SKOND L-IMHABBA - Taqsima 30
MORALITA TINTEN
Il-kuxjeProblema w ostrazzjoni
Moħħ bla kontrol
Mimmli B’tentazzjonijiet.
IMQAJJEM!
Kien sinjal tajjeb,
Is-simbolu li jispikka;
Dritt, wieqaf ma’ jiċċaqlaqx,
Dalwaqt jidhol fix-xibka.
NISKOPRU L-ILLUSIONIJIET
Meta nahseb fuq l-gheziez illuzjonijiet,
Nipprova nohlom ukoll;
Biex noħolom u nittama li norqod fis-sliem,
Fejn l’ghixien u l-imwiet huma sempliċi fantasija,
Xejn mhu fatt
Izda l-mohh jafferma dak li jara.
Fil-ħolm xejn mhu kkonfermat,
Ma nsib l-ebda sigil;
Ftehmijiet milħuqa sa kemm jintemmu,
Tamiet imfarrka,
Waqt ħsibijiet morra stampati quddiemi,
Minflok li ngħix fl-indafa
Nintrama fil-hama.
Il-holm jissigilaw tamiet mitlufa,
Joħolqu sentimenti foloz;
Kastelli fl-arja jiddisturba is-sensi mentali,
Ikolli nifhem kompletament,
Il-holm qed igennini;
Nipprova,
Ninforza l-uniformità tar-rejalta,
Qabel il-fantasiji jirrenduni mignun ghal-kollox.
PAGAN
Il-mitologija narha haga taz-zuffjett,
Mitologija, filosofija u aktar affarijiet imhwada,
Urini l-verita ta’hajja umana u nemmen,
Sadanittant nippreferi li ma nemmen xejn.
DOMINUS VOBISCUM
Dominus vobiscum
U nispera li mieghi wkoll
Ghax nahseb li alla nsini
Maqful go bagoll.
Dominus vobiscum
Nies bla qalb u qarrieqa
Mitlufa wara l-hajja ta’ haddiehor
Mimlijin hdura u mixtieqa.
Dominus vobiscum
Membri tal-parlament
Giddieba w egotisti
Mbasta jibilghu s-sagrament.
TAL-GHENBA L-INBID
L-ispirtu fi flixkun tal-imbid
Jimmatura biz-zmien
IsIir transformazzjoni
Vergni u frisk sa tmiem.
