top of page

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

Taqsima Numru 1

PREFAZZJONI

 

ĦOLMA LI TOGĦĠOBNI WISQ

 

L- kienet għaxqa kbira għalija, u kelli disgħa u sittin sena f'April; għadni b'saħħti u mimli ħajja, noħlom li se jkolli inqas nuqqas ta' qbil magħha.

Fis-sena li ġejja, żrajt aktar imħabba f'qalbi sal- mewt. Forsi mmur għada, jew min jaf, fi tletin sena?

Biex inkun ġust, ma nixtieq xejn bla kontroll; m'għandi xejn x'ninkwieta dwaru ħliefkollox!

Il-ħolma tiegħi tkompli sas-sena l-ġdida li jmiss u dik ta' wara, u jekk inkun sfortunat, se nagħmel kollox mill-ġdid mingħajr biża' għal ħafna snin li ġejjin. F'din il-kollezzjoni, kelma li nuza wisq hija l’immaginazzjoni; għax tispirani biex noħloq stanza wara stanza skond l‘immaġinazzjoni unika li nippossjedi.

Bl-ghajnuna ta’ din il-qawwa kreattiva tispira l-ħsibijiet u l-ingredjenti kollha sabiex nikkomponi kitbiti.

 

FIL-JUM LI GEJT MAQTUL MILL-ĠDID

 

Ma niftakarx kemm bkejt,

meta skoprejt li kienet saret għarusa,

dak il-ħin qalbi nkisret fil-fond ta’ ġewwa,

kien il-jum li kelli mmut;

minflok moħħ jinsab f’manikomju tas-sinapsi.

Kont nikkonsola ruħi billi nixrob brandi kemm niflaħ;

sakemm nispiċċa eżawrejt u ninstabat ma’ l-art.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Kont nemmen fl-emozzjoni tal-imħabba,

nemmen fil-konsol spiritwali tiegħi,

nafda lill-kreatur tal-korruzzjoni,

forsi hija biss parti mir-ruħ mortali tiegħi

jista jkun li mal-Mulej kelli libertà kondizzjonali,

kont nikkonsola ruħi billi nixrob whisky kemm niflaħ;

sfortunatament, issa, irrealizzajt li kont barra mill-kontrol.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Naf li għadni nħobbha,

kont naf li spiċċajt fix-xorti ħazina,

daqs li kieku mradt bħal kanċer inkurabbli,

tħallejt fi stat ta’ nsensibilità għal dejjem,

mingħajr mara ma nista nagħmel xejn;

nemmen li dakinhar kienet aħbar ewlenija,

meta rrealizzajt li kont qed insir persuna disprezzabbli.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Għal ħafna snin, kont ninsab waħdi,

suppost din ma kinitx il-pożizzjoni tiegħi

neżisti f’żona illużorja mhux mixtieqa,

nixtieq li ninstema’ u nidher minn xi ħadd

mingħajr kliem ta’ottimiżmu kont umiljat.

F’dan l-istat, kull ma ridt kien aktar vodka,

qabel ma nsir psikoloġikament imniġġes.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Fl-istess jum li ġejt maqtul,

ippruvajt inqum mill-ġdid,

qalbi fidila bl-imħabba mtliet,

moħħi, ruħi ma ħallewnix inbati l-istess uġigħ,

għax bid-dwejjaq ma kelli nirbaħ xejn,

ngħix bla dar, u bħal ħanżir,

b’dawn il-vizzji kollha, qalbi ma setgħetx titrażżan.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Waqt li kont qed inħossni dipressjonat b’mod dipressanti,

salbuni fuq il-kurċifiss ta’ Iben Alla,

poġġew fuq rasi l-kuruna tax-xewk,

għas-servizzi mogħtija u għall-etika li kelli;

xejn ma deher li jfejjaq ħlief flixkun brandi,

sirt mgħaffeġ minn bnedmin li taw imxew fuq gismi.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Is-sentenza tiegħi ġiet posposta,

moħħi kien dejjem mimli ħsibijiet

l-ebda verdett, l-ebda riżultat, ma tawni,

nikkompila r-rekwijemi fid-dlam.

Waqt li pprovajt nittallab, idejja nħarqu;

tlabt ftit karità minflok ingħatajt daqqiet ta’ sieq solidifikati;

il-brandi, l-whisky u l-vodka spiċċaw

il-mediċini u l-inbid ukoll, minflok ippruvajt inxomm il-

gass.

jigri x’jigri issa gejt nitnejjek fuq ħajti.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Ġismi spiċċa fix-xejn,

wasalt b’mod profan fuq il-ħitan tal-infern,

f’art, fonda magħluq f’kamra mħarbta,

hemmhekk ma stajtx nidħol mingħajr permess;

meta ħarist lejn ħajti tal-passat ma kellix teleskopju,

kontenituri taż-żibel fid-dar, fittixt l’ikel għax kont bil-guħ,

imbagħad ftakart li l-favorit tiegħi kien l’alkoħol.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Waqt li l-abissii kienu mimli b’riħa sodisfaċenti,

l-iskeletri ta’ madwari bdew iħarsu lejja,

sfajt mimdud f’art kiesħa mimlija turment sadistiku;

ridt ningħaqad mal-kotra, imma ma tawni l-ebda ċans,

qabduni minn dirgħajni, rieduni niżfen magħhom,

bqajt mistgħaġeb ghax hadt gost niżfen ma dawk l’erwieh

kollha,

ridt biss nagħmel nahxi minnufiħ.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Il-mejtin ippruvaw iġegħluni nċedi,

imma b’mod inutli rrifjutajt,

ma niftakarx x’ġie żvelat,

fil-jum li mit, qalbi ġiet imfejjqa;

l-aguniji tal-futur kienu ssiġillati,

ma kelli xejn x’nitilef, xejn x’niddikjara;

bħal larinġa, ħassejt li kont imqaxxar.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

U għalkemm kont f'post wieħed biss,

ma kellix ħin li nkun pessimista,

sibt li Alla kien diżorjentat fl-ispazju;

hekk kif dawk li kienu qed jibkuni infqajt f’daqqa

sarkastika,

bdew immissu, ibusuni, u jghanquni,

riġidu fit-tebut Kont f'estasi estrema.

Kont fis-sakra bl-inbid,

għalkemm fl-aħħar, ħassejt id tax-xitan.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Madankollu, ix-xitan huwa l-uniku ħabib tiegħi,

kien bħal sinjal t’apprensjoni għamja;

permezz tar-rabta tiegħu, se nittraxxendi moħħi,

ruħi kienet mimlija b’rabja kbira,

f'kantuniera, bqajt wieqaf bħal qattus imxarrab għasra,

Ma nafx għaliex bnejt kastell fuq ir-ramel.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Ma twieledx biex nintefa fl-infern,

imma kelli nkun ir-rit tas-sagrifiċċju,

kont hemm biex ngħati l-aħħar tislima.

wieqaf setgħan biex l’enerġizza il-pozizzjoni li kont fiha,

insħadt bid-daqq tal-qanpiena infernali;

kienet ħarxa w abominabbli,

irrealizzajt li ruħi kienet mibjugħa.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Fil-jum li miet ġismi,

hekk kif tlabt għal xi aħbar ta’ ferħ,

kont ġejt imtebba’ għalkollox;

Intqalli li ma kontx nista’ nuża,

kont naf li tlift il-fjus tal-ħajja,

tlift dak kollu li kien tiegħi,

anke bħala tifel, rajt u ħassejt abbuż.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

L’isfel fil-qabar sagru,

l-ispirtu sejaħli kemm il-darba,

imma gismi beda jgawdi l-atmosfera ta' dlam bla heda

il-fantażma bdiet tgħajjat, u l-fantażma ppjanat.

Ħsibt, fl-aħħar, li kont lura fil-kamra tas-sodda,

xejn ma mpurtani għax kont naf li l-ħajja hija dlam.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Mitfugħ f'abbiss imniġġes dak li l-aktar kont nobgħod,

għax meta mit f’dak il-jum,

ħassejtni ħaj, um mhux mitluf,

Ninsab waħdi fost l-insetti abbandunati u miċħuda,

peress li kont max-xitan tagħni flixkun vodka u xrobtu f’daqqa

ma kienx hemm aktar moralita, imma malevolenti u atroċi biss,

għalhekk irrifjutajt lill-Missier, lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

Fl-aħħar, sibt l’istruzzjonijiet bid-dettalji,

issa li ninsab hawn gejt eżiljat mill genna għal dejjem,

ħajti qatt ma terġa’ tkun divina,

gejt moħxi għal kollox u ma nistax ingerger.

Kont naf tajjeb li kont deġenerat.

 

INT BISS GĦALIJA

 

Meta niltaqgħu, ma nafx x’għandi ngħidlek,

il-kliem huwa rħis,

Imma nħobb nitkellem,

il-kliem li joħrog minn halqi huwa sincier;

Għalhekk qed ngħidlek affarijiet sbieħ biss,

bit-tama li s-sinċiera tkun eċċitati;

Għax għalik, ghandi eċċezzjoni waħda biss, inħobbok

il-frankezza tiegħi hija evanġelju mingħajr qerq.

Issa nista’ ngħidlek dak li nħoss onestament,

fuq il-passat se ngħidlek kollox.

kont l-iżgħar minn tlett tfal u kont tifel imqareb wisq;

il-logħob kien eċċellenti, fuq kollox, bħala suldat.

L-iskola, kont intelliġenti u mort tajjeb fl-eżamijiet,

meta ggradwajt, kelli ħafna pjanijiet.

Kont impjegat f’post sigur u eċċitanti

ħajti kienet faċli, imma mħabbti kienet imdejqa,

naf li kelli tfulija problematika;

id-dar ma kontx kuntent hafna

trabbejt b'mod indipendenti u b'la skrupli,

avventuri romantiċi marru ħażin.

Dak kien kollu fil-passat, għalkemm bqajna flimkien

minn meta ltqajna; dejjem konna tajbin u flimkien.

Jien kont Romeo, u int Guljetta.

ilna flimkien kwazi ħamsin sena kuntenti … …

… … bi ftit problemi l’hemm u lhawn,

Imma qatt ma kellna dubju dwar imħabbitna.

Kien possibbli bil-paċenzja estrema li kellek,

li ma insejtx il-preżenza impekkabbli li kont turi;

kieku kont kitarra, kont indoqqok b'għożża u kuljum,

fl-aħħarnett, dejjem stmajtek sinjerita tremenda.

Għajnejk huma ċari daqs il-kristal

jaqblu maa dak ix-xagħar twil li jinzel għal fuq dahrek;

kellek ġustizzja mimlija fedeltà;

il-bews delikat li kont tagħtini … …

… … kienu sempliċi imma b'imħabba penetrata

Kont tħallini bla nifs kif ukoll sofistikat;

is-sħana ta’ ġildek tagħtni l-aqwa għemil ta’ kopulazzjoni

il-fornikazzjoni ma kienitx ikkontaminat bil-libido … …

… … imma b’imħabba pura.

Li mmiss ġismek x’memorja sabieħa… …

… … kont inħossni mimli b’sensazzjoni impressjonanti,

issa għażiża tiegħi,

wara nofs seklu flimkien qegħdin fi stat kruċjali,

l-unika xewqa li għandi li kapitolaw flimkien,

b’funeral wieħed, post ta’ mistrieħ għal dejjem.

 

GĦANDI WISQ KLIEM ASTRATTI

JIFFORMA SENTENZI ANIMATI

 

Kliem imħarrek fi ħsiebijiet ordinarji,

hekk kif i-demm jagħli jidhol f’moħħi,

jikkomponi sonata ta’ niket;

Moo, moo moo tqażqaż il-baqra

hekk kif kienet qed tmut marda tal-ilsien u l-ħalq.

Telfa kbira ohra għar-ragħaj,

waqt li n-nagħaġ jiġru madwar ir-razzett,

b’finezza, ir-ragħaj jieħu ħsiebhom;

il-kelb attent jidderigihom

hekk kif il-ħaruf tfixkel fuq ġebla

u waqa’ minn għolja fonda.

 

L-antifriża ma għamlitx ġustizzja lill-karozza,

il-magna ma qabdietx,

l-arranġament mal-mekkanik ġie pospost,

waqfet minħabba li il-petrol kien svojta.

 

Il-moderatur ma wasalx għal konklużjonijiet,

peress li l-ballata prodotta kienet plaġjarizzata,

il-letterati ma kinux kuntenti u żammew lill-kittieb,

l-awturli ħaseb li rebaħ il-premju,

Imma l-firma li kienet falza biss ġiet esposta.

Is-siġar tal-arżnu b’kuraġġ baqgħu wieqfa,

peress li r-riħ kważi ġarrhom mill-għeruq,

il-barri tagħtu puplesija ma kellu jmur mkien,

għalhekk aċċellera l-ġirja tiegħu sal-massimu,

il-mara b’xalpa ħamra kellha tiġri għal ħajjitha,

bil-biza kbirahi ppruvat taħrab mill-barri qalil.

 

Il-koppja kienu mindudin fl-art għarwiena ftaht xemx qalila

waqt li ftit bogħod minnhom seħħ inċident tat-traffiku,

il-vettura tat-tifi tan-nar refgħet il-katavri mill-fdalijiet,

il-feruti kantaw l-innu tar-repubblika,

dan id-divertiment sar fil-park nazzjonali,

amministrat minn xi nies bla qalb

iwerzqu kliem inkomprensibbli,

osservati minn psikoterapista.

 

FALLIMENT TAŻ-ŻWIEĠ

 

Maħbuba għentni nenħles mill-vizzjijiet koroħ

għadni nibża' li se nkun il-katastrofi tiegħek;

kulma ma neħtieġu hija doża ta' seħer,

bqa' miegħi u nipprovaw nibnu ż-żwieġ mill-gdid.

 

Meta nħares lejnk nara mara differenti,

wara ħafna snin li konna flimkien issa nbdielt,

l-ambizzjonijiet tiegħek sfumaw u marru f’qiegħ il-baħar.

Ma ridtx li nkun 'il bogħod minnek!

anke l-konversazzjonijiet ta' kuljum sfaxxaw,

sfortunatament, naraw lilna nfusna f'divorzju.

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

qlubna ilhom iżommu sentimenti mhux mixtieqa,

il-kmamar mhumiex kbar biżżejjed għalina t-tnejn;

tgħid dak kollu li jigi f’ħalqek minghajr rispett;

għandi problema kbira imma ma nistax niddiskuti mieghek.

Il-ħajja għalmitni biss għarfien ta’ tumur tal-biża';

il-paranojja, id-diżillużjoni, u l-għira ħakmuni,

huwa għalhekk li għamilt ħafna u sirt bla ħsieb,

tiftakar meta l-polz qtajtu' b'xafra?

 

kont naf, bħal qabelli gejt titnejjek minni.

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

Issa, naqbeż fil-vojt wara s-skiet tiegħek,

l-imħadda bħalissa tixcarra bid-dmugħ kiesaħ;

filwaqt li int torqod mingħajr diffikulta,

ħajti tinsab f'taqlib u biżgħat kontinwi.

 

Kont nittantalek xufftejk li tant xtaqt b’ilsieni,

nilgħaq wiċċek sħun bħallikieku kien ħelwa tat-tork;

fis-sodda, spiċċajna strangieri… 

…nivvjaġġaw fuq ferrovija ta’ diżappunt; 

int ma kont micħuda minn xejn. 

waqt li jien għandi bżonn għajnuna minnfiħ,

Jien u int ngħixu fuq pjaneti differenti.

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

nistaqsi x’jaħsbu l-hbieb kieku jsiru jafu l-verità.

meta niltaqgħu mal-ħbieb…

…nippretendu  li ninsabu  f’hena kbira.

waqt li nidħqu, nitkellmu u nixorbu l-vodka,

madankollu ghalina jħalli togħma ħazina.

 

Qed ngħid dan għax għandek filosofija stramba;

jekk niltaqa mar-ragel li ħadli posti, x’iskuza se tinvinta?

Tintroduċih bħala l-kuġin tiegħek Girjolettu?

Għall-imħabba t’Alla, ma tistax tgħid li hu s-seftur,

tista’ tgħidli ukoll li waqa mis-sema.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

il-verità hija li ż-żwieġ kien ħolma kera ,

issa għandna nuru kuraġġ u niddivorzjaw minnufiħ;

ir-raġuni  nivvintaw problema sempliċi,

iddiskutejna l-umanità, u kienet l-għażla ovvja,

in-nies jinsew malajr, u fil-fatt, ma’ jimpurtahomx.

Għexna f’imħabba mudlama,

tlifna it-triq b’mod indifferenti,

niftakar fiż-żminijiet sbieħ meta konna perfetti,

Specjalment fl-att sesswali.

Konna naqsmu sehem ta’ intimità u passjoni,

madanakollu nistgħu naġixxu bħall-adulti u nsolvuha malajr.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

Kif se ninfurmaw it-tfal dwar is-separazzjoni?

huma adulti, naturalment se jiehdu sorpriza kbira.

U se jkunu devastati,

Ma neħodiex bi kbira jekkj ippruvaw isibu mod biex nibqgħu flimkien;

ma nistgħux ninjorawhom għax uliedna jistħoqqilhom aħjar;

jeħtieġu li jkunu jafu l-verità ma nistgħux inħalluhom fid-dlam

Mhux se jkun faċli li jiġu d-dar mingħajr missier.

 

Il-ktajjen li jżommu mħabbitna ssaddu u tmermru.

 

LI TAĦRAB HUWA DIFFICLI LI TAGĦMEL

 

Fil-qalb maqsuma, hemm it-tama,

sena nħobbok iz-żmien ħarab;

ma rrifjutajtx bis- soluzzjoni li ħadna;

id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

Sena twila moħlija nisimghu id-dgergir t’ommok,

mill ewwel darba li ratni ma kienits sodisfatta bija

missierek ukoll jaqbel magħha

ma għaliex huma daqshekk kontrija?

id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

Issa li ddeċiedejna li naħarbu u nizzewgu minnufiħ,

ghaliex għandna inbidlu l-pjan perfett?

l-uffiċċju tar-reġistru qed jistennewna,

wara kollox id-decizjoni kienet konklużjoni inevitabbli.

 

BLUĦA

 

Il-muntun telaq selvaġġ -

is-sieħba tiegħu kienet tqila,

imma n-nagħga ma kinitx tiegħu

il-muntun kien impotenti

in-nagħġa kellha relazzjoni -

ma’ors mil isbaħ.

L-ors telaq lil martu -

man-nagħġa, kellu ħajja aħjar,

in-nagħġa kienet ferħana

b’tgħanniqa u bewsa

Is-sinjura Ors tkellmet mas-sur muntun

it-tnejn kienu lesti għal aspersjoni.

In-nagħġa weldt ħaruf -

l-ors ma kienx sodisfatt għax kien hemm dubju jekk kienx missieru;

“Għaliex”, staqsa l-ors, “Għaliex ma twelidtx nofs haruf u nofs ors?

il-ħaruf qam mir-raqda mar that zaqq ommu beda jixrob il-halib miz-zejza.

L-AJKLA

 

Is-sema titbissem, l-ajkla tittajjar

b’għajnejn potenti, tara priża varjata;

Ittir fuq l’muntanji, fuq il-foresti u l-ibħra,

ladarba l-mira tkun immarkata, ma tittardjax.

B’għajnejn potenti, tara priża moħbija;

mil-lvant għall-punent, mit-tramuntana u n-nofsinhar,

tesplora;

fit-tfittxija għal nutrijenti b’esperjenza rurali.

Mil-lvant għall-punent, it-tramuntana u n-nofsinhar,

tesplora;

ladarba tiġbor il-priża, tittajjar 'il bogħod b'dominanza;

tfittex nutrijenti fi tradizzjonijiet rurali

toqtol il-qabda b'kburija u sodisfazzjon.

 

AJKLA OHRA

(PERSONIFIKAZZJONI)

 

Jien sabiħa w eżotika,

b'ras bajda brillanti u munqar isfar angolari,

rix konċiżi kannella skur

bi ġwienaħ wesgħin ugwali,

intir b'veloċità kbira ħafna,

aktar malajr minn kwalunkwe għasfur.

Għajnejja għandhom pupilli primarjament kbar,

niftaħar li għandi vista tajba,

il-hin kollu nosserva għal battalji ma' għasafar oħra,

niżgura diffrazzjoni minima mid-dawl iteptep fuq wiċċi.

Nibni il-bejtiet fuq siġar għoljin jew fuq irdumijiet,

Jien u s-sieħba nipproduċu żewġ bajdiet,

hija ukoll ta' speċi dominanti,

b'differenza mis-sieħba tiegħi,

jien magħruf bħala predatur fil-quċċata tal-perfezzjoni,

id-daqs tiegħi huwa iżgħar mis-sieħba, jiena wkoll qattiel.

Nittajjar fl-arja li titla' l-fuq ħafna lejn is-sema,

li jien karnivoru b'togħma kbira noqtol ghasafar varjati;

madankonny il-ħut huwa l-ikel favorit;

u niekol l-għasafar tal-ilma b'mod krudili quazi kuljum.

 

ANZJUŻI

 

it-tfajla

ffaċċjatu waħedha

wiċċha mbeżża' u iqarmeċ

il-guvnot

tbissmila

b'għajnejn ottimisti

waqt li bisha fuq xufftejha

 

TORTA TAT-TUFFIEĦ

 

Zewġ tuffieħat

imddendinl fuq is-sigra, lest għal ħsad

it-torta fil-forn

 

SOVVERŻJONI

 

Qerda tal-qalb

tiktok pawża zgħra tiktok;

bl-għaraq il-ġisem imxarrab ghasra

il-mewt se tasal u mingħajr dewmien;

Il-qerda tar-ruħ

meħuda 'l bogħod;

id-demm magħqud

ħajja tiddekomponi!

IS-SENTENZA TAL-MEWT

 

qtil meditat

piena tal-mewt b’elettrokuzzjoni

mas-sebħ ikun mixwi

 

JIEN ARLOĠĠ TAX-XEMX

(PERSONIFIKAZZJONI)

 

Jiena nirrekordja biss dwar sigħat xemxin ... ...

il-ħajja tiddependi minni daqs kemm issa l-arloġġ huwa għall-ħin,

sekonda għal sekonda, minuta għal minuta, ma nistax

niddokumenta,

filwaqt li nista' nuri s-sigħat bid-dellijiet li tagħtini x-xemx.

Meta r-raġġi tax-xemx imissu wiċċi

nista' nuri l-ħin il-pożizzjoni tad-dell nagħmel.

Għalhekk, id-dell jimmarka kull waħda mil-linji mmarkati fuqi,

bħalma l-idejn tal-arloġġ juru l-ħin precis..

Għandi żewġ partijiet essenzjali:

l’indikatur imsejjaħ gnomon,

li jitfa' dell u bin-numru madwari juri s-siegħa.

M'iniex apparat ikkumplikat,

id-disinji tiegħi huma manifatturati b'mod intelliġenti,

niġi fi kwalunkwe forma u daqs.

Jiena u l-familja tiegħi niddifferixxu fil-portabbiltà tagħna,

anke fil-ħtieġa għall-orjentazzjoni,

dawk li pproduċewni mhumiex biss gnomonisti,

huma artiġjani, jiskulturaw, jaqtgħu, jimmartellaw,

u jinqatgħu fil-bronż, ram isfar, azzar, granit, ċangaturi, u lavanja.

Issa li għedtlikom dwari,

jekk jogħġbok irritorna l-favur!

teqridux l-eżistenza tiegħi?

POEŻIJA, POEŻIJI U VERSI OĦRA

 

Wara li nikteb poeżija naqraha immedjatament

il-poeżija inqrat

poeżija oħra rrid nikteb.

Nispera li l-moħħ lest biex jispirani?

Salib qed nerfa,

qed nibki bħal ċerfa;

il-biża’ hija ċ-ċavetta li ssakkarli l-immaġinazzjoni

Irrid nikteb mhux waħda imma kollezzjoni;

nasħeb f'miżuri ta' suġġetti siguri,

għalkemm ma nistax niggarantixxi awguri.

Oda nikteb għalija,

oda ddedikata għalija nnifsi;

oda dwari ħajti;

għalija nikteb oda,

ejja niktbu oda.

Il vers, nikteb b'fedeltà kbira,

kliem sabiħ nikteb illum;

nikteb kliem kemm nista' kuljum,

fuq mara jew raġel,

fuq kelb jew qattus,

forsi fuq ix-xemx u l-qamar.

ugwalment nikteb fuq l-imħabba u r-rispett,

Niskopri qalb tajba u sinciera.

Kif nikteb ABC?

L-ABC huwa faċli daqs wieħed tnejn tlieta;

ħu A għal tuffieħa kuljum teħles mit-tabib,

it-tieni B għal banana fuq hadra jew safra;

Ċ tiġi wara għal mandarina,

u Z għal figurina taż-żiemel.

Biex tikteb sonetto xieraq,

għal mara b'kappell tar-rix;

żid kliem sempliċi għal allitterazzjoni,

xejn mgħandu x'jaqsam mal-ħaxix.

Allura hemm ktibt dwar il-poeżija

poeżija moqrija u mifhuma,

Vers vojt u metriku, mhux ċert,

Haiku jew Senryu nipprovahom ukoll,

Limerick biex indaħħaq.

Għalija, jien nikteb poeżija.

li niktiba naqraha immedjatament

il-poeżija inqrat

poeżija oħra rrid nikteb.

nispera li l-moħħ lest biex isaħħaħni aktar?

Naqra għalija nnifsi l-poeżija gdida;

poeżija biex tinspirani wkoll,

poeżiji nkompli nikteb.

ħallini nikteb poeżija sempliċi u naqra.

Kliem li jħalli togħma tajba,

ittajpjaha u ffajljaha.

 

WASAL - ANĠLU TAL-MEWT

 

Il-mewt bagħtitli messaġġier

tal-ħajja. jien passiġġier,

nikber malajr, unimrad u mmut;

naċċetta n-natura imma ma nistaqsix għaliex.

Ngħix il-ħajja kif nista u nigi nitnejjek,

bix-xewqat sesswaoli ma ninsihomx;

b’purità fi’nifsi mhux se nibża’ mill-mewt meta tigi.

 

SULDAT

 

Is-suldat allertat u qed jistenna azzjoni,

wara l-linji tal-għadu,

il- kaptan jordaa u jobdi minnufiħ;

il-battalja bdiet u jara lil sieħbu jiġi sparat f’siequ,

il-maktur li kellu użaħ bħala faxxa.

Miskin jiġġieled għal pajjiżu

sfortunatament infurmaw lil martu li ntilef fl-azzjoni.

TĦOBB VERAMENT?

 

L-imħabba

biss

tivverifika

iIl-ħeġġa vera ta’ kull qalb

u tibqa’ fil-qalb

Il-fiduċja

erġa’ lura

nikament

tqanqal l-imħabba għalik

 

TIPI TA’ FORMA FIL POEZIJA MEĦTIEĠA?

 

ew maħluqa ħafna forom ta’ poeżija,

aspirazzjonijiet minn alimentatur tal-moħħ innovattiv;

ftehim tal-iskop mehtieg immodernizzat,

il-kittieba u lill-qarrejja nkonvenjent.

Shakespeare kien jgħodd il-metru ambiku,

waqt li kien qed jikkomponi sonetti seta jirreżisti?

fil-fatt, il-poetij iddeciedu għhalihom jekk juzawx formi

jew le … …,

William ma kellux “kemmhemmsillabi.com” biex jgħinuh.

biex tinkiteb sonetta b'metri perfetti

il-kittieb għandu jgħodd is-swaba'!

il-haiku u l-poeżiji sillabiċi kienu saru famużi Basho poeta

Gappuniz,

it-tanka Ġappuniża hija sabiħa meta tinqara

Triolet, nonetta, u ċ-ċinquain huma neċessarji?

u għal liema impatt?

Jien nikteb kif jidhirli li hu xieraq,

bi stili jew mingħajrhom dik hija d-decizjoni tiehji biss

B’hekk inħobb nikkontrobatti.

IMMAĠNIŻMU  

 

Qed tinxef l-arbuxxell tal-ward,

tabilħaqq, verdett ta’nunqas t’ilma,

forsi wkoll xi kelb jerfa’ siequ u u jisprejjaha bl-awrina,

il-prospett tas-sopravivenza huwa ddestinat li tmut

Il-familja madwar il-mejda tal-ikel bħala regola tad-dar,

l-missier bħas soltu lest għall-gurnata ix-xogħol ohra,

it-tfal libsien l-uniformi dalwaqt sejrin l-iskola,

waqt il-kafètiera ttektek bil-mod ... ...

Ix-xemx marret torqod,

il-qamar qam frisk bħal margerita,

Se mmur norqod raqda tajba nispera,

għada se tkun ġurnata komuni.

Fil-qrib, kien qed jinġibed film għall-adulti,

hekk kif l-maħbubin f’kabina tat-telefon jikkopulaw,

id-dinamiżmu kien l-impatt tax-xena,

u qattus ċkejken fuq siġra jħares lejhom.

Ix-xhud qal gidba wara l-oħra,

waqt li l-prosekutur ipprova jiżvela il-gideb,

l-intenzjoni tal-korruzzjoni saret ċara,

l-imħallef irrifjuta kull oġġezzjoni mid-difiża.

Ir-raħħal beda jaħleb il-baqra,

f'mument beda jxomm xi ħaġa stramba,

daq il-ħalib immedjatament,

ma kienx jaf li l-baqra xorbot flixkun whisky l-ġurnata ta' qabel.

STABBILIMENTI

 

Kemm huma tedjanti r-reliġjonijiet,

jitkellmu biss dwar ħaġa waħda;

Allat u kemm insibu Allat madwar id-dinja?

X’inhi r-raġuni għalihom u gaħalfejn nadurawhom?

Nittama li jħalluna ngħixu fil-paċi,

gwerer joħolqu kuljum f’sehem ir-relijonijiet taghhom.

 

FL-IMĦABBA

 

Adorabli li tħobb lilek innifsek,

mhux biss imma titlob għall-imħabba pura,

is-seħer taz-zwieg … …

… … Ninħabbu kemm fil-mard u fis-saħħa.

tagħmel kollox għall-imħabba,

għax l-imħabba hija eventwalir

BANANA

 

Ninsab bħal banana mdendla fuq sigra,

nitikel meta nkun ħadra jew safra,

b'qoxra sewda meta nkun misjur,

taħt il-qoxra jien artab ħafna, għax m'għandix għadam.

Duqni darba,

Duqni darbtejn,

Oh, sukkulenti taħt l-ilsien?

 

MIETET

 

L-iżbalji li għamilna fil-passat għabu mingħajr traċċa,

mejta hija dik l-emozzjoni li nsejjaħula ferħ,

xejn m’huwa adattat,

il-mewt tati l-potenzjal,

tati simpatija

waqt il-kesħa tal-qobra qed jistennewna.

QALB ĠENTILI

 

Imnikkta qalbi hekk kif tasal l-aħbar ħazina,

kont abbużatt, tradut u umiljat,

qalbi mejta ghalkemm għalkemm ngħix normali,

kemm xerridt demm meta ġejt ifflaġellat?

Meta ssawwat bill frosta tal-imħabba,

kont imqarraq,

waqt li l-qalb ġentili

tibki

matul iz-żmien.

 

MEJTA

 

Id-dawl ta’ ħajjitha intefa f'daqqa waħda,

qalba tfixklet, tilfet il-bilanċ u għerqet,

ittrasportat ruħa fl-infern,

ma bikitx,

lanqas demgha waħda.

Minflok baqgħet diżappuntata,

Għalkemm komda,mingħajr biża',

Mimduda

ma dak u ma l-ieħor

 

NUQQAS TA' MORALITÀ

 

Mingħajr moralità,

tirriżulta fl-iniquità,

li jiġġenera frivolezza,

f’dinja mimlija skrupli;

it-tfal jinbidlu f’annimali,

mingħajr deċenza u modestja,

assertività;

u mingħajr imġieba kunfidenti w awtorevoli.

 

L-ISTILLA TA’ ARJAN

 

Mexxej tal-qatta’ jmexxi l-affarijiet 'il quddiem

Arjan, imparzjali, ġeneruż, u pożittiv

jekk jiżżewweġ ma Libra

jinħollqu fjammi tan-nar impekkabbli;

mexxej responsabli,

li juri rispons stimulu,

affettiva …

… affabbli

… ġentili

… ġenjali

u simpatetiku!

 

IL-BIERAĦ PAJJIŻ IEĦOR

 

Bl-imħabba li tħalli impatt fuq is-snin li għaddew,

tiddefinixxi l-forma speċifika tal-ħajja,

b’aġġustamenti u regoli

biex taqbel futur

kuntrarju għall-bieraħ li spiċċa għal dejjem

għada jibqa jistenna.

 

DAQQIET TA' SIKKINA

 

Il-kburija fiżikata’ bniedem ma tibqax teżisti

It-taħbit tal-qalb tneħħew

il-passjonijiet xewqanin spiċċaw

il-ġisem tħalla mingħajr saħħa

mimdud fuq sodda

Wara li sofra daqqiet ta'sikkina meditat

Il-qattiel telaq u l-mewt waslet.

BOOK 1.bmp
bottom of page