top of page

DLAM PROFOND

Taqsima Numru 6

MA STAGĦTIX NITKELLEM

 

Fi żmien qabel ma mieted -

ma qalitx kelma waħda.

Fit-tebut u fil-qabar tinsab rieqda -

ħasra, jien ma kelliex ħila ngħid nitkellem ukoll.

IMĦABBA TAL-LEJL

 

Kwiekeb tas-sema jleqqu fid-dlam tal-lejl -

qamar tal-kożmos, jinnota mħabbti llejla!

Profeta tal-imħabba falluta pprevedi ħajti -

b’hekk ħejjejt ġrajjiet foloz għal-lejla.

 

Agħti dawl lil għajnejja u ħsibijiet lil moħħi -

poġġi l-paċi f’qalbi l’lejla bil-kwiet.

Int l-eredi rjali tad-dinjiti -

it-tfajla b’imħabba kriptika t’bewwisni llejla.

 

Jekk l-imħabba għandha sservili l-iżbalji reċenti -

l’ineżattezzi jippermettuli nħobb illejla.

Kieku wieħed jaf kif se immut għall-imħabba sinciera -

irrid nfittex u nsib Anġlu tal-lejl.

 

Biex inħobb u nħobb sewwa waqt li nħobb mill-ġdid -

nagħmel l-aqwa mħabba f’nofs ta’ lejl.

Għaliex tinsab waħdek meta jista’ jkollok lili? -

halli l-passat warajk u  minflok izfen il-lejla.

 

żfin li tiżfen miegħi sal-aħħar taż-żmien -

ninsew iċ-ċirkostanzi l’oħra llejla.

 

Jekk,tagħtini l-imħabba li għad għandek -

issib li baqghli  s’sentimenti f’posthom illejla.

Stennejt kważi hin twil għal din il-ġurnata -

li jkompli llejla fis-sodda.

 

Tajtek ic-cavetta tal-kamra  sesswali tiegħi u int aċċettajt -

ejja minnufiħ u tinsiex il-passjoni interna tiegħek.

Ix-xemx dalwat tinżel, u l-qamar jitpaxxa bl’umilta tieghi -

Imħabtek mejta, u jien ukoll immut illejla.

ŻGĦIR, B’SAĦĦA STUPENDA U HAFIF

(Personifikazzjoni)

 

Ngħix f'kavitajiet naturali żgħar,

b'kolonja organizzata ħafna,

nokkupaw territorji kbar,

nistgħu nikkonsistu minn miljuni ta' individwi.

 

Jiena ċkejken u b'saħħti,

inżomm ruħi okkupat ħafna,

naħdem mal-kollegi tiegħi,

iċ-ċiklu tal-ħajja tibda minn 'bajda,

nimmatura b'metamorfożi kompleta,

bl-istadji tal-larva jgħaddu minn stadju ta' pupa,

fl-aħħar, noħrog bħala maskili magħmul.

 

Jiena predatur ngorr dak kollu li nsib adattat,

ukoll vegan indirettment.

Nista' nivvjaġġa distanzi sa 200 metru mill-bejta,

xi kultant nirrita lill-bnedmin,

mill banda l-oħra jnaghti ghajnuna wkoll,

billi nwettaq ħafna xogħlijiet ekoloġiċi,

inkluż is-soppressjoni tal-popolazzjonijiet pesti,

u l-aerazzjoni tal-ħamrija.

 

Jien ukoll sod u veloċi,

nista' nġorr bejn għaxra u ħamsin darba l-piż ta' ġismi,

u nista' niġri b'madwar 300 metru fis-siegħa,

rata ta' kważi tmien mitt darba t-tul ta' ġismi fil-minuta.

Jien nemla' ta’ razza sewda

u ninsab fil-ġonna u nista' ngħix sa hmistax il-sena.

AVVELENAMENT BL-IKEL

 

kull sena fil-festival tar-rizzi

waħda minnhom tkun infettata

il-mistiednin malajr iħossuhom ħażin bid-dijarea

L-INFLUENZA

 

Ħafna jmutu bl-influwenza

għatis terribbli minn kulħadd

evviva għażiża tieghi

 

VAGANZA

 

Nimmissja l-arja

wara li ħejjejt il-kuruna tal-mewt;

vaganza fix-xemx tixwi;

puplesija tax-xemx ma kinitx divertenti.

 

Kont fis-sodda għal ġimgħat sħaħ,

fil-Greċja ma stajtx nitkellem bil-Grieg;

mara strangiera ħaditni l-isptar,

fieqt malajr, u bdejt noħrog magħha.

 

IL-FIRDA

 

Fis-sodda, l-haxi li nagħmlu jfalli,

ma ngawduhiex bħal ma konna qabel;

sess mitluf bħal dgħajsa mingħajr qlugħ,

nixtieq inkun naf għaliex, u x’għandi naghmel?

 

Fil-fond ta' qalbi, naf li hemm xi ragel ieħor,

ma nemminx li huwa tort tiegħi;

tradiment, nifhem kif tinkiteb,

u għejjejt mil-logħba li qed tilgħab mieghi.

 

Għamel kuraġġ u ammetti minnfiħ,

b'dan il-mod, nistgħu nieħdu deċiżjoni tajba;

hija bla sens u bla togħma din is-sitwazzjoni,

mhux bħallikieku li sirna nogħbodu lil xulxin.

 

Issa li ddeċidejna,

ergajt sibt ruhi liberat.

GĦALIK BISS

 

Inxomm il-fwieħa fl-arja u niżvela l-ħeġġa tiegħek.

fejn int? Fejn Tinstab? Forsi nsegwi l-fwieħa li hallejt warajk?

It-traċċa li twassalni għall-ġustizzja u l-kortesija

Meta nerga nsibek, niffjorixxi;

ħadd ma jista' jagħmel kopja tas-sbuħija li inti tippossjedi,

int unika, imma jien minhiex.

 

Eluf ta' jiem ta' ferħ tajtni,

eluf ta' ljieli ta' pjaċir hadt;

qalbi hija kollha tiegħek matul iż-żmien kollu li konna flimkien,

issa seimmut għalik m'hemm l-ebda sagrifiċċju aħjar;

jekk nista' naf il-futur, ma jkun hemm xejn x'naħfer,

jekk tkun f'irkant, inħallas l-ogħla prezz.

 

Int ruħ prezzjuża waħda fost ħafna

il-mod kif tfejjaq qalbi huwa ta' faraġ;

Jien bil-problemi w int mingħajrhom,

meta twelidt, ferħu l-anglis-sema u fl-art,

il-ġenituri tiegħek semmewk Enid

imma jien insejjaħlek E biss.

 

Alla kien grazzjuż

u minn mindu twelidt kont imbierka

ĊAĦDA

 

Kliem sinċier tiegħi jappoġġjak;

nistqarr l-imħabba kollha għalik,

nixtieq ngħidlek kif ħassejtni,

nistqarr kien avvanz kbir.

u b’dispjaċir kont naf li ma’ ħassejtx l-istess,

 

B’dispjaċir kbir ħsibt f’dak il-mument ħażin,

bid-dmugħ f’għajnejja, tlaqt u qatt ma rajtek aktar,

b’dispjaċir, kien jgħini kieku kont fhimtni.

PARTIKULARI U MISĦIJA

 

Għaliex kienet kurjuża u mistħija, kien ir-rigal ta’ għeluq sninha,

stediniet tliet tużżani mistednin anzjużi biex jiltaqgħu maghha,

il-mistednin huma ħbieb tal-familja … …

… … peress li qatt ma ltaqgħu ma’ binthom Eliżabetta,

Kienet barra minn Malta, u nittama li tkun preżenti biex tiltaqa’ magħhom.

 

Eliżabetta kienet stramba u riedet tinħeba x’imkien għax xtaqet tkun diskreta,

riedet toħroġ barra u tmur mixja,

ma kontx niehu sorpriża jekk taħrab;

għax hi partikulari u mistħija.

 

Bdiet il-mużika, il-ġnien kien imdawwal b'bozoz ikkuluriti,

Eliżabetta niżlet isfel ħafja,

ma riditx li l-familja jarawa taġixxi b’mod diaboliku.

Kienet wissitni li ma kienetx se tiffrekwenta ċ-ċelebrazzjoni taghha.

F’daqqa wahda fetħet il-bieb ta’ wara u ħarbet bil-moħbi … …

… … għax hi partikulari u mistħija.

MINGĦAJR FIDI

 

Qatt ma titkellem b’mod ferrieħi;

qatt ma tara xi ħaġa pożittiva,

moħħha jaħseb biss fin-negattiv,

teħtieġ l-imħabba aktar milli relazzjonijiet,

għax tassumi li d-dinjita hija disperata.

 

Aktar u aktar minħabba l-passat ma teħles minnu,

teħtieġ l-imħabba u għandha ħafna x’tagħti.

 

Bit-tama li ssib raġel adattat għaliha,

ħajja ġdida ta’ mħabba hija evidenti;

mhux ta’ b’xejn li saret bla kompromessi.

Għax kull relazzjoni li kellha ma mxiex 'il quddiem

mhux ta’ b’xejn li m’għandhiex fidi

anke jekk is-snin tal-imgħoddi kienu intesew,

U kienet taf li mhijiex garantita li l-iskeletri fil-kredenza ma jinstabux.

VAGANZI FIX-XEMX

 

Fuq il-baħar blu-aħdar, ix-xemx tiddi

il-mewġ tad-deheb trankwill jitkaxkar,

bla xkiel u regolarment mir-riħ ħafif,

temp prosperuż għal passiġġata.

 

Ir-riħ pjaċevoli jkessaħ ftit il-ġisem,

sabiħa tkun il-vaganza minkejja li għal sebgħa t’ijiem biss;;

is-saltna tal-armonija fuq il-bajjiet,

Waqt filgħaxija huwa żmien għal ħajja romantika.

 

Rilassament ħelu fuq gżira sabiħa,

fejn il-klima ġġiegħel lil dak li jkun jitbissem;

sfortunatament meta l-vaganza ta’ ġimgħa tkun spiċċat,

tirritorna d-dar mimli dwejjaq ghax issib l-istess rutina.

IMKIEN

 

F'nofs ħolma kerha eżawrjenti,

sospiż bejn ħajjiet inħossni barra minn postu;

nistabbilixxi renju b'tant stima għolja,

xejn u ħadd m'għandu jħassar l-unur tiegħi.

 

Fil-qalba ta' sempliċi alluċinazzjoni,

nitlaq mid-dinja malajr, nittajjar fis-sema;

dejjem nimxi lejn ix-xejn,

mingħajr spjegazzjoni u ma nistax niġġustifika.

 

X'imkien imma ma nafx fejn,

nipprova nikkawża strateġija ta' korrużjoni;

mingħajr ma nikkawża tbatija bla bżonn,

nittama li l-għarfien tiegħi jelimina t-traġedja.

 

M'iniex ma' Alla, u hu mhux miegħi,

iżda meta jasal iż-żmien tal-vojt,

mhux se nibki u mhux se niġi mgħaffeġ,

imma nħalli l-uġigħ idoqq l-aktar tnabar mudlama.

 

Billi ma kontx protettat minn Alla magħruf,

ħajti kienet nieqsa min-nar qawwi;

nieqsa minn xi santwarju minn fuq,

nixxenaq għal xi ħaġa li tiġri.

 

Bħal lampa antika f’kantuniera mudlama, jien,

fejn is-solitudni hija profonda iżda mhux ċara;

waqt li d-dipressjoni ta’ lejl sħiħ tantiċipa,

hekk kif il-qalb imħawda tkompli tissaporti.

 

RAĠEL U MARA

 

Raġel jiddi bil-ferħ,

mhux skuraġġit u lanqas mimli dmugħ;

huwa jadura l-passi li jimxi fuqhom,

jipproduċi l-hena, mhux dwejjaq.

 

Mara ordinarja b’tant seħer madwara,

is-sbuħija tagħha tinsab kullimkien;

il-kburija mhix tal-karattru mistħi,

Is-sesswalita hija tipika, u qalbha hija rari.

 

Ir-raġel jidħak, jiddikjara l-kawża tiegħu,

l-ansjetà tisparixxi, u l-ostilità tieqaf;

l-atmosfera tinbidel għall-aħjar,

il-personalità qawwija titlob il-paċi.

 

Mara u omm kollha mħabba hija din is-sinjura,

fuq rasha, ir-responsabbiltà hija vera;

tagħti lill-familja barka u kura sħiħa,

il-premju tagħha fil-ħajja ta’ wara huwa dovut.

 

Kemm minn dawn il-persuni jeżistu tassew|?

L-ogħla tifħir għas-sinjura stmata,

tagħti ammirazzjoni kbira lir-raġel;

sakemm ma jkunux qed jitkaxkru, għajjenin u mdellmin.

IN-NATURA TIEĦU L-KORS TAGĦHA

Ladarba l-għasafar jimlew is-sema,

u n-nagħaġ fuq muntanja għolja;

in-natura kollha hija hienja u mrażżna,

waqt li dawk bil-ġuħ ifittxu l-ikel.

 

Meta l-ħut ikunu fl-ilma tas-safa,

il-balieni jgħerqu għas-sigurtà tan-nifs,

in-natura kollha tkun fortunata u gratifikata,

filwaqt li l-pedofilija tkun aktar amplifikata.

 

Ladarba x-xemx tiddi u tfaqqa’ r-raġġi tagħha,

u l-baqar fl-għelieqi tal-ħaxix aħdar jirgħu;

in-natura kollha tagħti bewsa lill-paċi,

filwaqt li l-kummerċ tan-negozjanti tad-droga jiżdied.

 

Meta, xi drabi, il-qamar ikopri x-xemx,

u ż-żwiemel igawdu l-ġirja ta’ filgħodu;

in-natura kollha tħaddan il-lonġevità tal-ħajja,

il-mexxejja tad-dinja jkunu kollha ħerqana għall-gwerra u l-ġlied.

 

Ladarba l-fjuri jiffjorixxu fin-nida ta’ filgħodu,

imħabti lejn ħajja gdida nerġa’ nġedded;

l-ambjent naturali kollu jidher affaxxinat,

filwaqt li l-fejqan għall-kanċer wieqaf.

 

TWISSIJA GĦALL-ĠEJJIENI

 

Il-bibien ingħalqu għalija,

kulma għamilt kien li bqajt paċenzjuż u stennejt bil-kalma;

sakemm nerġa' niltaqa' mar-rispett,

waqt li d-diżunur u l-mistħija se jinqerdu.

 

Ma nistax u mhux se nittollera d-degradazzjoni,

zmien twil ilu kont bniedem deċenti,

naqbel li nbidilt kompletament,

iżda ħadd ma jaf preċiżament il-benesseri tiegħi.

 

Issa, nimxi fid-dellijiet mudlama mimli b’dubji kbar,

mingħajr prova jew xi xhieda min-naħa tiegħi,

biex nikkonferma t-tjubija li kienet qalbi,

l-integrità tal-istima tiegħi nnifsi u l-kburija.

 

DEHRA PJAĊEVOLI

 

Nara qalbek Inħoss ruħek ukoll,

narahom kontinwament iqabblu lili u lilek;

imbagħad, għal mument ngħid lili nnifsi,

sensazzjoni sabiħa li nħobbok.

 

Nara l-ispirtu tiegħek jiżżerżaq 'il fuq lejn is-sħab,

sħab abjad jgħajjat mingħajr iljieli mudlama mħassba;

ngħid lili nnifsi x'lejl assorbenti u pjaċevoli,

iżda nibża' li ma nistax nilħaq dak l-għoli kollu.

 

Ruħ il-ġustizzja vera u sublimi,

wiċċ il-qalb dejjem jagħtik nifs;

nara xofftejja imissu xufftejk b’kburija,

inħobbok dejjem u mhux kultant.

 

Smajtek tibki, u rajtek tibki,

imsaħtlek id-dmugħ b’ilsieni;

ngħid lili nnifsi hi dehra meraviljuża,

kienet tiegħi; kienet taf li konna ghadna żgħar.

 

IMĦABBA MAGĦMULA FAĊLI

 

Li titnikker biex tkun marbut,

xi kultant mingħajrha tant imweġġa’;

iktar ma tersaq qrib persuna,

is-sentiment isir għajjien u bezziegh.

 

Ix-xewqa li individwu jieħu biex jgħannaq,

in-nuqqas ta’ bewsa, ħalq ma’ ħalq, ilsien ma’ ilsien;

jagħmel persuna, morra u xi kultant brutali,

issir inkoreġibbli u mqallba ħafna.

 

Il-ħajja miżerabbli li wieħed jista’ jgħix hija enormi,

għax imħabba mhux korrisposta tikkawża diżappunt kbir;

li taħseb li l-imħabba ssir faċli, tkun qed tqarraq il-qalb

inqas anzjeta jkun meħtieġ, insa jew titbiegħed x’imkien.

il-pinna.jpg

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page