DLAM PROFOND
Taqsima Numru 3
ERBGHIN SENA SAN VALENTIN
Xjaħna w ilna miżżewġin għal erbghin sena
Ghandna sbatax neputijiet minn erba’ t’tfal
unità ta’ mħabba li ddum dawn is-snin kollha
aħna wkoll ħadnna s-sehem minn problemi.
Ikla sempliċi mixwija ppreparata
flixkun inbid aħmar irħis
torta tat-tuffieħ u custard għall-dizerta
ċelebrazzjoni sempliċi għal San Valentin.
X'għandna bżonn iktar f'Jum San Valentin?
għexna flimkien sena wara sena
fetħet ir-rigal li tajta, kaxxa helwa tat-Tork
għajnejha ghalkemm għajjenin xerdu demgħa.
Ċelebrazzjoni oħra ta' San Valentin ġiet u marret
bit-tama sena oħra nreghu niccelebraw.
IS-SALVAZZJONI TIEGĦI
Funzjoni wara funzjoni
sforzi bla tmiem
fil-paċi ninsab ghalissa
m'għandi x'nuri xejn.
Is-salvazzjoni tiegħi hija wisq 'il bogħod
drawwiet perikolużi miksura
ħajja meqruda għalkollox
ma kelli gost ta’ xejn
PAGLIACCIO
wiċċumimli bid-dmugħ
xuffteħ niexfa
l-buffu jinsab mdejjaq
ĦARĠA F’ĦANUT TAX-XORB
Ġlieda kbira fil-ħanut tax-xorb
imħallta min daħq falz,
għaliex l-alkoħol jitkellem ħafna fil-vojt;
Jien ma dħaqtx,
imma tbissimt tbissima sfurzata.
Ġlieda kbira fil-ħanut tax-xorb
daqqiet ta’ ponn kienu qishom vleġeġ.
MHUX APPARTENENTI
Il-figuri spettrali f’knisja antika u mhux xierqa,
firien kbar ifittxu l-ikel,
sagristija tedjanti.
Fuq għarkupptejhom imdejqin,
Kien hemm bissftit nies.
għatsu wieħed wara l-ieħor
Influwenza kullimkien
il-qassis medjokri ftit anzjan jagħti barka mhux mixtieqa,
barra mill-knisja, il-kongregazzjoni hija aktar ferħana.
REBBIEGĦA
Rebbiegħa ta’ fjuri mill-isbah,
żiffa ħafifa titħallat ma xemx kiesħa
sħab trasparenti sporadiku jiċċaqaqu malajr.
Waqt in-namrati fuq il-haxix mingħajr prudenza
ma lissenx kelma waħda,
baxxejt rasi diżgustat,
Warda friska ħarset lejja u tbissmitli.
IN-NIKET TA’ PITIRROSS
ittir bir-riħ fuq wiċċu
dmugħ f’għajnejn il-pitiross
minghajr konsolazzjoni
DWAR IL-MEWT
Hemm xi ħaġa dwarha, l-mewt
hija inevitabbli,
konklussiva,
Twerwer bost minn nies.....
.....Għal xi wħud!
Jien ma nibżax minnha,
hija l-uniku ħsieb pożittiv li għandi.
Nibża’ biss mid-dikjarazzjonijiet tagħha,
bħall-ipokriti,
is-solitudni,
id-dgħufija u l-uġigħ.
Nibża’ mid-dipressjoni u s-senilità;
nibża’ l’aktar mit-tradiment,
imma mhux mill-mewt!
Għax il-mewt tafferma mill-ġdid ħajti
mhux biex tiċħad dak il-mument,
għax in-natura tagħmel li trid,
u kif trid istantanjament.
Mewt, tibża’ minnha, għaliex?
Sakemm xi ħaġa ma tmutx ġewwa fija,
u nispicca minghajr kuxjenza jew rimors
Imbagħad nibqa jaj bies nsewwi l’hsara naturali.
FERROVIJA GĦALL-ELAZZJONI
Il-mina tal-ferrovija dehret b’mod ċar,
il-ferrovija ħarġet bħal serp jitkaxkar,
bil-mod, il-mod, il-mod....
bil-veduta pittoreska,
il-mergħa li tappartjeni lin-natura,
Dahlet u baqghet f’moħħi.
Madwari kien hemm sieket kbir,
kont intlift f'ewforija stabbilita.
NARA L-MAREA
L-ilmijiet tal-kanal dejjaq
immewġin malajr fuq ir-ramel,
il-ħmieġ ragħwi ħa l-ħajja,
iffurmaw bżieżaq,
espandew u sparixxew.
Magħha ġie l-iskart li kien qed jinġarr mill il-mili tal-baħar,
ta’ weraq niexef,alka tinten, u friegħi;
konsegwenza ta' dan kollu hija r-riħ qawwija tal-ħarifa.
Tard wara nofsinhar, hekk kif ix-xemx tqawwiet mill gdid,
tixgħel lejn il-punent,
dalwaqt kienet se tinbidel fi krimżi skura,
qabel ma jaslu s-sħab suwed ta' billejl.
NARA DAK KOLLU LI GĦANDI BŻONN NARA
M'għandix bżonn inħares lejn l-istampa aktar minn darba;
naf x'tirrappreżenta f'moħħi;
hija viżjoni kondiviża li żżurni regolarment,
għax hija laqgħa ta' tip illużjoninarju.
Nara id moħbija bi tliet swaba’ tipprova taqbadli għonqi,
ġej minn wara ċ-ċpar ohxon fil-fatt, ma hija hlief bebbuxu ikraħ;
f’dak il-mument il-ħsibijiet tumultuż jikkontribwixxu diżordni
dan isejh wara li nkun hadt droga alluċinoġenika.
Hekk kif l’immaginazzjoni tasal fiċ-ċentru tiltaqa’ maċ-ċpar trasparenti,
nara għajnejja, b’dawk il-pupilli distinti ħodor jiddu……
…jaraw karnival ta’ briegħed jaqbżu u jappartjenu fuq lill-kelb;
għax f’nofs din il-viżjoni kollha, nara mara mingħajr gharwiena.
Ghalkemm bla ma ridt hadt gost bl-allcinazzjoni
għax huwa aħjar li nsolvi l-labirint ta’ moħħi milli l-problemi ta’ ħajti.
F’ħajti ma nara sinifikanti, imma f’din il-vizzjoni narani imwieled mill-ġdid;
ħuwa ferm aħjar li ngħix diżordni tal anarkija milli ngħix fil-konflitti.
RIĦ XOTT MILL-LVANT
Imħawwad u mfixkel il-baħar,
bil-mewġ irrabjati jħabtu fuq blat aħrax,
b’konsegwenza tar-riħ qawwi mil-lvant.
Il-gawwi f’diffikultà isib it-titjir,
iduru u jogħdsu fuq ir-ragħwa tal-bahar qawwi,
In-nuqqas ta’ ikel kien qed itturmenta l-gawwi.
Ħuggiega taqbad fuq bajja ramlija,
hekk kif vapur merkantili jbaħħar,
osservat minn koppja waqt li jitbewsu u jitgħannqu.
ĠURNATA TAX-XITA
Siekta huma t-toroq tal-kummerċ,
sid il-ħanut ħass qalbu tħabbat,
ix-xita niżlet b’qawwa tremenda,
ix-xerrejja baqghu d-dar,
Ħoss ta’ ragħad -
is-sema iswed kienet mimlija bi sriep tad-deheb.
F'daqqa waħda, ħassejt bħallikieku kelli ħolma kerha......
iżda kont imqajjem għal kollox u miexi fit-toroq moħbija.
IMĦABBA MUNDANA
Naħseb li għandi mħabba mondana,
ma nafx il-valuri u l-aspettattivi tagħha;
iżda taħt l-allużjoni nġib ruħi ħażin.
Imhabti moħbija fil-qabar tiegħi
hekk kif nixtieq l-infatwazzjonijiet tan-nisa,
naħseb li għandi passjoni mondana,
naf il-valuri u l-aspettattivi tagħha
hija għoqda ta' mħabba.
MINN WIEĦED SA GĦAXRA
Saba' l-kbir u s-saba' l-werrej jagħfsu fuq mohhi,
id-dipressjoni hija profonda;
id-dwejjaq li jdawwarni,
l-inbid ma jistax iġagħalni norqod.
Il-burdata,
mhijiex tajba ħafna;
dejjem nara t-taħsir,
hekk kif il-moħħ jitbiegħed,
Idi fuq sidri, inħoss qalbi dgħajfa;
għadni ma nista' nħoss xejn;
għadni ħaj;
it-tmiem ta' ħajti huwa żgur.
Wieħed -
kompletament mitluf,
mingħajr ma kelli ġirja tajba,
ma ksibt xejn;
forsi xi darba nara x-xemx ta' nofsillejl.
Tnejn -
Naħseb dwar ħajja u dak li kont naf,
l-hena kollha splodiet;
hassejtni tradita, u l-memorji kollha tellgħu,
qatt ma sibt avvanz.
Tlieta -
Fallejt, u l-ħajja ttrattatni b'mod krudili,
lanqas ħjiel ta' x'jista' jkun;
bl-imħabba, qatt ma kont devota,
is-sess biss kien iċ-ċavetta tal-kontroll tiegħi.
Erbgħa -
Mal-kumpanija tan-nisa, kont il-gwida tagħhom;
ittrattawni tajjeb mingħajr ħjiel ta' mhabba;
b'dan, kont kuntent; fuq bl-imħabba, qatt ma tkellimna,
minflok, gawdejna ġisimna fil-beraħ,
kollox kien tal-ghageb.
Ħamsa -
Issa għandi sebgħin sena;
mhux ċert lanqas jekk inhiex ħajja għalkollox;
imma fil-ħajja li baqali, se nipprova nirnexxi.
Nimmissja l-ġisem tan-nisa,
iżda għad għandi x-xewqa sesswali,
bihom f'moħħi, se nibqa' ngħix.
Sitta -
Il-borża li kienet mimlija b’qerq saret vojta;
gismi sar ipnotizzat;
il-ħajja saret mingħajr daqqiet stimulanti;
l-emozzjonijiet li ħassejt qatt ma kellhom jitħalltu.
dari mibnija fuq ir-ramel minflok bil-gebel.
Sebgħa -
Is-sema tezisti?
Nista nidħol go fiha?
Fejn nista' ndoqq il-vjolin;
akkumpanjat mill-mandolina.
Għadni mtebba' bid-dnub oriġinali!
Tmienja -
Dhalt id-dar imħawwad
ma stajtx nara sew;
Il-bieraħ filgħaxija, bqajt barra ghal-hin twil
b'appuntament tajjeb;
li magħha irqadt
nittama biss li ma ħallejtx tqila.
Disgħa -
Mhux qed inħossni tajjeb;
fi kliem ieħor, jien ħanżir,
talli xrobt tliet fliexken inbid;
bagħatni barra mil-linja
għall-ġenn, illimitajt.
Għaxra -
Ossessjonat minn żmien għal żmien,
b’dik il-mara sabiħa;
minkejja dik ir-riha
Ma nahsibx li kienet fwieha.
MHUX ĦAJJA LI QED JGĦIX
Saba’ l-kbir u l-werrej tiegħu għafsu fuq mohhu,
id-dipressjoni kienet profonda;
id-dwejjaq kien imdawwar minnu,
anke bl-inbid ma setax jorqod.
Il-burdata,
ma kinitx tajba għall-aħħar;
dejjem jara t-taħsir,
moħħu kien qed jitbiegħed;
Idu fuq sidru, iħoss qalbu dgħajfa,
ma seta iħoss xejn kien għadu ħaj;
ħaseb biss dwar li jtemm ħajtu,
jieqaf jixrob; forsi jgħix.
Imħabbtu kienet imwaqqfa,
bl-għira kienet mimlija;
issa ddestinat li jkollok relazzjoni
fix-xjuħija ta’ tort.
Minn wara it-tieqa jara kull tip ta’ nisa jgħaddu,
xi wħud iġegħluh jinsa li kien xih;
l-unika fantasija tiegħu tintemm fil-holm
iżda l-kanzunetti ma’ tkantat qatt izjed.
QSIM TAL-ĦAJJA GĦAL PEDOFILU
Sebħ magnifika, il-qamar sparixxa,
il-munita waqgħet, għax in-numru tiegħu kien imsejjaħ;
ma kellu l-ebda ġustifikazzjoni biex jilmenta,
hekk kif qalbu eżawriet, it-taħbit waqaf.
Għalih, il-qanpiena daqqet għall-aħħar darba!
id-dawl intefa, u wasal id-dlam;
m'hemmx bżonn ta' niket, biss tislima medjokri
ix-xnigħat segwewh tul il-proċess kollu, iżda baqa' ħaj.
Hadd ma bgħatlu fjuri u forsi kuruni tax-xewk,
aċċerta ruħu li l-mewt tiġi għalih wiċċ imb wiċċ
ma nstabu l-ebda noti ta' suwiċidju, u l-investigazzjoni ntemmet
ma setax jgħix aktar b'dak id-diżunur.
Instab mejjet,
il-katavru ma kienx attraenti;
hara mxerred fl-art tahtu,
u ġismu mdendel mis-saqaf.
TMIEM TA’……
Wasalt fit-tmiem stennejt il-ħelsien ghal zmien twil
se ninħeles mit-tbatija li ġarrabt
mingħajr paċi
fejn l-imħabba waqfet
l-imħabba ma nbidlitx
fejn marru jindifnu?
Meta l-imħabba ddgħajfet
il-granet imtlew b’dell skur
dellijiet krudili komplew jikbru madwari
hsibijiet imdejqin
hajja mingħajr ferħ
ghixien okkuppat bil-ħażen.
M’hemmx ħin għall-eżultazzjoni
Imħabba, qatt ma nerġa’naraha
fornikazzjoni fid-devjazzjoni
bil-kundanna lustuża li minnha kelli nastjeni
bhima u inuman kont sirt.
MISTOQSIJIET
Fejn jinsab ir-rispet
Fejn hi l-kompassjoni f'għajnejja
Fejn nisma' lingwi ta' mħabba sinifikanti
Fejn se nduq kliem sinifikanti x'nitkellem dwaru
L-istennija u x-xewqa għal-laħam tagħhom huma ġusti
Il-fornikazzjoni hija sodisfaċenti għalih u għaliha
L-infedeltà hija l-aktar kawża komuni
Iż-żwieġ jiswa mument ta' pawża
Għaliex l-għira hija moħbija daqshekk bir-reqqa ġewwa
Għaliex it-tfal huma molestati mil girien, qassisin u qraba
Għaliex, nistaqsi, ħajti hija fid-disperazzjoni
Għaliex kont wieħed minn dawk it-tfal li kellhom bżonn imħabba u kura
Dawn il-mistoqsijiet jeħtieġu tweġibiet u spjegazzjonijiet
Għandna bżonn nissalvagwardjaw il-ġenerazzjonijiet futuri tagħna.
IMĦABBA SIEKTA
Ngħixu f'dinja nieqsa mill-kura
fejn qlub mimlija bl-uġigħ;
bħalma dawk li jabbużaw jissograw b'mod terribbli
il-vittmi tagħhom m'għandhomx ħin biex jilmentaw.
Qatt ma kien hemm paċi, miftuħa u mgħixuta
il-mibegħda ħakmet waqt li l-imħabba siktet.

