top of page

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

Taqsima Numru 3

IT-TLETT XADINI GĦORFIEN

 

Ara l-ebda ħażen qalu lill-ipokrita

l-onestà kienet trabbiet fil-qalb;

imbeżża’ u mrażżan huwa l-persuna preġudikata

il-qarrieqa bħal dellijiet li jixparixxu malajr.

Tliet xadini għorrief qagħdu waħedhom,

ix-xadini intelliġenti ftit hawn bhalhom.

Isma’ l-ebda ħażen qalu lil-persuna preġudikata,

it-tjubija biss iġġib fehim ħelu;

dgħajjef huwa l-isforz tal-manipulazzjoni,

qalb l’impostur ma tibqax thabbat wisq.

Tliet xadini għorrief tkellmu b’leħen għoli,

għall-parir tagħhom, kienu kburin tliet darbiet.

Titkellimx dwar il-hazen qalu lil-ipokrita,

l-ebda ilsien ma jista’ jkun daqshekk vili u vulgari;

il-verità kollha titfarrak u l-gideb jibqa’ jirrenja,

dawn il-maskraturi ghandhom idejhom vojta ma jagħtu xejn lil hadd.

 

MHUX IFFIRMAT MHUX IMWASSAL

 

Iż-żmien jgħaddi

jaqbeż il-ġranet

jidher bħal sekondi

jimxi ’l quddiem bil-ħeffa - fit-tul.

Xejn ma jinżamm,

xejn x’jitgawda,

kollox jitħalla waħdu

kulħadd irrabjat.

Dan issejjahlu ferħ?

Mingħajr ħin biex tirrifletti?

L-ebda prospetti ’l quddiem?

 

MHUX MUZIKA GHAL-WIDNEJJA

 

Smajt it-tromba mill-bogħod, u ħadt gost biha,

mewġ ta’ ħsejjes li kienu resqin l’ejja kienu mużika f’widnejja;

qalbi kienet mimlija niket, għax kienet id-dikjarazzjoni tal-mewt,

it-tmiem tal-ħajja hekk kif waslet il-mużika tal-isfera, l-mewt!.

Smajt it-tisfir tal-bombi fil-bliet bhal xita abbundanti,

il-ħsejjes distruttivi li kienu ġejjin ma kinux mużika għal widnejja;

kont ixxukkjat meta rrealizzajt li ħafna nies saru vittmi,

kont imwerwer, u qalbi mnikkta kienet mimlija biża’.

Smajt l-ilħna tat-tfal ikantaw b’leħen għoli fil-knejjes

l-ilħna ta’ dawn l-innoċenti kienu mużika għal widnejja;

waqt li l-qassis abbuża l-awtorità tiegħu w użawhom sesswalment,

imbagħad, ftakart ukoll fil-pedofilu li abbużani għal snin sħaħ.

Smajt l-għajjat ta’ mara miexja fi sqaq mudlam,

l-għajjat diżgustanti kien orribbli, mhux mużika għal widnejja;

l-istupratur qabadha u hxieha mingħajr il-kunsens tagħha,

gabitli lura memorja ta’ niket u vitali u b’ħafna biżgħat.

Smajt it-taħbit ta’ qalbi

imma sfortunatament it-tahbit kien fjakk wisq.

 

IL-MOD TAL- ĦAJJA

 

It-taħbit ta’ qalbi saru l-għalliema tas-simpatija,

flimkien mal-imħabba glorjuża u l-ispirtu minghajr biża’;

ghalhekk niddefendi l-onestà qalbiena,

l-ugwaljanza vitali u t-tjubija tenera,

u nittratta lin-nies bl-istess mod kif jittrattawni u kif

nissottometti ruħi.

Il-kompassjoni toħroġ mill-għarfien u l-passjoni,

li jkolli mħabba u kompassjoni sinciera….

mhux biss inħoss l-uġigħ tieghi biss -

- imma wkoll dak tal-oħrajn, u ngħinhom itafuhom,

is-simpatija hija mod ta’ ħajja, punt ta’ vista u qligħ mid-

dixxiplina.

L-imħabba hija aktar importanti mill-kumdità tal-

konvenjenza;

il-kawza tal-mard u s-saħħa hija esperjenza edukattiva.

 

MEJJET? FORSI U FORSI LE!

 

Ma nħossnix imdejjaq,

ghalkemm kważi mejjet;

ħajti zgur tintemm,

u f’ħofra tinżel;

B’hekk tiġi salvata mill-aggravazzjoni,

meħlusa mill-umiljazzjoni.

Se jibghali fidi meta nsir fatat?

l-espansjoni ta’ ruħi forsi ma tkunx bil-kontroll;

fir-rigward ta’ għada ma jkunx hemm niket;

ħin biżżejjed għas-salvazzjoni,

mhux għad-degradazzjoni.

Il-ħajja ma tghix ghal dejjem

twelidna biex immutu,

il-mewt wara l-bieb lesta biex thabbat;

forsi bi ftit ħsieb logiku ssir kuraġġuż.

Għal dejjem x'imkien ieħor forsi hawn u hemm

il-verità mimlija bid-dwejjaq u antiċipazzjoni.

Mgħotti bi ftit ferħ;

tinjora l-uġigħ emozzjonali u tensjonijiet sinifikanti.

Għada, nista nkun mejjet

minhiex se jkun imdejjaq;

ghada forsi nibqa haj

Se nkun imdejjaq hafna.

 

TBASSIR SEMPLIĊI

 

Huwa fatt: kulħadd jitwieled bi spirtu ħieles,

deċiżjonijiet jappartjenu lil kull wieħed u waħda minnha;

qed ngħixu f’dinja li kontinwament tinbena mill-gdid,

darba konna nivvjaġġaw biż-żiemel u l-karrozzella

imbagħad bil-karozza tal-linja.

Konsegwentement, minkejja l-varjazzjoni u l-insigurtà,

il-biża’ tal-ħażen dejjem tkun imbassra;

ħafna jieħdu vantaġġ min-nies dgħajfa

filwaqt li l-mexxejja tad-dinja jinsew il-passat.

Il-ġustifikati biss jagħtu lid-dinja l-libertà,

fejn ma jeżisti l-ebda inkwiet, mard u emozzjonijiet

distruttivi;

filwaqt li l-ħolm huwa tajjeb, iqarraq u jivvittimizza wkoll;

filwaqt li l-ħażen jikber billi jiżvela lilu nnifsu u dejjem jippersisti.

IT-TIFEL U T-TIFLA

 

It-tifel ċkejken ta’ bewsha lit-tifla ckejkna

biċ-ċifri roża u n-nemex;

tant hadet gost li wrietlu aktar nemex.

It-tifla kienet tpoggi hdejn it-tifel ckejken fil-klassi

kienet mistħija u introvertita;

imma t-tifel kien imqareb ħafna

u gidimha fuq xofftejha.

 

MAĠIJA SEWDA

 

Is-satanista fis-sodda marida sew

darha fuq il-quċċata tal-ħafna għoljiet;

is-soppa maġika tax-xorb qed tagħli,

iżda ma setgħetx tħallas il-kontijiet tagħha.

 

BESTJA QATTILA

 

Huwa mishut bi tbissima kerha imma qawwija,

wiċċu tal-ħażen kien krudili u morr;

qatel ħafna nisa ta’ reputazzjoni mdemma,

forsi kien Drakula mill-gdid.

 

BIL-ĠUĦ

 

Il-gawwija kuraġġuża timmira u tgħoddos,

riedet tiekol il-ħut żgħir;

kien ġuħ i mqabbel ma’ guh ta’ żiemel,

waqt li jien kont qed niekol aringi filghodu kmieni.

 

QATTIL

 

Rajt il-wiċċ tal-qattiel,

mit-twelid il-ħażen kiber f’qalbu;

il-habel jistennih biex jitbandal,

kemm nixtieq li terga tigi l-piena tal-mewt.

 

MARBUT ROMANTIKAMENT

 

Smajt leħen tal-għaġeb isejjaħli

jrażżan dak kollu li ntqal fil-lejl;

mill-viċin, dehru par saqajn magħrufa

imbagħad, b’umiltà tlifna l-ġlieda morali.

Siekta għal kollox kienet il-lukanda fejn konna qeghdin

imma biss għal leħinna;

morna hemm minhabba is-sentimenti ta’ mħabbitna

u ma stajniex inħallu l-għemejjel sinċieri u sesswali jmutu.

L-uġigħ u n-niket jitfaccaw kuljum

se niddefendu bil-ferħ etern ir-rieda li hadna;

nithalsu lura b’familja futura f’dar imbierka,

u l-ebda nuqqas ta’ qbil ma jeqred l-imħabbitna.

L-imħabba hija l-aktar sinjal potenti li tatna,

li niżguraw il-futur tagħna u nkunu kburin.

 

FIL-FUNERAL NICCELEBRA

 

Xewqa sempliċi għalik f’dan il-jum speċjali

nistenna b’ħerqa li tiġi t-trankwillità fi triqtek;

nantiċipa bil-ħerqa li tasal it-tislima tiegħek

u nittama li l-ġilji u l-ward fuq il-qabri jiffjorixxu.

Sakemm meta kont attiv, il-qalb inħelset dakinhar,

issa mejta fil-paċi għal-dak li jkun, ninsab fi triqti;

tibkiex u sewwed qalbel din mhux l’imġieba tiegħek

nittama li t-tbissima siekta tirrifletti l-karattru ta’ ħajtek.

nwwguralek vjaġġ imbierek u mimli bl-imħabba

b'imħabba bla tmiem, impenn, u b’tislima ferrieħa.

 

KBURIJA TA’ SULDAT

(Triolet)

 

B'midalji fuq sidru is-suldat,

kburi li juri x'qala' u x'jilbes;

biex jinfluwenza s-seħer tan-nisa.

B'midalji fuq sidru is-suldat,

il-ġenerali miegħu kienu impressjonati;

għax kien kuraġġuż u qalbieni.

B'midalji fuq sidru is-suldat

kburi li juri x'qala' u x'jilbes.

 

LI NKUN KOMPLETAMENT LIBERU

 

Irrid niżvela s-sigriet li jgħix f’qalbi

billi nuri l-verità u nuri tifsira;

ta’ ossessjoni ta’ mħabba inkredibbli li qasmitni

li ħallietni eżawrita u kompletament degradanti.

Jekk is-sigrieti huma maħsuba biex jiġu msakkra

bit-tama li ma tittorturax il-qalb infatwata;

li ħarbet mill-jasar tad-destin inġust

imbagħad u mbagħad biss se niddisinja mappa ta’ mewt ġdida.

 

VITTMA TA’ DISSENSJONI

 

Biex tibqa’ kalm f’turment bla waqfien

il-vittma innoċenti għandha raġuni biex titlob ħniena;

ma fadal xejn ħlief ħasra u lament

il-kastig mogħti kien dak tal-kontroversja.

It-tlugħ ’il fuq mill-umiltà u li tkun kuntent

wieħed m’għandux jissaporti l-piż tal-gideb;

li tibqa’ ħaj f’turment krudili kontinwu

is-sentenza trid tkun ta’ prezz favorevoli.

Vittma t’ argument hija l-agħar aggressjoni,

peress li l-ħati jrid jiġi kkastigat u mhux maħfur.

 

FIX-XEMX TA’ FILGĦODU

 

Nimxi bil-mod taħt ix-xemx xitwija

nistaqsi meta se tiġi l-borra qawwija;

nittama gost tal-meravilji ta’ matul ix-xitwa

niddixxiplina qalbi biex tħobb u ċċedi;

Nistenna żmien ta’ ferħ,

li jkolli xi kanzunetti sbieħ li niftakar u ngħanni;

il-borra tidher qisha ċinju f’dar maġika

inħares madwari b’għajnejn imnikkta, u nixxennaq.

Imtebba’ bid-demm ta’spirazzjoni tal-ambjent

fost id-dlam tal-gwerra, nisma’ l-għajjat;

waqt li l-ftit ċapċip huma biss tranżizzjoni

fis-sodda, nipperċepixxi, nibki u nbati.

Meta filgħodu l-għasafar jibdew bhas-soltu isaffru

id-destin tas-suldati midruba jissodisfa’;

it-tiswija ta’ qlubhom teħtieġ aktar mill-kliem;

posthom mhuwiex ’il bogħod mis-smewwiet mudlama.

Id-demm tax-xitwa kien frisk u moħbi;

fl-aħħar tal-gwerra morra, il-mewt ġiet realizzata,

nittama għalihom u mhux għalija biss

il-gwerer kollha m'għandhomx jiġu injorati -

- u n-nies m'għandhomx ikunu abbandunati.

 

DIES IRAE

(Mill-perspettiva ta’ Satanista)

 

Fil-jum il-kora, se ngħajjat u nċanfar

is-sema groteska mhux qed tistennieni;

se teħodni fl-antekamra tal-infern

fejn is-sid tad-dlam se jeħlisni.

Se nħoss it-tensjoni manjetika tal-komprensività

mdawra bl-ispirti mhux mixtieqa fl-infern;

il-ħoss inkredibbli ammirevoli,

il-ħsieb ta’ dawk l-erwieħ imħawdin li għexu u waqgħu.

Il-profezija l-qadima ġejja. Hija twemmin ġdida,

imsaħħaħ mill-verità moħbija mqaddsa tal-vanità;

il-jum ta’ filgħodu, nhar u lejl se jnikktu d-dinja

mahruqa u diżintegrat xejn ma jifdal l-umanità imnejka.

L-anġli ta’ xitan u l-effiġji se jkunu qed jistennew

l-erwieħ kollha se jiġu aċċettati bit-twemmin gdid ġewwa fihom;

l-ebda protezzjoni minn Alla li jinstab mohbi.

Hu u s-segwaċi tiegħu maqbuda f’ġenna kiesħa.

id-dixxipli tiegħu jgħixu f’qabar imwarrab

jistennew il-mewt, jafu li Hu tilef il-battalja;

il-biża’ tal-infern se tneħħi dak kollu li kien tajjeb u ġust

l-Alla antik u monotonu issa rega gie msallab ta’ taħt fuq.

L-espressjonijiet qawwija tal-erwieħ li deħlin fl-infern

tant attraenti, kariżmatiċi u ferhana mimlija spirazzjoni;

fil-qalb u l-moħħ it-trepidazzjoni tas-sultan maestuż ,

ix-xitana jsalva lil kulħadd bil-ferħ u b’denju tal-fidwa.

Mill-aguniji tat-twemmin antik u primordjali

ħafna erwieħ inqabdu f’dinja minghajr twemmin

id-dixxendenti tal-imgħallem se jingħaqdu,

mingħajr niket f’era ġdida ta’ qawwa verġinali.

L-imrar tas-silenzju huwa inkorporat.

se jiġbed id-dlam minn moħħhom,

is-sigrieti pprojbiti tal-infernali, eżaltati,

se jkunu mħassra u ristretti minn kull tip ta’ seħer.

L’anarkija tal-istabbiltà ħa kontroll sħiħ,

u l-għerf arrikkit u maġiku ġie miż-żerriegħa tad-demonji

sirna ilpup fost in-nagħaġ f’merħla dgħajfa;

l-imkeċċi eretiku tas-sema jeqred l-għan tad-dinja.

Il-qawwa tal-mewt ġejja mill-ġlieda t-tajba.

għandha tneħħi lil dawk li huma riluttanti li jinċitaw;

is-saltna tappartjeni lill-Mulej tad-Dlam

il-qassisin u l-patrijiet jiġu umiljati għax kienu korrotti u niedma.

L-ispirtu iddimonjat iqum u jirriproduċi b’abbundanza

il-kreatura ħażina tistagħġeb b’għajnejn jiddu fid-dlam;

tfittex fost strutturi u l-labirinti għall-aċċettazzjoni

ir-ribelli u l-imwarbin jaraw mill-punt ta’ riferiment tagħhom.

Anġli tad-dlam sirna

biex insawru lid-dgħajfa u lill-morda;

ngħixu fil-prostituzzjoni u nieħdu l-forma tal-profani;

inħarsu lejn l-għajnejn għajjurin ta’ Alla,

ix-xitan ifarrak apposta r-renju tal-għadu tiegħu,

u kulħadd jirbaħ.

Araw is-sultan li huwa l-għeġubijiet tal-għeġubijiet

is-sid tal-qarn, il-fejjieq tal-erwieħ imkeċċija;

se nidħlu fid-dlam mal-werrieta tagħna li għadhom kif ġew mirbuħa,

li huma spirti mhux ikkonsagrati msemmija f’rombli eretiċi?

Iċ-ċelebrazzjonijiet jisplodu f’nar qawwi ta’ kull kulur,

għax dawk li x-xitan kiteb bid-demm se jifirħu għal dejjem;

l-effiġji jaħarqu se jolqtu l-qalb tal-aħwa,

l-irjieħ qawwija minn kull rokna jġorru l-leħen ta’ sid tad-dubbien.

Ngħid b’leħen għoli. Smajt l-għajjat inadegwat

is-Sid tad-Dlam qam mill-irqad etern tiegħu;

se nħares fil-fond u bil-kuraġġ f’għajnejh ipnotiċi

waqt li se nisma’ lill-Missier, lill-Iben u lill-Fantasma jibku bikja assoluta.

 

ALLA SAWWATNI UKOLL

 

L-imħabba kbira tinsab fit-taqlib

minn imkien, Alla sawwatni bil-frosta;

il-verità ġiet żvelata fi ftit minuti

ftit kliem li smajt daqshekk krudili.

Minn imkien, Alla sawwatni bil-frosta;

is-salib li ġarr, jien ukoll kont qed inġorru;

madwari, nara ntimidazzjoni ta’ marda

nispera li marti l-għażiża tirkupra.

Is-swat t’Alla ġie f’daqqa waħda

kanċer tal-għadam (Mijeloma) ippronunzjat;

beda t-trattament bit-tama għall-aħjar

skuraġġit għall-mara li nħobb l-aktar.

 

(Il-majeloma hija tip ta’ kanċer tad-demm li jiżviluppa minn

ċelluli tal-plażma anormali (kanċerużi). Iċ-ċelluli normali tal-

plażma huma tip ta’ ċellula bajda tad-demm li tiġġieled l

infezzjoni. Dawn isiru fil-mudullun.)

 

REINKARNAZZJONI TAR-RUĦ

 

Meta il-ġisem iddgħajjef, ir-ruħ ipperseverat

fiż-żmien tal-qawmien mill-ġdid tal-ħsad,

imwielda mill-ġdid mil-ġisem fin-nudità, ma kontx oxxen

il-ġisem mejjet ma tmermirx, u r-ruħ forsi ġiet salvata.

It-twelid mill-ġdid tal-ispirtu misħut iddisprezza lil mewt

se nerġa’ ngħix nitbissem; is-snin se jegħrqu fil-fond;

malafamat minn sbiħ bla ħajja f’inżul ix-xemx imbierek kont niżzifen

b’spinta immensa, l’evoluzzjoni tiegħi spiċċat fl-aħħar mill-aħħar.

Poggejt ma genb in-nies ħżiena

u t-tajba kienu mistħija impenjat taht velu iswed.

 

STAT TA’ ĦAJJA

 

Passjoniti tiżdied u tikber,

nitgħallem minn l-għana tal-grazzja;

meta l-imħabba tiġi permezz tar-rispett u l-istima

ħafna emozzjonijiet formidabbli se niffaċċja.

Bħala rikonoxximent tal-verità,

il-virtù kisbet prominenza;

moralità approvata ssaħħaħ is-solennità

għalhekk, ħajti twettaq dominanza kuntenta.

 

GĦAJBIEN

 

Hekk kif qalbi għebet

ir-ruħ tniktet;

tħalliet mingħajr inklinazzjoni

sakemm ma sibt ebda spjegazzjoni;

spiccajt mimli bi tħassib!

Jien, ir-raġel,

ippruvajt ninħeba mir-realtà

bl-akbar sinċerità

nistaqsi għaliex għebet.

Kien ċar daqs il-kristall

xejn ma kien x’jaqsam mal-biża’;

il-ħarba tal-qalb

kienet kruċjata u sempliċi.

Il-moħħ tqanqal ħafna

sar sensittiv u nstabbli;

bil-kostruzzjoni ta’ mozzjonijiet anormali,

sinjali u trasmissjonijiet;

sar spiritwali minghajr raguni.

Awra stramba kienet teżisti ġewwa fija,

minghajr qalb il-kuxjenza spiccat makabra bhal hoss ta’ vjolin;

l-emozzjonijiet ma kellhomx simpatija

minkejja s-sensittività żeluża;

għajxien sospiż,

nieqes mill-maħfra.

 

NESPRIMI L-VERITÀ

 

Li ma narax lil min inħobb l-aktar

mhux l-istess bħalma tinsa;

qatt ma hu u qatt mhu se jkun l-istess

sakemm nwaqqaf l-inkwiet.

Issa, jien raġel imbiegħed

b'wiċċ passjonat;

fejn is-serenità tiġi ma' taqbida

minn emozzjonijiet li jintrabtu flimkien.

Jien raġel b'qalb onesta

nisa li ħabbejt u għożżejt;

li nkun kompulsiv u anzjuż

li naħtaf emozzjonijiet bla tebgħa.

Jien, li ngħix bla distinzjoni

bla sens f'dramm mudlam;

ta' snin twal mgħobbija bil-fallimenti

li qed ifittex ħarba malajr?

Għandi sieħeb fidil wieħed

f'dan il-vjaġġ ta' divertimenti;

jisimha huwa orribli, u t-triq hija ċara

objettiv uniku b'ħafna prekawzjonijiet.

Ma naħsibx li se nasal b'xi mod

din hija dawra fil-vojt;

naġixxi impulsivament mingħajr objettivi

ta' sustanzi foloz bin-nuqqas ta' ħeġġa.

Bilqiegħda fuq l-iskrivanija nikteb

wara tieqa mhux minghajr purtieri;

nesprimi l-verità mingħajr dewmien

għalkemm l-għeja tagħmel il-kompitu tqil.

Jien tat demm u laħam

b'muskoli u moħħ;

iżda, f'mument xieraq

għal qalbi, se nkun kattiv,

L-approċċ tiegħi biex nitlaq minn din il-ħajja falza

ġeneralment ikun magħmul minn faċilità u banalità;

dimensjonijiet bħal dawn bla dubju jmorru lil hinn;

ir-raġuni aħħarija għall-integrità tassew.

Dan huwa il-każ tiegħi, ir-raġel,

li għandu wiċċ morr bit-tluq diġà fuq l-awtostrada;

b'sinjal tal-ħruġ imdawwal bin-neon qawwi

"Din hija l-ħarba mid-diżappunti."

Li tkun bniedem imħares minn tarka tal-ħadid

miżmum flimkien minn musmar twil u msaddad;

fi triqtu lejn l-eskapiżmu mument ilu

il-musmar jinqala minn gol hajt, u rreżistenza ssir fraġli.

Mitħud minn vleġġa ta' verità

minn għedewwa li jeżistu madwari;

l’insigurtà kienet ħallietni

il-kompassjoni fgatni b'entitajiet diżonorabbli.

Is-subkonxju qed jheddedni

l-emozzjonijiet fallewni u splodewni;

fejn jien, ma nifhimx aktar

ma jimpurtax peress li m'hemm l-ebda bidu ġdid.

Fi tfittxija ddisprata għas-sopravivenza

se nitla' fuq karozza perikoluża misjuqa b'veloċità;

u l-uniku post madwari jissejjaħ infern

se mmur mingħajr dawl tax-xemx, paċi u passat.

Li ma narax lil min inħobb l-aktar

mhux l-istess bħalma tinsa;

qatt ma hu u qatt mhu se jkun l-istess

sakemm nwaqqaf l-inkwiet.

L-aħħar azzjoni hija li nitlob bil-forza

se nitlob b'umiltà u b'persważjoni

nitlob b'rispett, nippreżenta l-fehmiet tiegħi kollha

nittama li d-demonju jħallini mmur ħieles!

Li nesprimi l-verità huwa aktar ikkumplikat milli ħsibt

moħħi sar konfuż u mqalleb.

 

FIL-BURDATA GĦALL-IMĦABBA MILL-ĠDID

 

Bla dubju qed nixjieh kuljum

madankollu, nipprova inħobb mingħajr dmugħ;

il-fatt li ilni ma hassejta hdejja ghal snin twal

li nissaporti hija virtù għax l-imħabba hija sublimi.

Imħabba tagħna ma ċedietx, u l-imħabba aktar issodat

nerġgħu insiru persuna wahda huwa mpossibli, irrid

nistqarr;

torturi kontinwi li jikkontaminaw is-sentimenti

li jqarrqu bil-maħbubin se jikkawżaw żviluppi gravi.

Għal dejjem, se nżommu l-imħabba fil-quccata

inneħħu r-rimors b'antidotu xieraq;

f'isem qalbi u qalba nibqghu maqghudin

is-sitwazzjonijiet prekarji tagħna se tintemm delwaqt.

Ejjew ninsew x'aħna issa u nibdew mill-ġdid

nistgħu nagħmlu dan b'diskrezzjoni mingħajr ghawc;

dawn il-ħsibijiet kontinwi jikkorrompu moħħi

qed jevolvi f'ossessjoni tat-tip ta' mħabba.

Li naċċettaw id-destin huwa diffiċli ħafna

dan il-ftehim amikevoli issa ilu mistenni;

jien u marti, f’borza tax-xorti nilghabu mal-fortuna

id-deċiżjonijiet tajba, nistgħu niksbu ftit snin ohra ferrieha.

 

DEMONJI ŻGĦAR INKONĊERTATI

 

Mill-iktar ħażen mudlam, joħorġu d-demonji

imnissla mill-iktar ġuf dgħajjef u defiċjenti;

nies li ma jafux limitu għall-ħażen

ħelwin mal-folla li jesprimu niket qawwi.

Aħbarijiet ħżiena biss iqanqlu inċentiv u xewqa

is-segwaċi aħħarija u d-diżordni;

il-makakkerija tagħhom toħroġ għal affabbiltà kompleta

u t-trasgressjoni titnaqqas u tintilef .

Qawwija u ostinata tassew

għada, ix-xemx se titla issahhan jew le;

is-sitwazzjoni hija fonda wisq

demonji zghar sodi u stinati.

Għajnejn ferventi ħomor, blu, kannella u ħodor

jaraw kull mossa mdemmija li nagħmel;

is-serp jivvelena qalbi l-aktar għażiża

id-demonju rieqed jew se jibqa' mqajjem?

 

ESKLUŻ

 

Li jkollok imħabba mhux mixtieqa

li tikkontribwixxi għal sentiment eskluz;

nemmen f’qalb michuda

harsu lejja qed inxerred dmija.

Ninsab mitluf fis-solitudni

mitluf fid-dlam;

mitluf fost in-nies

kompletament mhux mixtieq fin-niket.

Qalbi fidila tħobb ukoll

qalbi tħabbat f'konfużjoni;

qalbi agonizzanti tinsab f'taqlib

mhux mixtieqa ghax solitarju.

Għadha tħobbni?

taf li jien marid u mħasseb?

kif jien itrattat min jaf jekk tafx?

l-istorja ta' niket hija bla dubju skoraġġuta.

Nibki? Mhux probabbli!

ir-ramel li jonfoħ iċajparli għajnejja?

ngħami lili nnifsi bil-mibegħda?

Haqq il-madoffi forsi pnotizzawni?

DAK KIEN IL-JUM LI KIEN

(Borra f’Lejlet il-Milied, L-ebda ħin għall-eżitazzjoni, u Missieri qed imut)

 

Kważi nofs seklu ilu

lejlet il-Milied kien il-jum;

nistenna fuq ix-xwiek

fil-mard u fis-saħħa - Iva

Ma kienx daqshekk faċli

ix-xhud tiegħi ġie kmieni għalija;

jaċċerta ruħu li kont rilassata

ħadni minn bar għal bar tradizzjoni Skoċċiza.

Whisky wara whisky, tazza wara tazza

wasal iż-żmien li nizzewweg;

wasal kwazi fil-ħin, bqajt wieqafnistenna l-gharusa

mhux kompletament sod, nistennija.

Uliedha, tnejn kienu bridesmaid

il-ħabiba ta’ marti ħadet post ommi;

sfortunatament, ma setgħetx tivvjaġġa minn Malta

ħadd ma qalli li missieri li kien qed imut.

Ħriġna mill-uffiċċju tar-reġistratur u morna f’lukanda

ir-riċeviment kien qed jistennina;

bilqiegħda fuq il-mejda ma’ tletin ruħ

id-diskors tiegħi mimli spirtu umli ntlaqa’ tajjeb.

Dak kien il-jum li kien aktar minn erbgħin sena ilu

issa b’għajnejha mkemmxa u jien b’rasi qargħija;

hija ħmistax-il sena ikbar minni imma żgur tidher aħjar

flimkien, naqsmu, bħal dejjem, l-istess sodda.

(Dak kien jum it-tieġ tiegħi )

POEŻIJA HIJA POEŻIJA

(Anke jekk hija poeżija stupida)

 

Raġel huwa raġel meta jġib ruħu bħala raġel

Mara hija mara meta tagħmel l-istess;

Raġel huwa idjota meta jgerger dwar kollox

Mara hija stupida jekk taħseb li hija għaqlija.

Kelb huwa kelb biss jekk jinbaħ

Kelba hija kelba biss meta tkun fis-sħuna;

Kelb huwa kelb idjota jekk jitgħammar ma’ qattus

Kelba hija stupida jekk tiġġieled ma’ gurdien.

Barri mingħajr bajd mhu barri xejn

Baqra hija baqra meta taħlib halib kontinwament;

Barri huwa barri idjota jekk jinqatel minn matador

Il-baqra hija stupida jekk tieħu bronkite.

Politikant mhuwiex politikant jekk ma jigdibx

Qassis mhuwiex qassis jekk ma jħobbx it-tfal;

Politikant huwa idjota jekk jgħid il-verità

Qassis huwa idjota jekk ma jagħmilx l-imħabba ma’

persuna adulta.

Poeta mhuwiex poeta mingħajr emozzjoni

Poeta huwa idjota jekk jibki fuq il-kommossjoni.

ID-DELL TAL-QABRI

(Triolet)

 

Nista' nipperċepixxi d-dell tal-qabri

qed jistennieni bil-paċenzja u b'attenzjoni;

jien ikkundannat u ma nistax insalva ruħi.

Nista' nipperċepixxi d-dell tal-qabri

ninsab xi ftit anzjuż għax m'iniex qalbieni;

kull ma għandi bżonn huwa ħafna whisky ghal kuragg.

Nista' nipperċepixxi d-dell tal-qabri

b'attenzjoni, nittama li jistennini bil-paċenzja.

 

BOT TAL-BIRRA

 

Bot tal-birra miftuh

id-demonju qam;

imferra minnufih f'tazza

ix-xitan sejjaħli.

belgha segwita minn belgha ohra

u oħra u aktar;

botta birra vojt

hemm ħafna fil-friġġ.

Il-moħħ beda jithawwad

ħsibijiet mistiċi jinvaduni;

ir-realtà tiġġieled mal-verità

xejn ma jipperswadi biex nieqaf.

L-ilsieni nħeles, il-ponn jissikka;

ir-raġuni ttir mit-tieqa

il-vittma bla ma tiċċaqlaq, imbeżża’,

bott birra miftuħ l-għada filghodu.

Id-demonju reġa’ qam;

ferrajt minnufih birra ġo tazza

l-alkoħoliku jien, bdejt inkanta minghajr sens.

 

NAR U XEWQAT

 

Qanqlitli qalbi,

tinħaraq bil-kawża u l-aspirazzjoni;

moħħi mtela bix-xewqa.

hsibijieti xerrdu ħolm sesswali f'reazzjoni katina;

l-imħabba superfiċjali tagħha ma tatni l-ebda konsolazzjoni

zgur ma qabditlix qalbi,

minflok, kien aktar bħal li tegħreq f'ħama.

fl-aħħar, għamilt ftit masturbazzjoni.

ABRA KATABRA

 

Wera lill-udjenza kemm kien magiku serju

kif iġibhom permezz ta' għarfien malajr;

meta f'ħakka t'għajn, il-magija isir realtà

f’daqqa jibdel fenek f’paprai.

Mhux faċli li tbiddel iċ-ċagħaq tal-baħar f'ramel

tabilħaqq, wieħed għandu jaħseb li l-artisti huma miġnuna

quddiem udjenza, iħawwdu l-bastun;

idejn mgħaġġla huma meħtieġa, jew il-magija ma tkunx perfetta.

Il-papra biddet bajda ħdejn saqajh

waqt li kienet qed tagħmel dan l-att, bdit iddur u ddur;

b’munqarha, ħaffret toqba kbira

u ħbiet l-bajda friska fil-fond tal-art.

Abra Katabra! Dawwar l-bastun maġiku thlett darbiet

ittrasforma il-papra f’gurdien abjad;

Abra Katabra! L-annimal ma kkorrispondiex

minflok, tela’ fuq idu u niżel fil-kappell.

Il-popolarità żdiedet, u maġiku nizel kappa ġdida

ried jimita lill-kbir Houdini;

biex joħloq ħarba unika u drammatika

iżda l-ewwel, kellu jibdel tiġieġa f’qattus.

Fl-aħħar, ġiet il-biċċa reżistenza tiegħu

ġabar il-bombi nukleari kollha tad-dinja;

b’għajta kbira ghajjat hocus pocus

u dawn il-bombi kollha nbidlu f’nani tal-ġnien.

BOOK 1.bmp
bottom of page