MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX Taqsima 437
IL-QAMAR
Fil-hemda,
Fis-skiet tal-lejl,
Tirrenja s-saltna tal-mistrieh,
U jiena minn got-tieqa, nhares il-fuq,
Nittama li xi darba nsib il-paci,
L-istess paci li ghandek int,
Madwar il-vast spazju tal-univerz.
Inhares lejk u niftkar,
Bl-hena tas-skiet,
Fil-gmiel tal-lejl,
Is-sbuhija tad-dlamijiet,
U fl-istess hin nara lill xi hadd,
Ikisser,
Ifarrak,
U jeqred il-paci tal-lejl,
Bil-bluha,
Vjolenza, sess u ziena.
U int,
Re magnifiku, tibqa fl-univers,
Tirrenja fi skiet,
Bla ma' tista tifhem lill bniedem ta' llum,
Li mohhu biss biex jiddomina,
Bil-ksur tal-ligi.
IL-HAJJA
Itgħallem kif tgħix ħajja kompluta
il-jum dalwaqt jintemm
Hekk ukoll it-taghlim provokattiv
int u jien f’cappa demm.
L-ARLOGG
Ieqaf!
U ittektikx izjed ,
Ghax qed iwegghali rasi,
Dejjem ittektek,
Ma tieqaf qatt.
Ghaliex ittektek il-hin kollu,
B’rittmu krudili,
Minghjar waqfin?
Qed nordnalek biex tieqaf,
M’intiex sa tobdini,
F’ghox l-arlogg imdendel mal hajt.
Ghidltlek biex thallini wahdi,
Rrid dek thallini fi paci,
Sakemm jasal il-jum fatali,
U qalbi tieqaf ittektek ukoll.
AHNA u X-XITAN
Ghalqu halqkom u titkellmux,
Bnedmin insara la tiggildux,
U jekk tisimghu l-kelma msahhra,
Ibqghu kwieti u kkalmaw,
Halli lix-xitan niffaccjaw,
U mieghu naghmlu l-patt medjorku.
Madanakollu r-rebha mhiex kompluta,
Ghaliex nibqghu mkasbra,
Ghalhekk hemm bzonn li nibqghu marbuta,
Mat-twemmin ta' dan il-habib gdid,
Id-dimonju.
Insewh it-twemmin li kontu mit-twelid ipnotizzati.
Il-kobor,
Is-setgha qawwija tal-princep tad-dlamijiet,
Hija meraviljuza u sodissfanti,
U ibqghu certi li jirritorna kull meta insejhulu,
Ghax ahna ix-xjaten ta' din l-art mahmuga.
HOLM IKRAH
Il-bniedem izomm l-affexxjonijiet attivi
Il-holm li izuruh makbari u tal-genn
Illuzzjonijiet isiru cari u intensive
Jispicca maqful fil-berah mighajr kenn.
FUNDAMENTALI
Qalbi u ruhi
Mhux ikkomplikati
Ghalkemm sfortunati
Ghax skomnikati.
KEMM NIXTIEQ KELLI
Kemm nixtieq kelli setgha qalila,
sabiex neqred,
L-egojizmu li qed jintiret mill-generazzjonijiet.
Kemm nixtieq kelli setgha qawwija
sabiex inkisser u nfarrak
Id-droga fewdali kif ikollok lil-fornaturi,
li qed jeqirdu l-razza umana
Bil-mod il-mod.
Kemm nixtieq kelli li s-setgha
sabiex ninvestiga d-djar ta 'għajb
Fejn tfajliet zaghzugha qed jigu manipulati biex iwettqu ses
s ma' min ikun
Ghall flus biex ipaxxu lil siehibhom.
Kemm nixtieq kelli qalb imqita,
sabiex nfarrak,
Il-vjolenza li qed tkisser,
ic-civilta umana.
Kemm nixtieq kelli qawwa setghana,
sabiex forsi nbiddlel,
Il-mibgheda u l-ghira,
f'imhabba sinciera.
Kemm nixtieq kelli mohhi mdawwal,
sabiex nghallem,
Il-verita tal-hajja, u forsi jasal il-jum,
Li ninaqdu flimkien f-katina wahda.
Kemm nixtieq kelli s-setgha
sabiex nghaffeg il-pedofiliji kollha li jabbuzaw lit-tfal,
Iweġġgħuhom
U kultant anke joqtluhom.
Kemm nixtieq kelli s-setgha
sabiex ma nahsibx izjed dawn il-hsiebijiet morbida
Li qed jibbumbardjawli rasi.
IL-BIERAH
Il-bierah telaq u ntemm
Il-passat wahdu jinsab il-boghod
Itlaq id-dwejjaq hallihom warajk
Minghajr il-kuntentizza tibda tirtoghod.
INT MIN INT
Int min int,
Meta sa jinhaffru dawn id-dnubiet tieghi?
Int min int,
Fejn sa mmur min hawn meta ruhi tinsab minghajr imhabba?
Imma ghandi tama kbira,
Ghaliex irnexxieli nokkontrollha.
Int min int,
Int taf li ghandi hafna wgieh,
Imma inti taf sew li tlift ir-raguni.
Meta sa nehles minn dnubijiet li ghandi.
Fejn sa mmur minn hawn?
Int min int,
Tista tghidli meta r-rimors sa jhallini?
Int min int,
Fejn sejjer, kif sa nikkopri f'dan il-mewg qawwi li ninsab fih?
Ghaliex naf li f'mohhi ghandi hsibijiet hziena,
Makabri,
Illuzjonijiet sesswali, u genn alkoholiku.
Jista jkun li jiena ghami,
U ma naghrax xi hinu jidgri go fija?
Int min int,
Ghidli meta l-htija li nhoss kuljum sa thallini?
Fejn sejjer, kif sa nikkopri f'dan il-mewg qawwi li ninsab fih?
Int min int,
Tista tghidli fejn sa jwassli r-rimorz li nhoss?
Int min int,
Ghaliex hallejtni w abbandunajtni, ghaliex qed thallini nsoffri?
Inti suppost li thoss ghalina,
Inti taf li qed inbati u minti taghmel xejn,
Ghaliex?
Int min int, hallini,
Fik ma nemminx izjed, int l-istess,
Bhal l-idoli ohra, statwa tal-gebel,
Statwa tal-irham, statwa tat-tafal, statwa tal-karti,
Statwa bla demm, bla sentimenti, b'hafna wcuh,
Ghax int minti xejn, ghidli min int?
Nixtieq naf!
Int min int, hallini,
Hallini ja alla taz-zuffjett, hallini wahdi,
Hallini mmut b'unur u b'soddisfazzjon.
Wara kollox hadd mhu perfett,
X'insejhulu lil dak it-tifel li ma' jafx lil missieru?
Baghal?
Hallini bil-kwiet,
Lili hadd ma jista jghini.
Hadd.
Ghax l-unika persuna li fiha emmint,
Halitni minn din l-art,
Xi hadd hadli l-ommi,
Xi hadd cahhadli l-imhabba pura,
Imhabba sinciera,
Imhabba umana min hu r-rufjan?
IL-LAGHBA
Ir-rebbieħ jitbissem ghall mument,
it-tellief jirrabja u jilmenta
Flushom irabbu l-gwienah
il-ktieb tal-bank zvojta.
IL-MOHH
Kemm ghandu jifra l-bniedem,
Li ghandu l-mohh.
Kemm imissu jibki l-bniedem,
Li hazin juza l-mohh.
Il-mohh,
Il-fenominu tal-genju,
L-kawza tal-genn,
L-arma talqerda,
L-invenzjoni tad-disastri,
Bombi,
Armi, u drogi.
Il-htija hija tal-mohh?
Jew tal-bniedem,
Li juza din is-sistema nervuza,
Biex jeqred,
Jiddomina,
u jaffarak.
Xi htija ghandu l-mohh?
TELF TA' ZMIEN
Il-mewt mohbija
Ta' xejn nikkontemplaw,
Il-vjagg morbidu mohhli
Dalwaqt nisparrixxaw.
VERSI STRAMBI
Il-hamiem mhux ikkontrollati
id-dubbien mghadux jerda
Il-baliena tkahlet fuq ir-ramel
l-istillel fis-sema jgibu l-qerda
Il-qamar shih jitbissem
Re tas-smewwiet minghajr inkwiet
jitħabat biex l-indipendenza jirbah
mil-forza tax-xemx exawrit.
Il-klieb, il-qtates u anke l-grieden
barrat-triq jiccelebraw
Il-qalb tiegħi tilfet il-monopolju
Bhal-annimali sa nispiccaw.
Il-baħar sa jibla id-dinja
hajjiet mitlufa l’hawn u l’hinn
Id-djar imfarrka l-lukandi imkissra
intkom mejtin u anke jien.
