top of page

Ix-Xitan Idoqq L-Aqwa Kanzunetti - Taqsima 21

IX-XITAN IFFLAGELLANI 

Dak kollu li għandi, 
dak kollu li jien, 
dak kollu li forsi kont, 
Mill-irbit tax-xitan kollox ittieħed, 
Sawwatni bi frosta minghajr telf ta’ żmien 
L-adorazzjoni li għandi ghan-nisa mingħajr il-biża' t' Alla. 
Għandi għatx u ġuħ kbir għall-ġisem tan-nisa, 
Għamilthom idoli issa saru allat tiegħi, 
Għax ix-xitan temghani b’ xewqat qawwija, 
Għamilni skjav għas-seduzzjoni tagħhom. 
Ħadt l-isem ta’ Alla w ċanfartu, 
Qalbi korrotta u kissirt dak kollu li kien tajjeb, 
Is-swat mogħtija mix-xitan ipproteġewni 
Ħadt il-flagellazjoni u fhimt. 
Nhar ta’ Ħadd f’ħanut nixrob il-birra minngħajr quddies 
Għamilt dak li nħobb mingħajr ma niftakar f'Alla; 
Dan għamiltu mingħajr rimorz 
Cedejt għas-swat mogħtija mix-xitan. 

Ma onorajtx isem missieri u ommi, 
It-tagħlim morali tagħhom tfajtu barra mit-tieqa, 
Ma kelli l-ebda għażla oħra ħlief li nsegwi l-laħam tan-nisa, 
Maqbud ma dinja persważiva tax-xitan. 
Qtilt, u qtilt mitt darba 
Qalbi mejta, sparajt fuqha u ppenetrajt b’sikkina, 
Għax ix-xitan taghni ħsibijiet anormali, 
Immanipulajt in-nisa u magħhom wettaqt fornikazzjoni. 
Ix-xitan qalli għaliex tahxi lil martek biss? 
L-adulterju huwa ħelu, l-adulterju huwa eċċitanti, 
Emmint kollox hekk kif swat tiegħu saru pjaċevoli, 
Kont fl-infern u fl-infern nibqa' niżfen id-danza ta’ nar. 

Sraqt il-qlub tan-nisa minn irġiel oħra, 
Tqarraqt, manipulajt u tajt imħabba falza, 
Ix-xitan ittantani u u jien aċċettajt. 
Meta xbajt mill-ħajti sħat lil Alla la ħalaqni.. 
L-ebda mara lanqas waħda ma kienet sigura madwari, 
L-irbit tas-sess intefa'' fuq wiċċi dan kien id-destin tiegħi, 
Kulma ħsibt dwarhom kien gisimhom, 
L-uniku skop tiegħi kien li norqod magħhom.. 
Ix-xitan appoġġani bis-swat li xennaq, 
In-nisa bill-passjoni tagħhom jien inqredt, 
Għamilt dan mingħajr dispjaċir u mingħajr rimors, 
Kissirt l-għaxar kmandamenti u kont kuntent. 

IL-PINNA TAL-POETA 

Filgħodu, 
Bix-xemx kompluta r-raggi jimlewni elazzjoni kbira, 
Mohhi jimtela bi kliem u l-pinna tal-poeta tiffjorixxi 
Ix-xemx taghtini produzzjoni u preżentazzjoni emozzjonali minghajr ma nistaqsi. 
Timla il-moħħ tal-poeta b’awtentikazzjoni ta’ kliem sublimi; 
Kliem il-poeta (Jien) jinkitbu minghajr ma inċaħħad ilsien. 

L-EBDA WGIEH MA’ JAHXIENI

L-uġigħ, 
dak l-uġigħ li jiffjorixxi, 
daħal malajr, 
jitlaq bil-mod.
L-uġigħ, 
dak l-uġigħ imdemmi, 
uġigħ fiżiku, 
uġigħ spiritwali, 
uġigħ emozzjonali, 
madankollu ma ħallejt l-ebda uġigħ ikkritikat jahxili ħajti. 

Ir-rabja, 
dik ir-rabja orribbli, 
tagħmilni ruffjan, 
terżaq u għajjat.
Ir-rabja, 
dik ir-rabja orribbli, 
rabja fiżika, 
rabja spiritwali, 
rabja emozzjonali, 
madankollu ma ħallejt l-ebda rabja kkritikata tahxili hajti.

l-benesseri tiegħi. 
l-inkwiet, 
dak l-inkwiet persistenti, 
iwissini l-biċċa l-kbira fuq il- ħin mitluf; 
l-inkwiet, 
dak l-inkwiet persistenti, 
li jżomm f'wiċċ l-ilma maħmuġ, 
sostenut f'qalbi, 
imħawwad fl-istonku tiegħi, 
madankollu jien ma nħalli l-ebda inkwiet ikkritikat jahxini.
 
Il-liba 
dawk l-liba li ma jaħfrux, 
jinterferixxu l-ħin kollu; 
il-liba, 
dawk l-liba li jeqerdu s-sensi  
Dawk l-iktar umiljanti. 
Imdejjqa 
qerrieda 
madankollu ma ħallejt l-ebda liba jahxini u jinfluwenzani. 

Alla tiegħi, 
li suppost jipproteġini l-ħin kollu; 
Alla tiegħi, 
Alla mhux tiegħi, 
ghax Intolleranti, 
malizzjuż, 
dgħajjef, 
madankollu jien ma nużax lil Alla li hxini ghax-hallini nitwieled. 

LIL RUĦI NIKTEB ITTRA 

Tant int vivaċi, 
purifikazzjoni u tisħiħ, 
titbiddel, issir morbida 
b’burdati mħawwda, tfixkilni 
stipulazzjoni biex nibki, tħeġġeġ id-dwejjaq ta’ ġo fija; 
nuqqas ta' ftehim bejnek u bejn il-kuxjenza, 
waqt il-ġisem imfarrak jeżisti biss f’qalbi 
għax timmanipola għemil b’ ħażen u allużjoni. 


Residenti ġewwa fija, 
mhux f'widnejja nefaħli in-nifs, 
iżda fil-qalb muġugħ, int tpespist, 
fejn it-taħbit tagħha spiċċaw batut. 


Titħallat ma’ xewqti mingħajr ġustifikazzjoni, 
kontinwament iżżur fid-djufija tiegħi, 
mingħajr kliem jew komunikazzjoni, 
minn taħt l’ilsien theddidli il-kompassjonitant batuta.


Alla tiegħi għandu verità faccola, 
jheżżeż l’għeruq fil-fond ta' emozzjonijiet, 
ikkastigani b'ħajja falza, 
b’ruħ tant iebsa u feroċi. 

IX-XJUHIJA QED TOQTOLLI L-MARA 

Is-sinjura mara tieghi twildet fl-l-Iskozja, 
F’għeluq sninha titwerwer bix-xjuhija; 
Wiccha quddiem il-mera u sabtita mal-art 
“Mur hudu f’sormot” ghajtet u werzqet il-mara 
Ghalhekk delket f’wiccha pozzjoni biex it-tikmix jisparixxi. 

TLETT XEWQAT 

F'ħanut tal-antikitajiet, xtrajt lampa qadima, 
Dak in-nhar ma kelli  x’nagħmel xejn;
Iddeċidejt li ngħattiha tindifa tajba, 
Hekk kif bdejt nogħrok il-lampa l-ġenju ħareġ minn ġo fiha,fiha. 


Din il-kreatura b’widnejn kbar irringrazzjani, 
Għaliex ħlistu mill-habs tal-lampa, offrili tlett xewqiet.

Kwalunkwe xewqa li ridt kienet se tiġi milqugħa 
Minbarra il-vjolenza jew xi ħaġa malizzjuża; 
Ħsibt ħafna dwarha u wasalt fid-deċiżjoni,

Tmiem il-gwerer u paċi għad-dinja għażilt; 
It-tieni, xtaqt għall-abolizzjoni tal-ġuħ, 
Fl-aħħar biex nipproteġi lit-tfal mill-abbuż tal-pedofelija. 

IMDEJJAQ GHAL-DEJJEM 

Nidher imdejjaq hekk naf li għandi nkun, 
Il-ħajja qasira u ninjora t-taqlib tal-mewġ; 
Li nkun ferħan b’dak li tatni l-ħajja, 
X'inhu l-punt li nippermetti niket kbir? 


Qisni vapur mitluf f'baħar qawwi, 
Għandi bżonn inżomm ġisimha fi ħdani; 
Biex inħoss is-sħana li joħroġ minn din il-mara li tant inhobb;
Nixtieq nahxija għal aħħar darba biss. 

Meta nkunu lesti l-imħabba tagħna sa’ ittir mar-riħ 
Hi tmur triqtha u jien immur fi triqti; 
Nispera li ninsew dwar li se jiġri għada, 
Biex niftakar f’dan il-mument u ma nibkix. 


Dejjem imdejjaq għax għadna mifrudin, 
Avolja qalbna tħalltu ma’ sensazzjonijiet sbieħ 
In-nar inbena mill-irmied dgħajjef u maħruq, 
Il-fjamma se taqbad għal dejjem tissodisfa l-gratifikazzjonijiet. 

IS-SĦAB 

Is-sħab iswed mimli bix-xita, 
iċajpar il-moħħ konvenzjonali; 
irrid nissaħħaħ minn gol-kenn, 
għaliex dalwaqt se naqbad nibki. 

Sħab mimlija l-ilma gejjien mil-lvant, 
il-maltempata ġiet u għaddiet, 
il-kulur tas-sema wera ’nżul tax-xemx, 
m’għandiex għalfejn nibki. 

Is-sħab li jiġri mill-punent, 
jidhru skuri u tqal fis-sema; 
f’daqqa waħda jxerrdu l-ilma tant frisk u bzonjuz, 
solitarji mingħajr ħbieb nibki kuljum. 

Sħab resqin mit-tramuntana, 
fil-preżenza ta ’maltempata enormi; 
il-qliel taxoxita jnaddaf mhux biss biz--żibel 
imma bit-tradiment tagħha li ħallini nibki kontinwament. 

Sħab min-nofsinhar, 
dawn skuri u ekonomiċi, 
jitferrexu fis-smewwiet emerġenti, 
mil-kenn tal-bombi nahrab bid-dmugh f’għajnejja;
biex ninfiltra u neħles minn dawn is-sħab, 
hemm bżonn inħeġġeġ il-qalb konvenzjonali; 
li qegħda tissaħħaħ permezz ta’ mħabba ġdida, 
Imhabba lejn tarbija li waslet bies titwieled u nibki għaliha wkoll. 

ZEJZIET ARTIFICJALI 

Zejziet mhux naturali, 
imkabbra artifiċjali, 
bis-silikon ippumpjati, 
biex turi kemm hija sesswali. 

LOĠIKALMENT U MINGĦAJR PREĠUDIZZJU 
(Monologu Drammatiku) 

Irqad fix-xemx, 
Xtaq ninhasel fil-baħar, 
ir-ramel that riglejja jaħraq wisq, 

l-alka tal-baħar tinten wisq. 

Il-granċ jipprova jaħrab minn taħt blat, 
it-turġien tal-baħar imħawwad u konfuż, 
il-bram li jżomm f'wiċċ l-ilma, perrikoluz
il-mara werżqet, 
it-tifel beka, 
u r-raġel daħaq. 

Niekol ħobż mixwi ġo kafetterija, 
ir-riħa tal-bejken qawwija wisq, 
hekk kif il-marmellata tinfirex fuq il-ħobż. 
xorb tal-birra, 
pakkett immellaħ mimlija bil-patata rqiqa; 
filwaqt li r-raġel fis-sakra jkanta “Ajma Zaqqi Kemm Ksuħat”. 

Il-ġisem mejjet jistabbilixxi fil-kamra mortwarja, 
Il-qabar qed jitħaffer, 
Limnikktin fid-dar jistennew il-karozzi, 
ilbiesi suwed għan-nisa, 
ilbiesi suwed u qomos bojod għall-irġiel ... .. 
it-tfal jilgħabu bla waqfien. 

l-arja ta ’nofsillejl kienet kiesħa, 
l-istilel dehru qrib; 
il-qamar jinħeba wara sħab oħxon; 
ir-raġel qabad mara u stupraha, 
is-sikur jinfetaħ mid-dinamita; 
il-ħallelin serqu kollox u telqu jidħqu ... .. 
il-qassis jgħid quddiesa fis-sebħ, 
ftit nies fil-knisja, 
is-suq miftuħ, 
In-nies lesti li jmorru jaħdmu. 

Tfal jittieħdu l-iskola 
kejkijiet maħruġa u l-ħalib kiesaħ wisq. 
għadni kemm qomt minn raqda stramba, 
lil min se noqtol illum? 

Nota:- “Ajma Zaqqi Kemm Ksuħat” - Pawlu Tanti 

NIXTIEQ NILTAQA' MIEGĦEK META NKUN MEJJET 

Meta nkun mejjet niltaqa 'miegħek nixtieq, 
meta tiġi l-mewt ftakar dan biss, 
aħseb dwar il-post li fih se noqgħodu, 
immaġina anke hemmhekk nistgħu nitbewwsu bħal qabel. 
Nispera li jkollok dawk l-għajnejn suwed allokati? 


jien b’ż-żaqq kbira u qargħi, 
nistenna l-affarijiet aktar sbieh mill-imgħoddi, 
inkomplu nieħdu pjaċir bil-kumpanija tagħna u nħeġġu l-qlub? 
irrid niltaqa' 'miegħek meta immut 
bil-bukkett ward u flixkun xampanja, 
nispera li nieħdu pjaċir bir-riħa ħelwa tal-iljieli, 
u jalla jkollna kampanja sesswali matul l-eternita. 

Nispera li tibqa' tbusni fuq rasi meta tkun fuq l-imhadda tal-mejtin
u jien nibqa' 'mqajjem sabiex il-ġisem tiegħek inħoss għal dejjem? 
b’dawn il-ħsibijiet kostanti tikkonsma moħħi, huma jassorbu lili u jġibuni eqreb lejk, 
din l-imħabba li għandi għalik hija xempju ta’ mħabba pura, 
kull ma nista' nikkonkludi huwa li kliemi huwa ppruvat u fatt. 

ŻWIEĠ FALZ 

Id-dar, fejn żewġ qlub huma maqsuma, 
l-istess żewġ qlub li darba kienu jħobbu lil xulxin; 
it-tentazzjoni sesswali hija kbira wisq, 

issa jixtiequ lil xulxin li jrażżnu. 

Il-mara ttraskurat id-dmirijiet tagħha, 
Ir-raġel ma setax iżomm żobbu fil-qalziet, 
l-infedeltà tagħhom waslithom fi stat ta’ divorzju. 

FARFETT IMDEJJAQ 

farfett itir kuntent 
fuq il-ward jistrieħ 
mimli b’depressjoni 

ĦENNIJA U VERITÀ 

Iltqajt kemm mal-ħniena kif ukoll mal-verità 
it-tjieba u l-paċi bewwisthom 
l-imħabba fil-vulnerabbiltà u t-traskuraġni tiegħi għanaqtha 
għamilt għażliet iebsin u ħżiena f’ħajti 
bżajt mir-riskju li ħadt 
il-biża kienet iċ-ċavetta tal-kuxjenza. 
il-biża kont nafha tajjeb wisq! 

L-għażliet tiegħi ma kellhom l-ebda importanza 
fejn f'ħin wieħed fetħuli għajnejja 
fl-aħħar irrealizzajt li l-ħniena kienet assoluta, eterna, 
inkalkulabbli w u minghajr limitu.
 
B'determinazzjoni rxoxtajt u akkwistat dak li kont tlift, 
ghall-darb' oħra ridt nirċievi rikonoxximent. 

Il-ħniena ma titlob l-ebda kundizzjoni 
dak kollu li għażilt ingħata lili 
dak kollu li rrinunzjat ukoll. 
kemm mal-ħniena kif ukoll mal-verità, iltqajt 
it-tjieba u l-paċi bewwsuni. 

BĦAL FARFETT 

Hekk kif il-farfett jittajjar, 
Hekk wkoll tħabbat imħabbti; 

Il-kuntrast tal-ħsibijiet biex miegħek inkun 
Imdendla fuq arbuxxell, 
Bħal farfett lest biex jerda ssutanzi tal-fjura.

Nistenna kollox ma jirċievi xejn. 
Sabiħa hija l-qalb li tħobb, 
Mhux importanti jekk ma’ tkunx onestà, 
Li nżomm u inħobb eternament, 
Li nżomm u inħobb b’rieda qawwa. 
Li nipperikola l-moħħ oġġezzjonat,.

Nibqa' leali lejn qalb waħda mhux daqshekk diffiċli, 
Bħal farfett li jittajjar l’hawn u l’hinn, 
Iżur il-fjura li tiġbidlu l-attenzjoni.

LI NGĦIX U LI IMMUT 

Li ngħix u li mmut, dan huwa d-destin; 
Mistoqsija sempliċi, liema tweġiba hija korretta? 
Inħossni nofsni mejjet, U nofsni ħaj, 
B’moħħ normali, moħħ ta’ intellett. 
Biex ngħix u immut, din hija ħajti, 
Ħajja dubitata li għext, teżisti biss bi tnaqqis ta’ valur; 
Dawn il-proporzjonijiet makabra, 
it-tweġibiet ma jiswew xejn, 
Iċ-ċertezza tal-vojt,
iċ-ċertezza tal-korruzzjoni.

Din hija ħajti. 
Il-problema hija tiegħi, 
Kefrija ta' subjugazzjoni, 
L-oriġini tal-ħajja nnifisha tintilef fid-denigrazzjoni. 
Biex immut u ngħix, din hija ħajti; 
Biex ngħix fil-periklu din hija l-ġlieda kontinwa. 
Ħriġt mill-qerda tal hajja u għext, 
Innutajt nies imbegħdin, imħassba u mitlufin; 
Rajt id-deterjorazzjoni ta' nazzjon. 

ORQOD GĦAŻIŻA TIEGHI 

Orqad sewwa għażiża tiegħi u oħlom, 
Mhux fuq il-ġrajjiet tal-passat, 
Il-battalji ta' imħabbtek li tlift issa spiċċaw, 
L-imħabba friska kibret sewwa u malajr. 
Orqod komda għażiża u oħlom 
Id-dmugħ li jaqbeż minn fuq għajnejja nispera li jneħħili d-dwejjaq bla konsolazzjoni 

Orqod tajjeb għażiża tiegħi u jien inkun ma ġennbek. 
Għażiża orqod sew, 
Inti kuntenta, imma jien? 
Id-differenza hija kbira, 
Nibki, 
Nbikkik, 
Nolfoq għaliex minghajrek ma nistax nghix ;
Għaliex? 
Għaliex l-imħabba hija giddieba! 
Għall dawk l’għemejjel li garrejt, 
Hati…….. 
B’dawk is-sigrieti kollha ninsab imbarazzat; 
Orqod għażiża maħbuba tiegħi u tohlomx fuq il-passat! 

LAMENTAZZJONI TAL-MIZERHA 
(Forma poetika - HAIBUN) 

Salvani, ħajja tiegħi, mill-ipokriti li qeghdin jaħxuli l-menti li jinsabu bla għeruq u bla qiegħ , ninsab qed negħreq fid-dinja tal-ipokrezija. Għax huma mill-ghar u bihom lanqas ninsta nsib l- kumdità f’qalbi. 
Ninsab fi triq mimlija żibel, il-ħmieġ fil-fond ta’ moħħi, dawn qegħdin jjikkompromettuni. 

Ninsab għajjien ħafna u eżawrit għaliex minn qalbi nikkundanhom, Nikkundanhom kont u nibqa' sal-aħħar sekonda ta 'ħajti. Il-griżmejn għatxana ghal ġustizzja u nitlob għall-abolizzjoni ta' ipokriti. Għajnejja minfuqin bid-dmugħ tad-dwejjaq, naf li m'hemm xejn agħar minn persuni preġudikati, u giddieba, imma x'jiġri jekk l- ipokrita, u l-giddieb jigi  preġudikati wkoll? 

Smajt jew qrajt x'imkien li l-uniku vuċi li ma jistax jiġi maħfur hija l-ipokrezija. L-indimha ta 'ipokrita hi nnifisha hija ipokresija. Għalija nista' ngħid li ipokrita hija l-għar persuna fid--dinja. 

biex tibni epitaffju 
il-gwerra l-ewwel għandha toqtol eluf ta’ nies 
imbagha jibnu ċenotafju għoli 

NOTA:- 
HAIBUN (俳 文, litteralment, kitbiet haikai) hija forma letterarja prosimetrika li oriġinat fil-Ġappun, li tgħaqqad il-proża u l-haiku. Il-firxa tal-haibun hija wiesgħa u ta 'spiss tinkludi l-awtobijografija, djarju, esej, poeżija fil-proża, storja qasira u ġurnal tal-ivvjaġġar. 

TRIQ TAX -XEWQAT 

Inċajpar kien il-lejl meta ċedent 
Il-ġisem minn dejjem dgħajjef sploda bl-uġigħ;
Il-ħolm vojt imlieli moħħi 

L-għajta qarsa ta’ ruħi għafset il-qalb ratba. 

Il-ġenju ofrili tliet xewqat 
Xejn ma ħsibt li kien adegwat u il-menti ħabtu mal-kuxjenza. 
It-traċċa tal-biża kollha ddawwru f'moħħi;
Id-destin kien diġà ppjanat u deċiż. 

Il-ġlieda kontra x-xewqat ma kienitx faċli 
Triq ta' xewqat kienet it-tama biex nikkomprometti; 
In-nar ġewwa fija b’xewqat ċari kristall jinsabu meħlusa, 
Xewqat medjokri li jwassluni lejn il-mewt profonda. 

Xtaqt li ma twelditx 
It-talba ma ntlaqgħitx; 
It-triq ta’ ħajti ppjanata 
Ix-xewqa li xtaqt ma kienitx relevanti. 

Xtaqt inkun kuntent u aktar kuntent 
Ix-xewqa ġiet mogħtija iżda malajr intemmet fix-xejn. 
Ħajja mimlija ġenn u imprudenza 
L-onestà u l-verità sfaw mkeċċija. 

Xtaqt immut malajr u mingħajr uġigħ 
X'għandi lest fil-futur? 
L-aspirazzjoni tiegħi ittraskurat l-emozzjionijiet 
Dak li ħallejt warajja kien uġigħ u torturi. 

Triq ta' xewqat kienu t-tama tiegħi għall-axxendenza 
Biex niddomina fuq il-ħajja u nirbaħ is-trankwillità; 
Xtaqt li inkun kmand fuq id-destin tiegħi, 
Minflok, issa qed ngħix il-ħajja mingħajr stabbilita. 

Il-ħolm għajjien li jħalluni bil-għatx 
Dak li baqa' 'lura ma qabadniex;
Darb 'oħra fejn il-ġranet huma 'l bogħod 
…...Il-bogħod ħafna. 

Il-qalb tħawwdet, 
M’hemmx aktar uġigħ biex jkissirni 
Iż-żmien għadda u ma stajtx niskappa. 

Meta m’hemmx l-ebda skop f’ħajti 
Se jkolli nħalli kollox warajja; 
Għax ma nistax ngħix mill-ġdid 
Il-ġranet mudlama warajja mietu.

U jien mingħajr dawl nixxengel l’hawn u l’hinn. 
Dak kollu li ħallejt warajja ma jinstabux…. 
Lejl ieħor 
Lejl ta' ħolm għajjien, 
Dak li baqa' ma daħalx lura 
Darb 'oħra 
Fejn ġranet tard huma 'l bogħod. 

DAQSHEKK 

Il-konflitti ta' kuljum spiċċaw, 
Il-maħbuba telqitu ghal dejjem; 
Il-battalji infernali waqfu, 
Mal-mewt ħa sehem. 

L-AKTAR IMMAĠINAZZJONIJIET KERHA TA’ MOHHA 

Mingħajr moralità torqod fil-fond 
Imperfett 
Mingħajr sinifikat 
L-elementi improbabbli tal-emozzjoni, 
Sentiment koroh agħar mill-biża estrem. 
F’mument wieħed se tesperjenza tormenti kbar 
Mingħajr ma tifhem x'inhuma l-propjetajiet tal-izbalji meħuda; 
Il-ħmar il-lejl iwassalha post mudlam 
Imexxiha f'ħolma krudili 
Fejn il-menti jinsabu fl-iktar immaġinazzjoni mudlama ta' moħħha. 
Hi li għexet ghal-lejl 
Qamet iddemoralizzata 
Tat ħarsa tajba lejn l-istruttura ta’ ħajjitha 
Hajja mibnija mingħajr pedamenti u struttura 
Irreflettat minn x’hiex għaddiet 
Intebħet li kienet fi gwerra b’forza demonika 
Fejn tibqa' tgħix fl-iktar immaġinazzjoni mudlama ta’ moħħha. 

IL-BIDU U KWAŻI FL-AHHAR 

Meta bdiet l-istorja kważi ntemmet minnufih, 
Għaliex spiċċat minghajr raġuni? 
Kien awtosuffiċjenti, 
Ifformat il-bżonnijiet ghas-suġġetti tagħha stess, 
Mitmugħ mingħajr kliem, 
Riformati u aġġornati is-sentenzi 
Il-plott mingħajr sustanza. 
Ħarist ġewwa l-menti, 
Id-dinja tal-immaginazzjoni 
Intbaħt bin-nuqqas ta' sodisfazzjon; 
Ħassejt dieqa kbira, 
Qed immut bil-mod, 
Bla kliem u mingħajr ħsibijiet tlift it-triq tar-ritmu. 
L-istorja kompromessat 
Ippruvat mill-aħjar li setgħet, 
Għamel hafna modifiki , 
Iżda moħħi baqa' vojt 
Madanakollu nħeles mid-dwejjaq tal-passat, 
Liberu u waħdu 
Qed jitbattal bil-mod, il-mod 
Il-mewt timplika l-memorji, 
Ħafna memorji, 
Il-qalb iddallmet 
Il-moħħ infixel, 
U jien b’affezzjoni ftakart f’dak il-ħin mingħajr periklu, 
Mingħajr weġgħa. 
Imdendel b’ħajta rqiqa. 

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page