top of page

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

Taqsima Numru 10

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

Ma niftakarx kemm bkejt,

meta skoprejt li kienet saret għarusa,

dak il-ħin qalbi nkisret fil-fond ta’ ġewwa,

kien il-jum li kelli mmut;

minflok moħħ jinsab f’manikomju tas-sinapsi.

Kont nikkonsola ruħi billi nixrob brandi kemm niflaħ;

sakemm nispiċċa eżawrejt u ninstabat ma’ l-art.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Kont nemmen fl-emozzjoni tal-imħabba,

nemmen fil-konsol spiritwali tiegħi,

nafda lill-kreatur tal-korruzzjoni,

forsi hija biss parti mir-ruħ mortali tiegħi.

jista jkun li mal-Mulej kelli libertà kondizzjonali,

kont nikkonsola ruħi billi nixrob whisky kemm niflaħ;

sfortunatament, issa, irrealizzajt li kont barra mill-kontroll;

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Naf li għadni nħobbha,

kont naf li spiċċajt fix-xorti ħazina,

daqs li kieku mradt bħal kanċer inkurabbli,

tħallejt fi stat ta’ nsensibilità għal dejjem,

mingħajr mara  ma nista nagħmel xejn;

nemmen li dakinhar kienet aħbar ewlenija,

meta rrealizzajt li kont qed insir persuna disprezzabbli,

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Għal ħafna snin, kont ninsab waħdi,

suppost din ma kinitx il-pożizzjoni tiegħi

neżisti f’żona illużorja mhux mixtieqa,

nixtieq li ninstema’ u nidher minn xi ħadd

mingħajr kliem ta’ottimiżmu kont umiljat.

F’dan l-istat, kull ma ridt kien aktar vodka,

qabel ma nsir psikoloġikament imniġġes.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

.Fl-istess jum li ġejt maqtul,

ippruvajt inqum mill-ġdid,

qalbi fidila bl-imħabba mtliet,

moħħi, ruħi ma ħallewnix inbati l-istess uġigħ,

għax bid-dwejjaq ma kelli nirbaħ xejn,

ngħix bla dar, u bħal ħanżir,

b’dawn il-vizzji kollha, qalbi ma setgħetx titrażżan,

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Waqt li kont qed inħossni dipressjonat b’mod dipressanti,

salbuni fuq il-kurċifiss ta’ Iben Alla,

poġġew fuq rasi l-kuruna tax-xewk,

għas-servizzi mogħtija u għall-etika li kelli;

xejn ma deher li jfejjaq ħlief flixkun brandi,

sirt mgħaffeġ minn bnedmin li taw imxew fuq gismi.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Is-sentenza tiegħi ġiet posposta,

moħħi kien dejjem mimli ħsibijiet

l-ebda verdett, l-ebda riżultat, ma tawni,

nikkompila r-rekwijemi fid-dlam.

Waqt li pprovajt nittallab, idejja nħarqu;

tlabt ftit karità minflok ingħatajt daqqiet ta’ sieq solidifikati;

il-brandi, l-whisky u l-vodka spiċċaw

il-mediċini u l-inbid ukoll, minflok ippruvajt inxomm il-gass.

jigri x’jigri issa gejt nitnejjek fuq ħajti.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Ġismi spiċċa fix-xejn,

wasalt b’mod profan fuq il-ħitan tal-infern,

f’art, fonda magħluq f’kamra mħarbta,

hemmhekk ma stajtx nidħol mingħajr permess;

meta ħarist lejn ħajti tal-passat ma kellix teleskopju,

kontenituri taż-żibel fid-dar, fittixt l’ikel għax kont bil-guħ,

imbagħad ftakart li l-favorit tiegħi kien l’alkoħol.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Waqt li l-abissii kienu mimli b’riħa sodisfaċenti,

l-iskeletri ta’ madwari bdew iħarsu lejja,

sfajt mimdud f’art kiesħa mimlija turment sadistiku;

ridt ningħaqad mal-kotra, imma ma tawni l-ebda ċans,

qabduni minn dirgħajni, rieduni niżfen magħhom,

bqajt mistgħaġeb ghax hadt gost niżfen ma dawk l’erwieh kollha,

ridt biss nagħmel nahxi minnufiħ.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Il-mejtin ippruvaw iġegħluni nċedi,

imma b’mod inutli rrifjutajt,

ma niftakarx x’ġie żvelat,

fil-jum li mit, qalbi ġiet imfejjqa;

l-aguniji tal-futur kienu ssiġillati,

ma kelli xejn x’nitilef, xejn x’niddikjara;

bħal larinġa, ħassejt li kont imqaxxar.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

U għalkemm kont f'post wieħed biss,

ma kellix ħin li nkun pessimista,

sibt li Alla kien diżorjentat fl-ispazju;

hekk kif dawk li kienu qed jibkuni infqajt f’daqqa sarkastika,

bdew immissu, ibusuni, u jghanquni,

riġidu fit-tebut Kont f'estasi estrema.

Kont fis-sakra bl-inbid,

għalkemm fl-aħħar, ħassejt id tax-xitan.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Madankollu, ix-xitan huwa l-uniku ħabib tiegħi,

kien bħal sinjal t’apprensjoni għamja;

permezz tar-rabta tiegħu, se nittraxxendi moħħi,

ruħi kienet mimlija b’rabja kbira,

f'kantuniera, bqajt wieqaf bħal qattus imxarrab għasra,

Ma nafx għaliex bnejt kastell fuq ir-ramel.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Ma twieledx biex nintefa fl-infern,

imma kelli nkun ir-rit tas-sagrifiċċju,

kont hemm biex ngħati l-aħħar tislima.

wieqaf setgħan biex l’enerġizza il-pozizzjoni li kont fiha,

insħadt bid-daqq tal-qanpiena infernali;

kienet ħarxa w abominabbli,

irrealizzajt li ruħi kienet mibjugħa.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Fil-jum li miet ġismi,

hekk kif tlabt għal xi aħbar ta’ ferħ,

kont ġejt imtebba’ għalkollox;

Intqalli li ma kontx nista’ nuża,

kont naf li tlift il-fjus tal-ħajja,

Tlift dak kollu li kien tiegħi,

anke bħala tifel, rajt u ħassejt abbuż.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

L’isfel fil-qabar sagru,

l-ispirtu sejaħli kemm il-darba,

imma gismi beda jgawdi l-atmosfera ta' dlam bla heda

il-fantażma bdiet tgħajjat, u l-fantażma ppjanat.

Ħsibt, fl-aħħar, li kont lura fil-kamra tas-sodda,

xejn ma mpurtani għax kont naf li l-ħajja hija dlam.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Mitfugħ f'abbiss imniġġes dak li l-aktar kont nobgħod,

għax meta mit f’dak il-jum,

ħassejtni ħaj, um mhux mitluf,

Ninsab waħdi fost l-insetti abbandunati u miċħuda,

peress li kont max-xitan tagħni flixkun vodka u xrobtu f’daqqa

ma kienx hemm aktar moralita, imma malevolenti u atroċi biss,

għalhekk irrifjutajt lill-Missier, lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

 

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

Fl-aħħar, sibt l’istruzzjonijiet bid-dettalji,

issa li ninsab hawn gejt eżiljat mill genna għal dejjem,

ħajti qatt ma terġa’ tkun divina,

gejt moħxi għal kollox u ma nistax ingerger.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

​INT BISS GĦALIJA

Meta niltaqgħu, ma nafx x’għandi ngħidlek,

il-kliem huwa rħis,  

Imma nħobb nitkellem,

il-kliem li joħrog minn halqi huwa sincier;

Għalhekk qed ngħidlek affarijiet sbieħ biss,

bit-tama li s-sinċiera tkun eċċitati;

Għax għalik, ghandi eċċezzjoni waħda  biss, inħobbok

il-frankezza tiegħi hija evanġelju mingħajr qerq.

Issa nista’ ngħidlek dak li nħoss onestament,

fuq il-passat se ngħidlek kollox.

kont l-iżgħar minn tlett tfal u kont tifel imqareb wisq;

il-logħob kien eċċellenti, fuq kollox, bħala suldat.

L-iskola, kont intelliġenti u mort tajjeb fl-eżamijiet,

meta ggradwajt, kelli ħafna pjanijiet.

Kont impjegat f’post sigur u  eċċitanti

ħajti kienet faċli, imma mħabbti kienet imdejqa,

naf li kelli tfulija problematika;

id-dar ma kontx kuntent hafna

trabbejt b'mod indipendenti u b'la skrupli,

avventuri romantiċi marru ħażin.

 

Dak kien kollu fil-passat, għalkemm bqajna flimkien

minn meta ltqajna; dejjem konna tajbin u flimkien.

Jien kont Romeo, u int Guljetta.

ilna flimkien kwazi ħamsin sena kuntenti … …

… … bi ftit problemi l’hemm u lhawn,

Imma qatt ma kellna dubju dwar imħabbitna.

Kien possibbli bil-paċenzja estrema li kellek,

li ma insejtx il-preżenza impekkabbli li kont turi;

kieku kont kitarra, kont indoqqok b'għożża u kuljum,

fl-aħħarnett, dejjem stmajtek sinjerita tremenda.

Għajnejk huma ċari daqs il-kristal

jaqblu maa dak ix-xagħar twil li jinzel għal fuq dahrek;

kellek ġustizzja mimlija fedeltà;

il-bews delikat li kont tagħtini kienu sempliċi imma b'imħabba penetrata

Kont tħallini bla nifs kif ukoll sofistikat;

is-sħana ta’ ġildek tagħtni l-aqwa għemil ta’ kopulazzjoni

il-fornikazzjoni  ma kienitx ikkontaminat bil-libido imma b’imħabba pura.

 

Li mmiss ġismek kont inħossni mimli b’sensazzjoni impressjonanti,

issa għażiża wara nofs seklu flimkien qegħdin fi stat kruċjali,

l-unika xewqa li għandi li kapitolaw flimkien,

b’funeral wieħed, post ta’ mistrieħ għal dejjem.

GĦANDI WISQ KLIEM ASTRATT

JIFFORMA SENTENZI ANIMATI

 

Kliem imħarrek fi ħsiebijiet ordinarji,

hekk kif i-demm jagħli jidhol f’moħħi,

jikkomponi sonata ta’ niket;

Moo, moo moo tqażqaż il-baqra

hekk kif kienet qed tmut marda tal-ilsien u l-ħalq

Telfa kbira ohra għar ragħaj,

waqt li n-nagħaġ jiġru madwar ir-razzett,

b’finezza, ir-ragħaj jieħu ħsiebhom;

il-kelb attent jidderigihom

hekk kif il-ħaruf tfixkel fuq ġebla u waqa’ minn għolja fonda.

 

L-antifriża ma għamlitx ġustizzja lill-karozza,

il-magna ma qabdietx,

l-arranġament mal-mekkanik ġie pospost,

waqfet minħabba li il-petrol kien svojta.

 

Il-moderatur ma wasalx għal konklużjonijiet,

peress li l-ballata prodotta kienet plaġjarizzata,

il-letterati ma kinux kuntenti u żammew lill-kittieb,

L-awturli ħaseb li rebaħ il-premju,

Imma l-firma li kienet falza biss ġiet esposta.

 

Is-siġar tal-arżnu b’kuraġġ baqgħu wieqfa,

peress li r-riħ kważi ġarrhom mill-għeruq,

il-barri tagħtu puplesija ma kellu jmur mkien,

għalhekk aċċellera l-ġirja tiegħu sal-massimu,

il-mara b’xalpa ħamra kellha tiġri għal ħajjitha,

bil-biza kbirahi ppruvat taħrab mill-barri qalil.

 

Il-koppja kienu mindudin fl-art għarwiena ftaht xemx qalila

waqt li ftit bogħod minnhom seħħ inċident tat-traffiku,

il-vettura tat-tifi tan-nar refgħet il-katavri mill-fdalijiet,

il-feruti kantaw l-innu tar-repubblika,

dan id-divertiment sar fil-park nazzjonali,

amministrat minn xi nies bla qalb

iwerzqu kliem inkomprensibbli,

osservati minn psikoterapista.

FALLIMENT TAŻ-ŻWIEĠ

 

Maħbuba tiegħi, inti kont li għint nenħles mill-vizzjijiet koroħ

għadni nibża' li se nkun il-katastrofi tiegħek;

kulma ma neħtieġu hija doża ta' seħer,

fi kliem ieħor, ibqa' miegħi u nipprovaw nibnu ż-żwieġ mill-gdid.

Meta nħares lejnk nara mara differenti,

wara ħafna snin li konna flimkien issa nbdielt,

l-ambizzjonijiet tiegħek sfumaw u marru f’qiegħ il-baħar.

Ma ridtx li nkun 'il bogħod minnek!

anke l-konversazzjonijiet ta' kuljum sfaxxaw,

sfortunatament, naraw lilna nfusna f'divorzju.;

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

Qlubna ilhom iżommu sentimenti mhux mixtieqa,

il-kmamar mhumiex kbar biżżejjed għalina t-tnejn;

tgħid dak kollu li jigi f’ħalqek minghajr rispett;

filwaqt li għandi problema kbira imma ma nistax niddiskuti mieghek.

Il-ħajja għalmitni biss għarfien ta’ tumur tal-biża';

il-paranojja, id-diżillużjoni, u l-għira ħakmuni,

huwa għalhekk li għamilt ħafna u sirt bla ħsieb.

tiftakar meta l-polz  qtajtu' b'xafra?

kont naf, bħal qabelli gejt titnejjek minni.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

Issa, naqbeż fil-vojt wara s-skiet tiegħek,

l-imħadda bħalissa tixcarra bid-dmugħ kiesaħ;

filwaqt li int torqod mingħajr diffikulta,

ħajti tinsab f'taqlib u biżgħat kontinwi.

Kont nittantalek xufftejk li tant xtaqt b’ilsieni,

nilgħaq wiċċek sħun bħallikieku kien ħelwa tat-tork;

fis-sodda, spiċċajna strangiera nivvjaġġaw fuq ferrovija ta’ diżappunt

int ma kont micħuda minn xejn waqt li jien għandi bżonn għajnuna minnfiħ,

Jien u int ngħixu fuq pjaneti differenti kuljum gurnata li tgħaddi.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

Nistaqsi x’jaħsbu l-hbieb kieku jsiru jafu l-verità.

meta nieklu mal-mistednin, nippretendu  u niddikjaraw felicata u hena,

waqt li nidħku, nitkellmu u nixorbu vodka li tħalli togħma ħazina.

qed ngħid dan għax għandek filosofija stramba;

Jekk niltaqa r-ragel li ħadli posti, x’iskuza tse tinvinta?

Tintroduċih bħala l-kuġin tiegħek Girjolettu?

Għall-imħabba t’Alla, ma tistax tgħid li hu s-seftur,

Tista’ tgħidli ukoll li waqa mis-sema..

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

Il-verità hija li ż-żwieġ kien ħolma kera kollu tort il-Mulej,

issa għandna nuru kuraġġ u niddivorzjaw minnufiħ;

ir-raġuni , nivvintaw problema sempliċi,

Iddiskutejna l-umanità, u kienet l-għażla ovvja.

in-nies jinsew malajr, u fil-fatt, ma’ jimpurtahomx!

Għexna ma’ mħabba mudlama, tlifna it-triq b’mod indifferenti,

niftakar fiż-żminijiet sbieħ meta konna perfetti fl-att sesswali.

Konna naqsmu sehem ta’ intimità u passjoni,

madanakollu nistgħu naġixxu bħall-adulti u nsolvuha malajr.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

-=-=-=-=-=

 

Kif se ninfurmaw it-tfal dwar ias-separazzjoni?

huma adulti, naturalment se jiehdu sorpriza kbira;

se jkunu devastati,

jien ċert li se jippruvaw isibu mod biex nibqgħu flimkien;

ma nistgħux ninjorawhom għax uliedna jistħoqqilhom aħjar;

jeħtieġu li jkunu jafu l-verità u ma nistgħux inħalluhom fid-dell.

Mhux se jkun faċli li jiġu d-dar mingħajr missier.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

LI TAĦRAB HUWA DIFFICLI LI TAGĦMEL

 

Fil-qalb maqsuma, hemm it-tama,

sena nħobbok iz-żmien ħarab;

ma rrifjutajtx bis- soluzzjoni li  ħadna;

id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

 

Sena twila moħlija nisimghu id-dgergir t’ommok,

mill ewwel darba li ratni ma kienits sodisfatta bija

missierek ukoll jaqbel magħha

ma għaliex huma daqshekk kontrija?

id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

 

Issa li ddeċiedejna li naħarbu u nizzewgu minnufiħ,

ghaliex għandna inbidlu l-pjan perfett?

l-uffiċċju tar-reġistru qed jistennewna,

wara kollox id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

 

il-pinna.jpg

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page