
Poeżiji u Riflessjonijiet
Poeżiji u Riflessjonijiet

Drittijiet tal-awtur © Alfred Vassallo
L-ewwel pubblikazzjoni fl-2026
Id-drittijiet kollha riżervati. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjoni ma tista' tiġi riprodotta, maħżuna f'sistema ta' rkupru, trażmessa, kollha kemm hi jew parzjalment, b'xi mezz, elettroniku, mekkaniku, fotokopjar jew mod ieħor, mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-awtur.
SKOND L-IMHABBA
Taqsima 3
POEZIJA BI TLETT KELMIET BISS
Eżaltazzjoni
Faxxinazzjoni
Glorifikazzjoni
INVIDIA
Ghira kbira
Tistabilixxi mibgheda kontinwa
F’qalb il-kattiv
Ikkundannat sal-mewt.
KLIEM FAVORITI
Djamanti fil-poeżija,
Nibbenefika bi kliem tad-deheb
Minn qalbi johrog kliem favorit,
Niddikjaraha b'mod miftuħ,
Meta nista nghix mill gdid?
PRIGUNIER
Diffiċli kienu ż-żminijiet tal-passat,
Inħabbat qalbi halli ntajjar l-uġigħ mar-riħ;
Neħles mill-ktajjen, imbagħad nintefa taht ix-xemx tiddi,
Kbira hija kienet ir-rabja tiegħi ghalkemm naħlef ma nistax.
Wara li nnotajt ħafna sinjali inkwetanti,
Neħħejt il-gmiel mill-arja friska,
Ingħaqadt ma gismi biex naċċetta ħajja reali.
Il-ħabs hija l-lukanda tiegħi,
U ċ-ċella tissodissfani sewwa.
FIDIL MIS-SITTA SAL-GHAXRA TA’ BIL-LEJL BISS
Karattru ewlieni w uniku kelli
Kelli wkoll personifikazzjoni mimlija b’'konflitti kbar
Din il-hajja ghext ghall żmien twil…..
Il kugun, hi, t-tfajla
Meta kont maghha soffrejt,
Irreżistajt,
Ukoll ittradejt…..
Għalkemm magħha ma kelliex s-sesswalità perfetta
Iz zmien li ghamilna flimkien kienu sublimi.
Niltaqghu mis-sitta, sad-disa, kultant sa l-ghaxra
Rutina li ngibdet ghal sitt snin shah….
Waqt li kont niltaqa mara wara ohra,
Hajti kienet mifxula
Imdejqa
U konfuza.
Hi kienet ta’ tlettax il-sena
Jien ta’ dsatax…..
Kif stajt nikkorrompiha?
Zammejta pura ghall sitt snin shah,
Waqt li wkoll ninhexa ma dik u ma l-ohra.
FAMILJA
Fejn hi l-mahfra
id-dnubiet tal-missier
Il-prodott tal-liba
Saqajha miftuha
omm promiskwa
raġel kornut
L-ulied konfuzi
l-imħabba tagħhom imtebba
m’ghandom l-ebda ċans f’din il-ħajja
AHBARIJIET FOLOZ U BANALI
Reputazzjoni banali
Kull pagna storja rrelevanti
Fid-dlam jidher id-dawl tal-fanali.
Aħbarijiet foloz mill-gazzetti
Riklami jiddominaw
Il-buffu kollu muttetti.
Ahbarijiet esegerati fuq it-televizjoni
l-internet huwa pjattaforma
Il-haxi jiddependi fuq il-pozizzjoni.
Kollox nemnu ghax ahna cwiec
f’dinja li tqarraq
Il-pufta u l-lesbjana ferhana biz-zwieg.
Il-prim ministry bi tbissima faccola
Tal-oppozzjoni mmqadruh
F’nofs in-nhar fil-forn l-Aċċola.
TGĦAMMIR
Il-kanzunetta ta’ l-għasfur
ssejjaħ lil gharusa
psit psit psit
sejħa tan-natura.
il-bniedem jaghmel l-istess?
MHUX GĦAL-VEGETARJANI
Lejn id-demm ma jħarsux,
Ghalijom xena tal-għajb
Għalija, l-laham manna mis-sema,
Ghalihom haxix u frott
Hobz u ghagin……
Il-banana ghax-xadin……
Demm imxerred - il-mazzita mdendla
kustilji tal-majjal delizzjuzi moqlija
Imsieken l-annimali jghajtu l-vegetarjani
Il-laham ma jmissuhx…..
oqtol jew inqatel in-natura tal-liġi;
Ir-raguni tas-sopravivenza.
Il-vegetarjani jekk jinhxew huma faccoli
aham ma laham
iz-zbub u l-ghoxux mumhiex tal-plastik
AĦNA U L-ANNIMALI
L’aqwa hbieb li jista jkollok
Fidili, onesti u jimlew il-vojt
Mhux bhalna l-bnedmin nitfghu gebla u nahbu jdejna….
Il-kelb jinbah, jipprotegik
L’ghasfur filgagga jsaffar, prugunier
Il-qattus foq hogrok jimlik bil-brieghed
Ir-ragel ix-xoghol u l-mara tinhexa
Il-mara tahsel u ssajjar ir-ragel izur il-qahba…..
Waqt li d-dinja tibqa ddur, iddur, u ddur
NEMUS
xarba tad-demm
ż-żerniq hin il-guh
parassiti
XITA XITWIJA
l-ewwel jum tax-xitwa
il-ħwejjeġ inbidlu malajr
imkebbeb fis-sodda
QALET IL-FJURA
fil-vażun tispikka
fuq kumdità tal-fondazzjoni gravi
gilju tat-tromba bajda
il-ġest komplut
turi maturazzjoni
warda ghall-valentina
fl-ammirazzjoni
tispikka l-imħabba u l-kura fil-fond
qronfla ħamra ħafifa
purità fl-ordni
is-simbolu tal-innoċenza
margarita tal-margini bojod
mimlija elokwenza
bl-għerf u l-kumplimenti
hortrangea vjola
sbuħija eżotika
għal kburija u mara glorjuża
l-orkidej f’idejja
tax-xemx imsejha
attak taz-zunzan
il-girasol
NATURALMENT
kolonja nudista
zbub, ghoxux u zejziet
il-pridenza taret mar-rih
KARNIVAL
il-qawwa tal-kuluri
ucuh foloz taht il-maskti
burdell dizonest
RUMMIEN
beraq u sajjetti
meraq tar-rummien
sinjal tal-fertilità
MORALITA TINTEN
Il-kuxjeProblema w ostrazzjoni
Moħħ bla kontrol
Mimmli B’tentazzjonijiet.
IMQAJJEM!
Kien sinjal tajjeb,
Is-simbolu li jispikka;
Dritt, wieqaf ma’ jiċċaqlaqx,
Dalwaqt jidhol fix-xibka.
NISKOPRU L-ILLUSIONIJIET
Meta nahseb fuq l-gheziez illuzjonijiet,
Nipprova nohlom ukoll;
Biex noħolom u nittama li norqod fis-sliem,
Fejn l’ghixien u l-imwiet huma sempliċi fantasija,
Xejn mhu fatt
Izda l-mohh jafferma dak li jara.
Fil-ħolm xejn mhu kkonfermat,
Ma nsib l-ebda sigil;
Ftehmijiet milħuqa sa kemm jintemmu,
Tamiet imfarrka,
Waqt ħsibijiet morra stampati quddiemi,
Minflok li ngħix fl-indafa
Nintrama fil-hama.
Il-holm jissigilaw tamiet mitlufa,
Joħolqu sentimenti foloz;
Kastelli fl-arja jiddisturba is-sensi mentali,
Ikolli nifhem kompletament,
Il-holm qed igennini;
Nipprova,
Ninforza l-uniformità tar-rejalta,
Qabel il-fantasiji jirrenduni mignun ghal-kollox.
PAGAN
Il-mitologija narha haga taz-zuffjett,
Mitologija, filosofija u aktar affarijiet imhwada,
Urini l-verita ta’hajja umana u nemmen,
Sadanittant nippreferi li ma nemmen xejn.
DOMINUS VOBISCUM
Dominus vobiscum
U nispera li mieghi wkoll
Ghax nahseb li alla nsini
Maqful go bagoll.
Dominus vobiscum
Nies bla qalb u qarrieqa
Mitlufa wara l-hajja ta’ haddiehor
Mimlijin hdura u mixtieqa.
Dominus vobiscum
Membri tal-parlament
Giddieba w egotisti
Mbasta jibilghu s-sagrament.
TAL-GĦENBA L-INBID
L-ispirtu fi flixkun tal-imbid
Jimmatura biz-zmien
IsIir transformazzjoni
Vergni u frisk sa tmiem.
DEMGĦA TQATRET
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
T-tifel ckejken kollu demm taht il-bankina;
L-karozza ma waqfietx ghal ghajnuna,
S-sewwieq qattiel daqslikieku qatel b’sikkina.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Delitt ta’ tarbija tizviluppa fi guf ommha;
Minghajr kuxjenza minghar rimorz,
Biex mal-girien ma tiehux il-fama.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Meta l-politikanti hadulna l-liberta;
Sabiex jiddominaw kif ukoll jabbuzaw,
Minghajr rispett bl-ebda moralita.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Il-fjuri friski fuq il-qabar tpoggew;
L-missier twajjeb hadem u intemm,
Qlub uliedu imnikkta ghax bih tpaxxew.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Meta niftakar kemm zbalji rrepetejt;
Farrak l-imhabba kissirt ir-rispett,
Demgha kiesha tqatret, kemm soffrejt.
INJORANZA
Dar mingħajr kotba,
L-akbar minn dnub venjali
Nuqqas ta’ intelligenza,
Edukazzjoni banali
IMWIELDA MILL-GDID
F’’daqqa wahda Adolfu Hitler rega qed jghix,
Hussain, Bin Laden, u Gaddafi, sa nibda nirthod;
Biex jiddominaw il-poplu li minnhom kien heles
L-Amerikani lesti, gwerra ohra mhux fil-boghod.
Wassalni qawwi u shih fi hdan l-imhabba;
Aghtini l-kuragg biex ngħannaq is-sincerita.
Fejn huwa l-post tal-qalb maghtuba?
Urini l-post fejn l-onesta tinsab mistohbija,
Hudni l-boghod minn din il-gegwigija..
Riglejja wasluni fi triq imharbta,
ghajnejja urewni l-hajja kefrija,
Widnejja semmawli l-biki tal-innocent,
Ilsieni talab biex tintemm il-hruxija.
Hudni lejn qabri ghall mistrieh minghajr tama,
Wassalni qawwi u shih taht l-irhama.
IL-KCINA MALTIJA
Timpana, minestra u ravjul,
Pastizz, pizza u l-qassata;
Minestra, brodu jew aljotta,
Kusksu bil-ful jew kawlata.
Dundjan, tigiega jew haruf,
Canga il-forn jew insalata;
Dan l-ikel kollu nista nofrilek,
Ma ninsewx l-famuza fenkata.
Wara ikla tajba u nutrimenti,
Bix-xampanja ghal-kumplimenti;
Haxja tajba biex torqod mistrieh,
Jekk tinsab wahdek mur gerrieh.
GIDEB
Ghixien falz
Il-kelma mar-rih ittir
Mingħajr sodisfazzjon
Il-giddieb ghomru ghasir.
GRAJJIET
Tikk..tikk...
U l-hin ghaddej,
Jikkommetti grajja wara grajja,
Grajjiet sbieh u grajjiet koroh,
Li joholqu kiefra l-hajja.
Tikk..tikk...
U l-hin jibqa ghaddej,
B'ritmu mghaggel ma jistenna lil hadd,
Min jistenna w min jithenna,
L-anzjieta tidher fuq kulhadd.
Tikk..tikk...
U l-hin jibqa ghaddej kontinwu,
Nistennew terrorizmu jew terremoti,
F'isem ir-religjon u f'isem alla,
U jinxtered hafna demm innocenti.
Tikk..tikk...
U l-hin ghadda ma jistenna l-hadd,
Jikkommetti grajja wara grajja,
Li hasbuni, marduni u gennewni,
U ghadhom jigru warajja!
ĦAFNA KLIEM
Hafna kliem fil-vojt,
Dan l-ahhar hafna xorb loghob u nisa
L-hin jghaddi ma jistenna l’hadd
Minghajr mahfra u b'hafna biza.
Hafna kliem jghaddi minn fommi,
Kliem li jirrifletti anzjeta;
Kliem mimli irritazzjoni,
Hafna kliem minghajr serjeta.
Hafna kliem nghid kull darba li norqod,
Kliem li jibqa msakkar f’holma sinciera,
Kliem li jistabbilixxi thassib kbir
Kliem li jiswa aktar minn harsa bicciera.
Izda meta nsoffri inkubi koroh,
Holm ikrah hafna imma trivjali;
Gharaq ikrah johrog minn go fija,
Avolja huwa holm oridnarju jew banali.
DECIZJONI TA' DISPJACIR
Suspettuz minn dak li għamel
Konxji jistenna ir-rizultat;
Antiċipazzjoni ħerqana
Sa jispicca llamtat.
MEA CULPA MAXIMA
Nakkuża lili nnifsi ndirettament,
Sinjal ta' htijiti mingħajr privileġġ;
Gustifikazzjoni minghajr logika,
Dnub wiehed tas-sagrilegg.
U QALBI?
Ix-xemx tahraq nhar,
Is-sema mudlama,
Ir-rih qawwi u shun,
qalbi tittama.
L-ghasafar ghajjiena,
Il-klieb imbikkija;
Il-qtates maghluba,
Qalbi mwissija.
Il-mara tiggerra gharwiena,
Ir-ragel jilghabhom fis-sakra;
It-tfal bil-guh u mahmugin,
Qalbi mfarrka.
Il-patri kontra l-adulterju,
Waqt li jahxi l-mara tas-sagristan;
Bil-kopp jigborlu l-flus tal-midimbin,
Imsejkna qalbi hbieb tax-xitan.
Fejn hija l-kuntentizza?
X’sar minnha l-onesta?
Kif thawdet l-imhabba sinciera,
U qalbi mnikkta tipprotesta.
Qalbi sabet it-triq ewlenija,
Triq twila u perikoluza;
Li sa twassilni f’idejn il-mewt,
Bi bxara sabiha w misterjuza.
MINSI
Hafna snin ili midfun minghajr mistrieh,
Minsi minn kulhadd f’dan id-dlam perpetwu,
minghajr gisem,
Emozzjonijiet,
U rejazzjoniiet.
Hafna snin ili midfun minghajr mistrieh,
Injorat,
F’toqba kiesha imma komda,
Injorat,
Minn barra l-grieden,
Li ta’ spiss izuruni.
Hafna snin ili midfun minghajr armonija,
F’hofra go art kiesha,
Mghottija b’haxix hazin,
minghajr rikonċiljazzjoni,
kompromess,
Jew soluzzjoni.
Il-mahbuba,
L-unika persuna li tigi zzurni,
Tpoggi bukkett fjuri ,
U l-fwieha tal-gilju,
Tinfed l-art sakemm din it-toqba,
Timtela b’aroma qawwija ,
Li taghtini qawmien mill-gidid,
rivitalizzazzjoni komplita.
Imma l-mahbuba,
Ma tafx x’hinu ghaddej minni,
hawn taht,
Minsi minn kulhadd.
SULDATI
Suldati godda jammiraw il-gwerra,
Fl-ewwel battalja ta' ħajjithom;
Gwerriera mingħajr esperjenza,
Il-qabar silenzjuz jistenhihom.
SKJAV
Inhossni bhal ghasfur nittajjar mar-rih,
Nipprova nakwista liberta assoluta;
Ninheles ghal dejjem mill ktajjen imsadda,
Nitkellem ma nistax ghax halqi misdud b’carruta.
Fejn huwa l-helsien ta’ qalbi?
Ghaliex iz-zmien jghatini bil-harta?
Forsi ir-rimorzi li jzuruni ta’ spiss,
Mhux bizzejjed qed izommuni marbuta.
Inhossi mnikket u irrid nibki,
Nixtieq barmil nimla bid-dmugh;
Ghaliex mohhi mghandux tranqwilita,
U lanqas armonija mghandha r-ruh.
MITLUF
Funeral minghajr suċċess
Il-bikkejja mill-knisja sa c-cimiterju;
Il-mejjet mghadux fit-tebut
Kif jispjegaw dan il-misteru?
IL-FJAMMA
Inhares lejk waqt li bilqeghda nkun,
Nilmah il-faham jaqbad bil-mod, il mod....
.....sakemm f'huggiega sabiha narak,
Nishon, nitkebbes u bil-hsieb ma nibqax nirtghod.
In-nar jixghel jarmi dawl safrani,
Waqt li nibqa ccassat qisni belghani.
Ma nistax nifhem is-skiet ta' go fija,
Il-hemda msikkta liz-zjarat taghha huma spissi,
Id-dieqa mkabbra w tiddominani,
Bhal din il-fjamma, taqbad fl-akbar abbissi.
Il-huggiega zzid fost it-tfaqqiegh tal-faham kiesah,
U nibqa nhares lejk ghax mohhi fieragh.
Imma jien bezziegh mil-kotra,
Umli, mahbub u minhiex kburi,
Rrid nibqa umli, mahbub u bezzieghi,
Biex il-ferh u d-dwejjaq inkompli nuri.
Kemm nixtiq li jasal it-tmiem,
Biex f'qalbi zgur insib is-sliem.
DAVID u GULIJA
Hu raġel b'saħħtu qisu ggant,
madankollu l-personalita dubjuza;
Hija rqiqa ta’ erba piedi u zewg pulzieri,
qalba tajba u meraviljuza.
KUXJENZA KATTIVA
Fejn kont?
Ma nafx, ma nafx,
Fejn kont ma nafx.
Tistaqsiniex izjed.
Mohhi ghajjien,
Memorja mcajpra,
Hsibijiet inhawda.
U fejn kont ma nafx.
Fejn kont?
Ma nafx qed nghidlek,
Xi trid minni? X’ghamiltlek?
Hallini,
Mhux diga qarrejt kollox?
Fejn kont dak in-nhar?
Ma nafx!
Nsejt!
Il-memorja hallitni,
Mohhi vojt,
Waqt li qalbi ghajjiena.
Kemm int kattiva,
Kuxjenza ghaziza,
Ghaliex tippersisti,
Inti taf aktar minni,
Imma trid lili li nammetti.
Kuxjenza tal-abilita, nitolbok,
Kuxjenza tal-fakulta,
Tal-perċezzjoni
U tal-prudenza,
Ghatini ftit sliem u paci.
Kuxjenza li tirrifletti bejn it-tajjeb u l-hazin,
Ghaliex qed titterturani?
Fejn kont?
Kont mal-mara ta’siehbi,
F’lukandi mill-isbah,
Nitpaxxa b’gisimha,
Waqt li zewgha,
Instab mixhut fl-art,
F’gharqa ta’ demm.
Kuxjenza kattiva,
Xi trid izjed minni?
Hallini,
Itlaq u tergax tigi aktar go fiha,
Minghajr kuxjenza,
Nghix f’liberta assoluta,
Minghajr inkwiet u dubji.

