top of page

DLAM PROFOND

Taqsima Numru 7

VJAGG LEJN IL-GENN

 

Huwa vjaġġ biex insib il-ġenn!

Huwa l-bidu li se jsahhah l-umiltà tiegħi?

Jista jgħaqqad il-passat tiegħi mal-futuri?

Jew se jeħodni f'post ta' disperazzjoni?

 

Nittama li ma jkunx wisq stramb b'atmosfera mudlama,

Ma rridx nasal sat-tarf ta' dak li ġara l-bieraħ?

Irrid insib dinja li qatt ma kont fiha qabel,

Nsib strangieri deċenti li jilqgħuni b’idhom miftuha.

 

Nies li mhumiex biss dellijiet ta' moħħi.

imma għall-kuntrarju nies li kont naf, li kienu pjaċevoli u ġentili.

Dawn ir-riżultati għandhom jimlew il-jiem ta' ghada.

m'hemm l-ebda dubju għal dak li nista' nfittex ħlief niket biss.

 

Dan il-vjaġġ se jegħrqini fil-fond tal-illużjonijietbla limitu

u jipprofana l-ħsibijiet tiegħi b'viżjonijiet mhux mixtieqa;

mingħajr ma jikser l-attitudni tajba mingħajr sforz,

il-qafas pożittiv ta’ moħħi għandu jibqa' sod għal dejjem.

 

-=-=-=-

 

Wasalt f'post dipressanti u mudlam,

iżda jekk niddeċiedi li nerġa' lura minn fejn gejt,

ma nista qatt insegwi il-mizerja u kif akkwistajta.

U l-verità, li qed infittex tidher diversi mili 'l bogħod

Ma nista' nsib l-ebda soluzzjoni biex ma tmexxinix fi triq ħażina.

 

Kont mimli b’hafna tamiet, preokkupat b'ansjetà mhux espressa,

hekk kif jgħaddu l-jiem mingħajr alkoħol, għandi sobrijetà rrabjata.

Ir-riħ qawwi jħalli eku ta' biża'

Nisma' r-riħ igergerli b'intensità kbira.

 

Iwissini biex naħrab malajr kemm jista jkun

imma sofrejt wisq biex nabbanduna dan il-pjan,

u stennejt wisq biex naċċessa l-verità, jekk hemm verita wara kollox?

filwaqt li l-biża' tad-dlam ġewwa fija nħossha misterjuża.

 

Id-dawl griż ta' filgħodu kmieni ma jġib l-ebda faraġ,

it-tensjoni li tgħix f'qalbi ma tagħti l-ebda appoġġ.

Għalkemm il-lejliet jgħaddu fil-paċi, jien ninsab iddisprat

Huma ljieli li jmissu biża' li qatt ma kont naf.

 

Mhux sakemm it-tweġibiet li qed infittex jitfaccjaw,

hawnhekk, fid-dlam vast li jgħammar f’qalbi, se jidhru delwaqt.

u nittama li jkunu mdawrin bil-fatati tal-passat,

li jneħħu l-biżgħat tal-preżent u fl-aħħar jiġu solvuti.

 

Sirt aġitat, u sirt parti minn dan l-ambjent.

Hemm xi ħaġa mhux familjari, xi ħaġa qed tiġbidli s-sanita

Strambità li ma nistax nifhem u maghha nissottometti ruħi.

Jekk inċedi, il-biża’ tirbaħ, u t-tama tfalli,

nitlef s-sanità kollha w ma nibqax sejjer u nsegwi hajti.

It-tamiet tiegħi huma bħal sinjali ta’ mistrieħ lesti biex jaqbżu fl-oċean,

naf ukoll li għandi nerġa’ lura minn fejn gejt u nirrinunzja hajti.

 

Dan l-ivvjaġġar huwa twil, iebes u mimli tbatija;

moħħi għadu ma kkalmax, u qed nissaporti wisq.

Fl-istranġità ta’ dan il-vjaġġ, nibqa’ negħreq fil-fond,

dejjem imqanqal mit-tama u l-biża, nieqsa mill-fehim.

 

Ħajti minghajr pjan ,insinifikanti tkompli tghix. Ghalfejn?

Ilni nivvjaġġa wisq. Qieghed noqrob x'imkien?

Moħħi jxaqleb lejn il-passat. Ma rridx nerġa' nżur dik il-ħabs.

Mhux biss nibża' mill-passat, iżda l-futur jista' jfisser uġigħ kbir.

 

Il-moħħ jokkupa ħsibijiet u sentimenti strambi,

joħonqu dgħufija fitt-temperamenti fragli.

Iħalluni mingħajr saħħa u ma nistax nikkoncentra aktar

anke qalbi tintmess, iżda ghadha thabbat minghaar ħsara.

 

Iċ-ċpar tal-ħsibijieti joskura l-ħin li jgħaddi bil-mod, il-mod.

bil-mod jidħol fl-istonku tiegħi u jġegħelni nħossni maħmuġ.

Il-paċi li qed infittex ma tiġix meta trida,

iżda tista tasal permezz tal-uġigħ, l-agunija u d-diżappunt imdemmi.

 

F'daqqa waħda, permezz ta' dan il-vjaġġ, inħossni ma niflaħx,

hija marda ta' stramberija, li tħalli ħajti trasposta.

Ma nistax nifhem aktar. Għandi bżonn n iffabbrika xi ħaġa,

Ma nistax nibqa' miexi 'l quddiem;

inkella is-sanità thallini u nispicca nikkometti suwicidju.

 

DIVORZJU IMMINENTI

 

L-imħabba l-qadima qed toqrob lejn it-tmiem

qed tiddgħajjef hekk kif il-jiem jgħaddu malajr;

tispicca b'mod vjolenti s-sens tal-mara,

din il-ħajja taż-żwieġ spiccat mal-passat.

Tisfrutta d-dlam tas-separazzjoni;

it-tnejn qed jippruvaw jikkonfrontaw addiju spjaċevoli.

 

Ir-raġel qed jipprova ma jiddisturbax il-frustrazzjoni ta’ martu,

se jkompli b'xogħolu mingħajr aggravazzjoni;

għax il-mara mimlija bi dwejjaq u b’emozzjoni li xxekkel,

biex tipprova taqbel mingħajr konfużjoni u kommossjoni.

 

TRAB KONNA W TRAB INSIRU

 

Irmied għall-irmied u trab għat-trab,

gismi se jmut;

iżda ħadd m’għandu jibki

Il-mewt tiġi, u hija ħaġa li nixtieq.

 

Il-mewt tinsab fiż-żona ta’ kumdità tabilħaqq nistennija,

fil-ħajja, il-qalb kienet fidila;

tħabbat kif suppost normali

il-qalb tistenna herqana li jibda l-arrest kardijaku.

 

Matul ħajti, itturmentajt bi ħsibijiet ħżiena,

Id-dawl intefa, u rrenja d-dlam;

Kif ukoll sirt raġel deċenti miċħud…..

…..wara li ksibt dawk il-ħsibijiet morbidi.

 

Ir-reputazzjonijiet jiffurmaw u jibqgħu ghal dejjem

ma jħallu l-ebda tebgħa tinheba u tibqa anke wara l-mewt.

 

IL-GISEM TA' RAGEL

 

Il-qalb qed tbati u ghajjiena,

imħassra lil hinn mit-tiswija;

l-imħabba kienet hemm, u issa telqet,

għalhekk tinsab mad-disperazzjoni tal-maħbub.

 

Il-moħħ huwa difettuż,

is-sanità mdendla minn ħajta;

il-ħsibijiet jitqiesu mtebbgħin,

bla dubju mmarkati f'rasu.

 

Il-widnejn huma wkoll imfixkla

imblukkati apposta;

ma jisimgħux il-verità kerha,

b'xama' artifiċjali mgħottija.

 

L-għajnejn ma jarawx sewwa

biċ-ċpar kollu mgħottija;

jinjoraw il-preżent,

b'viżjonijiet tal-passat imweġġgħin.

 

L-imnieħer bla dubju huwa mħassar,

jxomm biss ir-riħa tax-xorb alkoħoliku;

akkwistat u mimli kollu b’verita falza,

Ir-ragel isir mistħi, u ħajtu tibda tinten.

 

Il-halq tabilħaqq imniġġes,

togħma tal-ħmieġ tal-intossikant;

li jipproduċi ilsien imniġġes,

joffendi kull min jitfacca quddiemu.

 

Id-dirgħajn huma mħassra u mċappsa,

bl-idejn jagħmlu movimenti spjaċevoli;

kull ma jagħmlu hu li jmissu l-laħam,

jixxenqu għal titjib sesswali aħjar.

 

Ir-riġlejn huma b'xi mod difettużi

jimxu 'l quddiem u jiġru wara n-nisa biss,

B'mod lasciv u b'xewqa mahmuga

jixxenqu għal ġisim in-nisa minghajr sodissfazzjon.

 

Iz-zobb huwa mħassar u jibqa mħassar.

ma jibqax rieqed fil-qalziet;

ladarba jitqajjem, hemm ikun, wieqaf dritt,

lest għall-azzjoni jekk il-mara taccetta.

 

Interpretazzjoni ta' ġisem maskili,

kompletament qarrieqa u ta' kwalità baxxa.

 

KELB

 

Il-ġranet ħorox tax-xitwa,,

il-kesħa qawwija tħalltet;

il-kelb tiegħi taħt il-kutra,

qatt ma kien kelb atletiku.

 

Taħt il-kutra l-kelb kien mimdud

hdiejja b'rasu fuq driegħi;

tal-kumdità u tal-fiduċja

Xejn ma jista' jżomm lill-kelb milli jorqod

minhiex komdu b'din is-sitwazzjoni

l’inhier tiegħu jżommni mqajjem

xi drabi, nippreferi norqod ma' nagħġa.

 

Sfortunatament, il-klieb għandhom hajja qasira

huwa aktar minn sieħeb dan il-ħabib b'erba' saqajn;

qatt ma se niddiżappuntah, dan ix-Shih Ztu ċkejken u ħelu,

sfortunatament iz-zmien dgħajjef ghajnejh u spicca ghami.

IL-FANTASMA TAL-PASSAT

 

Il-vjaġġ tiegħi beda eskursjoni ta’ dubju

se jiftaħ il-bieb ta’ libertà falza;

vjaġġ li jeħodni f’post stramb u mudlam

mhuwiex post li se jiżvela r-riżultat li nixtieq.

 

Il-fatati tal-bieraħ jidhru li jwissuni dwar biża’

iżda nibqa sejjer lejn dan il-post ta’ ħajja mwarrba.

Ħajti tal-passat tidher li hija miljuni ta’ snin ’il bogħod

huwa bħallikieku torbot il-futur mal-htija tal-present.

 

Il-biża’ zzurni ta’ spiss daqslikieku qed tikkundani

tibqa’ mdendela mal-passat, u kważi nista’ nħossa;

nħossha tagħfas fuq sidri fraġli

tisserraħ, tirrepeti kliem veru,

u noqgħod lura milli nammetti.

 

Il-ħsieb ta’ mara waħda vitali ma jġibli l-ebda serħan,

minflok jipproduċi tensjoni li tgħammar qalbi xwejħa;

tal-anqas xi wħud mill-uġigħ taffew b’xi mod

uġigħ li messu l-biżgħat li kont naf mill-bidu nett.

 

Hekk kif il-vjaġġ ikompli, dubji jidhru aktar,

li jikxfu akbar disturbi ta’ stramberija;

sibt ħajja stramba u solitarja hawnhekk,

qiesni rieqed dalwaqt lest biex tqum.

 

Naf li għandi nieqaf u nerġa’ lura minn fejn gejt

iżda ma nistax sakemm inħoss li t-tweġibiet tiegħi qegħdin hawn,

soluzzjonijiet li ilni nfittex għal żmien twil,

bit-tama li nsib ir-riżultati mill aktar fis.

 

Id-dlam u l-iżolament huma kbar,

jista t-trab ta’ ħajti moħbija fl-aħħar ikompli jikkorrompini?

Ninsab imdawar mill-ispirti tal-passat li kontinwament jitturmentawni,

il-biżgħat tal-futur inċert huma teneri u mifruxa.

 

Il-passat jiġġerra minn kurituri mudlama b’theddida persistenti,

jistennini f’kantunieri ta’ skumdità u diżappunt sħiħ;

jistenna li moħħi jiskopri aktar verità li ma nistax niftakar,

Ix-xjaten ta’ żmien instabbli qegħdin hawn biex jibqgħu jcahduni liberta

 

Sabu posthom f’żona iżolata ta’ qalbi.

Saltna gdida fejn it-tweġibiet għall-futur jistgħu jagħtuni t-tama,

dak kollu li għandi biex inżomm miegħu; inkella, ma nispiċċa mkien.

It-tweġibiet għall-futur għadhom ma nstabux,

l-eżistenza tat-tama hija ferm dubjuża;

peress li vvjaġġajt fit-toroq tal-ħajja

wara li sirt parti mir-rotta stramba.

 

Pekuljarità li tidher li tilħaq u tmissli ruħi,

il-passat huwa l-ħabs li go fih ilni maqful;

minhiex nibża mill-preżent, imma nibża’ biss mill-futur,

iżda t-tnejn iġorru riħa maħmuġa ta’ biża’ li rriżenjajt minnha.

 

Il-biżgħat jgħaddu minn ġol-vini u jitħalltu mad-demmi,

jinfiltraw minn qalbi, jinterrompu l-fluss bla xkiel;

il-preżent jinsab fuq quċċata iżolata mdendla minn ħajta,

is-sigrieti tal-passat għadhom mhumiex lesti biex jintwerew.

 

Għaraq kiesaħ beda jattakka ġismi,

paniku b’forza ta’ affermazzjoni definita;

l-ebda ħajja lil hinn minn dik li apparentement hija biss disperazzjoni,

qed inħoss melankolija u l-għeluq terribbli tat-trepidazzjoni.

 

Mill-mument li żlaqt minn ġuf ommi,

kont imdawwar b’tensjoni u kunflitti;

kollox jirrifletti fuq il-fatati tal-passat,

naf li l-ispirti għandhom qabda soda fuq it-tbatijiet preżenti.

 

Il-konnessjoni bejn dak iż-żmien u issa hija awtentika,

b'xi mod, se niskopri dak li rrid inkun naf;

l-ambjent mudlam tal-ħajja eżistenti jiddomina,

huwa parti mid-dinja mħawda li bnejt u li għandi maqghud magħha.

 

Kieku emmint ix-xnigħat, zgur ma nkompliex dan il-vjagg

it-temi mudlama tal-preżent jorbtuni mal-passat;

nixtieq ninsa, imma sfortunatament ma nistax,

il-bibien infetħu beraħ, u l-verità tfaccat malajr.

 

-= -=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=

 

L-ewwel traġedja laqtitni, firda fil-forma ta’ mewt;

ir-raġel li pprotettajt għal daqshekk żmien kollu, miet!

Il-missier li ħabbejt u pproteġejt minn mindu kelli tmien snin,

l-impatti moħbija f’daqqa waħda kont nibża’ minnhom l-aktar, deheru.

 

L-atmosfera kienet kerha. Ma kien hemm l-ebda ħoss

ħlief il-biki tal-aħwa madwar il-katavru.

Kien hemm ukoll il-biki tal-ħatja tħares lejja,

bit-tama li naħfirla u ninsa l-imġieba tagħha tal-passat.

 

L-istranġità li kienet iddawwarni għadha tturmentani sal-lum,

hfirt, imma qatt m’insejt, għal dak li ħasdet u żriet;

il-passat m’għadux misteru, imma l-futuri hu;

huwa marbut mas-snin tat-tfulija li ffaċċjajt u ma nsejt qatt.

 

It-tensjoni qawwija li ssaportejt kienet bla tmiem,

f’dawk il-ħames snin abbużivi, ħassejtni qisni wettaqt delitt;

dawk kienu s-snin li ffaċċjajt il-mara li ħabbejt….

…..u l-aktar u r-raġel li abbużat għal żmien twil.

 

Mhux ta’ b’xejn li qatt ma fdajt u ridt daqshekk in-nisa,

waqt li l-pedofilu sfruttani bl-abbuż pervertit tiegħu;

kemm il-pervertita kif ukoll il-mara infidila mlewni b’nuqqas ta’ fiduċja,

speċjalment aktar tard f’ħajti kont noħroġ man-nisa biss biex nużhom.

 

L-omm li kienet taf li kont konxju tal-fantażma sigrieta tagħha;

għalkemm din il-problema hija sigura miegħi, tibqa’ f’moħħi;

għax kienet l-unika persuna li ħabbitni l-aktar.

 

Il-pedofilu għaxar snin ikbar minni li poġġejt fi kwarantina

Hu li ġibedni fid-dinja maħmuġa tal-abbuż sesswali;

Il-bijografija tiegħi ta’ ‘Living In The Past’ tikxef kollox,

naf il-ħsara li hu u hi kienu għamluli bl-abbuż ma ntaffew qatt?

 

It-triq li ħadt wara dan kienet wieqfa u mdawwra

dawret u daret biex nimmanipula għal żmien twil;

wassalni biex nirvina u nikkundanna l-ħajja adoloxxenti tiegħi

u nweġġa' lin-nies kollha,

għax kont naf li kont żbaljat kompletament.

 

Ghadni ma għaddejtx min-niket u l-uġigħ kollu,

għalija issa, il-mewt hija qligħ leġittimu.

 

INKANTA L-GĦANJA TAL-ĠISEM

 

Ħalli lsieni voluptuż jerdalek għonqok,

Int maħbub awtentiku, mhux mimli b’xewqat sesswali biss

Passjoniti hija aħjar minn inbid għani,

il-ħeġġa ta’ ġismi jixxennaq hija sempliċement divina.

 

Ħallini nigdem sidrek pulit u b’finezza

nagħmel dan b’prudenza u diskrezzjoni.

Għax huma t-tewmin identiċi perfetti u sbieħ,

inawgurazzjoni qabel ma tibda mħabbti.

 

Iż-żokra tieghek fonda u delikata,

tazza tal-inbid lesta għall-użu,

mimlija b’estratt ħelu magħmul minn meraq ta’ frott passjonat;

l-inbid karnali huwa rappreżentazzjoni tax-xewqa mahbuba,

l-antiċipazzjoni li ġismek isir parti mill-ħegga tieghi.

 

Ħallini nirgħax saqajk b’esplorazzjoni ġdida tal-libido,

l-imħabba ċirkospetta tiegħi hija ħtieġa definita sew;

għax ix-xewqa qawwija qed tipprojbixxi li l-att jintemm,

il-frenżija tal-qalb taf li m’hemm l-ebda pretenzjoni.

il-pinna.jpg

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page