b'ġisimhom espost f'wiċċna;

madankollu, faħħruhom għall-isforzi biex jissodisfaw,

u dejjem issibhom fil-postijiet prominenti.

Mingħajr il-passjoni sħuna u tenera tagħhom

aħna, l-irġiel, ma nkunux sodisfatti;

l-apatija sesswali tagħna titlef ix-xewqa

u nibqghu lampa stampa..

Ladarba x-xjaten żgħar jinbidlu f'anġli żgħar

li jaċċettaw l-ugwaljanza tal-pjaċiri sesswali;

għall-fini tax-xewqat tagħna u tagħhom

jekk ma jaqblux, niffaċċjaw granet ċelibati.

Ngħolli leħni kontra l-preġudizzju

ix-xemx u l-qamar huma xhieda;

ir-riħ qawwi jniħħi d-dubji

iżda l-parzjalità ma tgħix skont il-prinċipji.

Ngħolli leħni kontra l-instabbiltà

in-nies madwar id-dinja huma l-istess;

l-ewwel u qabel kollox int innifsek

m'hemm l-ebda tmiem għall-logħba finali.

Ngħolli leħni u ngħajjat

ħadd m'għandu widnejh miftuħa biex jisma';

Jien maħnuq u ma nistax ngħid aktar kliem

qed ngħix, iva, imma fid-disperazzjoni.

Ngħolli leħni, imma ma jismani hadd

Qalbi mtertqa ghax il-pregudizzju huwa kbir.

 

THOSSOK ECCITAT

 

Il-mumenti vantaġġjużi jiġu meta tkun stmat

u meqjus għall-imħabba vera.

Għażor mill-qalb tal-mara li tiltaqa' magħha,

huwa pjaċir.

L-ispirti jagħtu sentimenti kbar

u ftehimiet romantiċi.

Mhumiex att ta' karità

imma l-imħabba hija fatt kuntent.

Jekk tinqala' emozzjoni beninna

m'hemmx bżonn ta' kompromessi.

il-manjieri ta' inkoraġġiment min-naħa l-oħra

jissolidifikaw u ma jisseparawx.

Meta jiġri mument favorevoli hawn u issa

m'hemmx bżonn ta' mistoqsijiet dwar għaliex u kif!

Għall-affarijiet tajbin kollha, joħorġu

juri l-iskop ta' benefiċċju;

m'hemmx bżonn li tinħeba

lanqas li titfejjaq.

M'hemm l-ebda leżjonijiet

u lanqas paniku għal raġunijiet loġiċi.

 

L-IMHABBA LI TAGHTI SPIN

 

Sors qawwi jinsab f'moħħi

ħajt dejjem b'saħħtu li ma jaqa' qatt;

jeżisti f'nofs it-tip ta' mibegħda

ta' dawk il-bnedmin tad-dinja li jiffrekwentaw.

Il-mibegħda hija għadu antik

tippatronizza lid-dgħajfin;

imma l-imħabba hija qawwija u kruċjali,

b'tamiet kbar fuq kollox.

Dawk li jużaw il-malizzja u jfixklu l-paci

filwaqt li ohrajn mitlufa fir-regħba;

jiġu kkontaminati faċilment

u bil-mibegħda jitimgħu.

Imħabba li tagħti spinta hija tagħna biex niksbuha

minn żgħar għal kbar ikienu lkoll l-istess;

niġġieldu kontra ċ-ċansijiet ħżiena

Jekk inċedu ikun biss tort tagħna.

Għalkemm għexna fi żminijiet perikolużi

li jhedduna indirettament moħbija;

għandna nibżgħu minn ħajjitna futura

inkella l-prinċep tad-dlam jieħu l-premju.

 

FAMILJA

 

Permezz tal-isperma, jitwieldu t-tfal

xi wħud huma tajbin, oħrajn huma ħżiena;

tewmin ta' omm imrobbija b'mod atroċi

l-omm eżawrita ukoll mdejqa.

Haxja ppjanat għal ftarbija

ir-raġel huwa għaqli;

il-mara hija ddisprata għat-tfal

biex trabbihom hija hag‘ohra

Permezz tal-isperma, jitwieldu t-tfal

haxja ppjanat għal ftarbija

wieħed mit-tnejn jinsab fl-inkwiet

li tkun infertili hija tant pallida.

Min jaf jekk uliedna qegħdin fit-triq tal-kuntentizza?

jew fit-triq ewlenija għall-miżerja?

WARD

 

Fjura attraenti u friska, ammirata ħafna,

nsibuha bajda, roża, safra u ħamra;

maħbubin ossessjonati bid-dehra mżejna tagħha

kuntrarjament għall-ġilju, il-ward huwa fjura għall-ħajjin,

mhux għall-mejtin.

Ward naturali f’hafna gonna

huma wkoll is-santwarju tan-naħal;

il-friefet itiru liberament fuqha

waqt li x-xewk jiddixxiplinaw.

 

JUM TEMPESTJUŻ

 

Sħab maltempat jinġabar

ix-xemx dan l-aħħar qed tinħeba;

xita nieżla bil-ħeffa

serp ta’sajjetta fl-ajru;

ir-ragħad tfaqqa b'mod assordanti

ir-riħ beda jonfoh u x-xita waqfet;

is-siġar bdew jiżfnu b'mod feroċi

in-nies jibqgħu ġewwa fid-dominju tas-sigurtà.

Sħab għajjenin u vojta telqu mix-xena

regghet dehret ix-xemx brillanti u friska;

ir-riħ waqaf f'daqqa wahda

it-toroq tnadfu……

jum tempestuz gurnata bhal ohrajn.

 

TRILOGIJA

 

L-imħabba saret aktar profonda

il-moħħ xtaq aktar affezzjoni;

emozzjonijiet ġenwini qrib il-qalb

flimkien għamlu konnessjoni kbira

L-imħabba kkontrollat il-moħħ

il-qalb issir aktar sostanzjali;

u triloġija tagħmel lir-raġel

imma emozzjonijiet distruttivi jitfarrku.

 

STAT TAL-MOĦĦ

 

Tisħiħ l-istat tal-għajxien, li tħassar;

l-antiċipazzjonijiet kollha ma ntlaħqux

u l-ħajja saret imdejqa.

Fir-renju ta’ fuq tal-moħħ

li jsib iċ-ċellula tal-intellett;

Jipprova ifittex dawk aspettattivi

għalija mhux se ninjora t-tislima tas-sanità.

Il-moħħ huwa r-reġjun tas-sanità;

il-fatti jintilfu posthom madwar is-sempliċità.

 

NIFTAKAR

 

Li nipposponi

il-logħba li nilghab ma shabi fi triq

din il-memorja ta' tifel zghir

waqt li l’pedofilu fuq it-triq kollu osservazzjoni.

 

F' BURDATA DEPRESSIVA

 

B’antiċipazzjoni,

kontra l-ħsibijiet ħżiena kollha

li tkun ħaj mingħajr aspettattiva

it-tama kollha titmermer bil-qalb.

F’moħħ vojt, xejn ma jitjieb

ħsibijiet ħżiena jrażżnu

il-moħħ jimblokka dak kollu li hu tajjeb

filwaqt li l-emozzjonijiet jonqsu dejjem.

Forsi għandi nidħak fuq l-istat tiegħi?

stat fix-xejn u stat fil-vojt

hajja mifhuma minni

bħala bniedem, inħossni bħal persuna mekkanika.

Ego tu u ddisprat, hekk sirt nemmen.

u hsibijiet jibqghu waħedhom;

xejn ma jista’ jrażżan id-dwejjaq

X’jiġri jekk niddeċiedi li ma nkunx imdejjaq aktar?

Nista niddeċiedi minghajr parir?

Kieku nista’ nibdel hajti se nibqa ngħix fil-miżerja?

Il-moħħ jiddetta li dak li naċċetta

jista’ jkun li s-sitwazzjonijiet tiegħi huma kontradittorji?

Il-mistoqsijiet kollha mhux imwieġba

ghalija xejn ma jimporta.

 

ĊAĦDA

 

Għaliex għandi nghix aktar minghajra?

Qalbi titloba biex tkun konnessa;

hekk kif is-sbuħija tagħha titfaċċa u r-riżultat huwa modest.

Kull talba romantika li nagħmel qed tiġi affettwata;

għalkemm l-istedina hija sinċiera u ferrieħa,

aktar ma nitlobha, niġi miċħud.

Ma nibqax nikkritika, l-verità hija cara daqs il-kristal……

…...għandi bżonn konsultazzjoni.

 

NIKKAPITOLA

 

Meta nibki bl-uġigħ u d-dwejjaq…..

…..mingħajr ferħ sinċier u sostanzjali -

- il-ġranet insapportabbli bin-niket jiddiżappunta.

B'ħafna biżgħat u wġigħ, qalbi dalwaqt tinfaqa';

waqt li moħħi qed jahrab mis-sanità,

għajnejja jaraw ir-renji tal-banalità.

U jum wara jum lil ħajti, ngħid addiju,

nittama li l-mewt tiġi u tibgħatni l-infern.

 

DISPOŻIZZJONI

 

Il-jum tal-biża’ li nhoss - għadda;

issa kuntentizza minflok!

mingħajr rogħda,

mingħajr xewqan?

Raġel dgħajjef kont;

dan iffavorixxa l-kawża tiegħi.

 

XEJN BIĊ-ĊANS

 

Dak kollu li kont injorajt,

m'għandi l-ebda ġustifikazzjoni biex jiddispjaċini;

dawk kienu għażliet imħarsa minni nnifsi,

ma kien hemm xejn x’naħfer u ninsa;

il-ħsibijiet kollha kkunsmati ġew mormija.

Dak kollu li kont ksibt,

imħabba, xewqat u preliminari;

sess temporanju li rċevejt,

xejn ma seta’ jikxef l-iskop tiegħi;

madankollu, ġejt imqarraq konxjament.

Qatt ma sibt imħabba deċenti,

dak kollu li għamilt ma kienx b’ċans;

b’ hafna memorji mejta mingħajr assuluzjoni,

waqt li niżfen iż-żifna tax-xitan b’mod fabuluż;

waqt linoqghod mindud għarwien fuq l-art iffriżata.

 

L-GĦAŻIŻA LI ĦALLETNI

 

L-maħbuba fidila telqet

ruħha taret mar-rih;

isma’ l-għajta tiegħi;

“ghaliex gejt imċaħħad?”

Fi stat ta’ dlam u diżappunt,

ma nistax nibqa’ għaddej f’jiem deplorabbli;

moħħi tbiegħed għalkollox.

Bic-cpar quddiem ghajnejja ma nistax nara l-verita

qalbi kienet b’saħħitha imma tilfet ir-rieda tagħha;

hija irreżoluta ghal dewmien inċert.

Il-mewta tagħha gabitli friġidità nsopportabbli,

nantiċipa biss li xorta se tibqa tistennieni.

 

MINGĦAJR IMĦABBA MINGĦAJR INKWIET

 

Dejjem bit-tama u dejjem bil-fidi,

se naqsam t-triq tal-imħabba;

ħallini nitlef qalbi mishuta,

m’hemmx bżonn ta’ tiġdid jew bidu ġdid.

It-tjubija u d-dixxerniment abbundanti tiegħi,

bil-frustrazzjonijiet kollha restawrati;

u dawk il-memorji kollha jiswew li niftakruhom,

waqt li mħabbti se nippreserva u nferragħha bil-moħbi.

Mingħajr imħabba, m’hemm l-ebda turment għall-qalb,

nappella biex insalva s-sanità instabbli li ghandi;

ħafna veritajiet koinċidentali nista’ ngħaddi,

waqt li niftakar l-età sabiħa tal-pubertà.

Dejjem imħeġġeġ u dejjem niddependi,

biex iżomm dak li hu adegwat għad-difiża tieghi.

 

INVAŻJONI

 

Tfal bniet, u nisa stuprati minn suldati offensivi

dawn id-dixxipli tad-dittatur se jgħinu biex idgħajfu ċ-

ċivilizzazzjoni preżenti;

dan se jittrasponi wkoll il-mara moderna

ibidlu lil uliedhom għall-fornikazzjoni milli għas-

soċjalizzazzjoni.

 

L'UNIKA

 

Din ix-xbeja kienet ħajti

hija saret l-għarusa u finalment marti;

ikkawżatlimhux biss uġigħ ta’ras

kif ukoll zvujtatli l-bank,

sakemm mietet u kollox goe normali.

 

SENTINEL TA’ TWISSIJA

 

Waħdu u sinister qiegħed il-fanal tal-port

dawl ta’ billejl iwissi l-vapuri tal-qlugħ;

hekk kif il-bahar qawwi uri snienu

waqt li l-vapuri li jgħaddu jitħabtu biex jevitaw il-blat.

L'ewwel dlam u imbaghad dawl

li jidher mill-bogħod jagħti tama lill-baħrin anzjużi;

Twissija għall-vapuri biex ma’ jersqux qrib wisq

il-kaptan iħares minn got-teleskopju.

 

FILGĦODU KMIENI

 

Filgħodu kmieni,

kulhadd għajjenin,

wiċċhom bit-tbissima falza

id-WC okkupat ghax kulħadd imqajjem;

fuq il-mejda, borma porridge kiesaħ

bħallikieku tħalla l-lejl kollu fil-friġġ.

Il-missier iqaxxar il-lehja, jaqta’ wiċċu;

se jasal tard għax-xogħol;

iIt-tfal iz-zghar jeħtiġu ħasla malajr,

is-sodod mimlija bewl.

l'omm tistenna bla sabar u tigdem bicca ħobż mixwija.

It-tifla l-kbira qiegħda quddiem il-mera, tpinġi għajnejha,

zejzieta huma enormi, imma huma moħbija sew.

Il-familja kollha hargu mid-dar

ħlief il-mamà, li kienet qed titma’ l-kelb.

għadu kmieni filgħodu,

hi wkoll teħtieġ id-WC.

 

NOBZOQ FUQ ĦAJTI

 

Dwejjaq u rimors jitfaccaw malajr

jgħaqqdu l-moralità mal-ħażin;

moħħi dalwaqt se jkun disturbat

kull ħsieb ippreparat iressaqni lejn il-genn.

Fi ftit żmien ħsibijiti jitħaltu man-niket

u l-kompassjoni li tifjakka malajr;

ma nistax insibilhom hena,

m'hemm l-ebda tama li nitjieb.

Minn fejn ġejt u fejn ivvjaġġajt,

malajr wisq id-dlam niżel fuqi;

mingħajr ma nirċievi l-hena b'mod permanenti,

jikkontribwixxi għal emendi intimidati.

Nieqaf fuq in-niket b'mod trijonfanti

lejn il-ħajja inħares b’mibegħda u b'kunfidenza.

Il-mument kruċjali għadda

bħad-dellijiet ta' filgħaxija li jghebu filghodu;

waqt li l-passat nipprova niftakar sew

leljiet ma jistgħux iħassru l-ġranet mitlufa.

Għandi bżonn ninsa il-ħsibijiet

u niddependi fuq mistrieħ pożittiv;

il-ħtija m'għandhiex tikkonsma qalbi

Għalkemm ninsab imbeżża' u stressat.

Ir-rimors kien mument kruċjali

li ġġustifika l-biżgħat kollha

U waqt li nkun fis-sigurtà meta rieqed

it-tjubija tal-mogħdija tiċċara.

L-emozzjonijiet kollha magħrufa ffaċċjaw fatti u ħtija

u ħallew residwu tad-dubji li bnejt.

 

IL-MAĦBUBA TIMXI FUQ IL-QABRI

 

Il-maħbuba tiegħi timxi fuq il-qabri,

tibki u tnewwah;

l-għażiża tiegħi mnikkta,

hi mhix kompletament konsolata.

Il-maħbuba tiegħi timxi fuq il-qabri,

tiftakarni sew;

tibki għal ruħi,

tistaqsi jekk marritx il-ġenna jew l-infern!

Il-maħbubab tiegħi timxi fuq il-qabri,

tiftakar fiż-żminijiet ta’ mħabba;

il-qrubija li kellna ma’ xulxin,

tibki wkoll dwar l-imġieba ħażina tiegħi.

Il-maħbuba tiegħi timxi fuq il-qabri,

ma tħosshiex ħatja imma kuraġġuża;

hija mara ta' rieda tajba,

qalbha saret ilsira tiegħi.

l-mIl-maħbubaaħbub tiegħi timxi fuq il-qabri,

tiftakar iż-żminijiet tal-passjoni;

tiftakar kif tajtha rispett,

u kif żammejtha fuq pedestal.

Il-maħbuba tiegħi timxi fuq il-qabri,

inħoss il-preżenza tagħha;

tibki għax tiftakar,

kif irrispettajt l-adolexxenza tagħha.

Il-maħbuba tiegħi ma timxix aktar fuq il-qabri,

issa tinsab f’dan il-qabar mieghi;

iż-żminijiet tajbin u ħżiena kollha għaddew,

hawn hu l-bidu, u l-imħabba tagħna tkompli.

 

IL-QALB KOMPROMESSA

(Triolet)

 

Qalbha eżawrita, fidila iżda kompromessa,

tiffaċċja dawl f'baħar ta' dlam;

l-emozzjonijiet tagħha huma mbeżżgħin u disprezzati.

Qalbha eżawrita, fidila iżda kompromessa,

prijoritizzata, ikkalkulata u kkastigata faċilment;

misħuta mill-injoranza, id-dixxerniment u n-nuqqas ta'

serjetà.

Qalbha eżawrita fidila imma kompromessa

tiffaċċja dawl f'baħar ta' dlam.

 

(Triolet, forma ta' vers Franċiż medjevali li tikkonsisti fi tmien

linji qosra li jirrimaw ABaAabAB (l-ittri kapitali jindikaw linji li

huma ripetuti). L-isem triolet huwa meħud mit-tliet

repetizzjonijiet tal-ewwel linja. L-arti kbira tat-triolet tikkonsisti

fl-użu tar-ritornell b'naturalità u faċilità u f'kull ripetizzjoni li

tbiddel ftit it-tifsira tagħha, jew għall-inqas ir-relazzjoni tagħha

mal-bqija tal-poeżija.)

 

KANĊER

(Triolet)

 

Wara li sofrejt xokk terribbli tal-kanċer,

għadni nista' nidħak f'oċean ta' dwejjaq;

il-konsulent tani tweġiba li tista' titfejjaqni.

Wara li sofrejt xokk terribbli tal-kanċer,

ghax jien pożittiv nista' nieħu nifs ta' arja friska;

wara kollox ma nista' nagħmel xejn dwar il-marda.

Wara li sofrejt ix-xokk terribbli tal-kanċer,

f'oċean ta' dwejjaq nidhak l-ahhar dahka.

 

VARJETÀ

(Triolet)

 

Il-prosperità se fl-ahhar tbissmitli

xorti tajba biżżejjed kont f'din is-sitwazzjoni;

qatt f'ħajti ħsibt li nkun kuntent.

Il-prosperità se fl-ahhar tbissmitli

mghandiex għażla waħda imma varjeta u b’xejn;

blondija, brenetta u gingrija għall-għażla kumplimentarja.

Il-prosperità se fl-ahhar tbissmitli

fortunatament sibt ruhi f’din is-sitwazzjoni.

 

MOĦĦ WIEHED

 

Il-moħħ tal-għarfien,

li jżomm biss vojt;

mimli bid-dwejjaq,

għax il-ħsibijiet huma mimlija b’affarijiet strambi.

Il-mohh jagħti rarità speċjali,

bħalma l-qalb iżżomm il-frizzanti;

persuna ta’ inġustizzja,

tnaqqas il-purità.

 

ALJENAZZJONI

(Triolet)

 

Meta s-sema ssir blu, qalbi titriegħed,

ir-riħ jonfoħ mil-lvant fuq wiċċi;

waqt li niekol ġelat b'ħafna impressjonijiet.

Meta s-sema ssir blu, qalbi titriegħed,

m’għandi ngħid xejn lill-ġirien ghax joħolqu l-inkwiet;

noqghod waħdi mingħajr storbju u l-iżolament inħaddan.

Meta s-sema ssir blu, qalbi titriegħed,

ir-riħ jonfoħ mil-lvant fuq wiċċi.

 

L-EBDA ĠENNA GĦALIJA

 

Smajt l-għasafar ikantaw

kont qed nidħak b'mod isteriku

il-kokka tgħajjat

il-gawwi jgħajjtu,

in-naħal iżażżnu

il-baqar ibbuwjaw

in-nagħaġ ibewħu

u ż-żwiemel u l-hmir jitniehdu.

Imbagħad f'daqqa waħda naqbat nibki.

li nitpoġġa f'qabar nirrilassa

bit-tama li ningħaqad mat-tfajliet u niċċelebraw l-infern

fl-abbiss nikaljaw

inkomplu mal-midinbien niċċelebraw.

Ninhxew bi fjammi naturali

qabel ma jpoġġuni fit-tebut.

 

PRIMA DONNA

 

Kienet liebsa libsa twila tal-ħarir sabiħa

kienet immirata li tispicca fuq kulhadd;

din il-mara kienet ghar minn kelba shuna

kienet ukoll ghada kif iżżewġet.

L-Antikristu li tant kien jinkweta qajjimha dak il-lejl

għax l-isperma kienet ikkontaminat b’sindromu sesswali;

ma kien hemm l-ebda eċċezzjoni emanċipazzjoni tagħha

il-mara kienet ħawlet frott ta’ ħażen biss.

Ix-xitan serqilha ruħha u mlielha qalbha bil-mibegħda

Telaqha tegħreq fl-għemejjel ħżiena u mingħajr fidi.

 

BIEX TAĦLEB MOGĦŻA MASKILI

 

Il-qalb kienet vojta u siekta,

tipprova tieħu l-ħajja mingħajr suċċess;

kienet aħjar tmut fil-paċi

milli tgħix bla kwiet u bla konsolazzjoni.

Biża’ mill-mewt, tiġi dalwaqt

l-għajxien huwa ta’ sfida iżda importanti ħafna;

qattiel b’pistola jmut b’arma,

l-arma dalwaqt toħroġ mill-ħajja diskordanti;

b’xi mod jew ieħor, l-iskadenza tal-armi tan-nar hija

essenzjali,

se tkun deċiżjoni onorabbli u ġusta.

Tipprova kuljum timxi ’l quddiem

għax m’hemm xejn x’titlef

ħlief li tipprova tmur lura.

BOOK 1.bmp
bottom of page