top of page

SKOND L-IMHABBA      -      Taqsima 32

SKJAV

 

Inhossni bhal ghasfur nittajjar mar-rih,

Nipprova nakwista liberta assoluta;

Ninheles ghal dejjem mill ktajjen imsadda,

Nitkellem ma nistax ghax halqi misdud b’carruta.

 

Fejn huwa l-helsien ta’ qalbi?

Ghaliex iz-zmien jghatini bil-harta?

Forsi ir-rimorzi li jzuruni ta’ spiss,

Mhux bizzejjed qed izommuni marbuta.

 

Inhossi mnikket u irrid nibki,

Nixtieq barmil nimla bid-dmugh;

Ghaliex mohhi mghandux tranqwilita,

U lanqas armonija mghandha r-ruh.

 

MITLUF

 

Funeral minghajr suċċess

Il-bikkejja mill-knisja sa c-cimiterju;

Il-mejjet mghadux fit-tebut

Kif jispjegaw dan il-misteru?

 

IL-FJAMMA

 

Inhares lejk waqt li bilqeghda nkun,

Nilmah il-faham jaqbad bil-mod, il mod....

.....sakemm f'huggiega sabiha narak,

Nishon, nitkebbes u bil-hsieb ma nibqax nirtghod.

 

In-nar jixghel jarmi dawl safrani,

Waqt li nibqa ccassat qisni belghani.

Ma nistax nifhem is-skiet ta' go fija,

Il-hemda msikkta liz-zjarat taghha huma spissi,

Id-dieqa mkabbra w tiddominani,

Bhal din il-fjamma, taqbad fl-akbar abbissi.

 

Il-huggiega zzid fost it-tfaqqiegh tal-faham kiesah,

U nibqa nhares lejk ghax mohhi fieragh.

Imma jien bezziegh mil-kotra,

Umli, mahbub u minhiex kburi,

Rrid nibqa umli, mahbub u bezzieghi,

Biex il-ferh u d-dwejjaq inkompli nuri.

 

Kemm nixtiq li jasal it-tmiem,

Biex f'qalbi zgur insib is-sliem.

 

DAVID u GULIJA

 

Hu raġel b'saħħtu qisu ggant,

madankollu l-personalita dubjuza;

Hija rqiqa ta’ erba piedi u zewg pulzieri,

qalba tajba u meraviljuza.

 

KUXJENZA KATTIVA

 

Fejn kont?

Ma nafx, ma nafx,

Fejn kont ma nafx.

Tistaqsiniex izjed.

Mohhi ghajjien,

Memorja mcajpra,

Hsibijiet inhawda.

 

U fejn kont ma nafx.

Fejn kont?

Ma nafx qed nghidlek,

Xi trid minni? X’ghamiltlek?

Hallini,

Mhux diga qarrejt kollox?

Fejn kont dak in-nhar?

Ma nafx!

Nsejt!

Il-memorja hallitni,

Mohhi vojt,

Waqt li qalbi ghajjiena.

 

Kemm int kattiva,

Kuxjenza ghaziza,

Ghaliex tippersisti,

Inti taf aktar minni,

Imma trid lili li nammetti.

Kuxjenza tal-abilita, nitolbok,

Kuxjenza tal-fakulta,

Tal-perċezzjoni

U tal-prudenza,

Ghatini ftit sliem u paci.

Kuxjenza li tirrifletti bejn it-tajjeb u l-hazin,

Ghaliex qed titterturani?

Fejn kont?

Kont mal-mara ta’siehbi,

F’lukandi mill-isbah,

Nitpaxxa b’gisimha,

Waqt li zewgha,

Instab mixhut fl-art,

F’gharqa ta’ demm.

 

Kuxjenza kattiva,

Xi trid izjed minni?

Hallini,

Itlaq u tergax tigi aktar go fiha,

Minghajr kuxjenza,

Nghix f’liberta assoluta,

Minghajr inkwiet u dubji.

 

SINNA HAZINA

 

B’ugieh enormi ma nistax nissaporti

Nistenna bilqeghda fuq il-patata;

Id-dentist isejjahlibi tbissima falza

Il-labra ipodermika lesta u s-sinna llupjata.

 

LEJLA XITWIJA

 

Is-sigar bla weraq imnezza',

Is-shab oskur idallam u jbezza,

Fl-lejla xitwija lkoll mkebbsa,

Madwar in-nar niehdu naghsa.

 

Ninhasdu f'daqqa wahda ghax tkarwat is-sajjetta,

F'widnejna iddamdam bhal murtal ta' festa.

 

Ix-xita thabbat mal-hgieg tat-tieqa ,

U f'qalbna nhossu niket u dieqa!

Mghottija bil-kutri biex ninsew din il-lejla xitwija,

Niprovaw norqdu minghar tbatija.

 

KUNTRAST

 

It-triq tal-oskurita,

Il-hazen mohbi b’maskra ta’ tajjeb,

Il-krudilta tinheba fid-dawl tax-xemx,

Sakemm titfacca ghal-gharrieda mishuta,

Sakemm nitwasslu f’xifer l-infern.

 

HEMDA

 

Din il-hemda kollha kwazi genninti,

fejnu l-ghajjat?

X'sar minnu l-istorbju?

In-nies saru muti u ma jiccaqalqux.

 

L-ghasafar mghadomx isaffru.

Il-klieb mhumiex jinbhu,

Il-qtates lanqas qed jinghu.

 

Ir-rih trankwil,

Ix-xita xotta,

Ix-xemx ma tahraqx.

 

Id-dlam ma jdallamx u d-dawl ma jdawwalx.

Il-hemda melankonika,

Zaritni f'daqqa wahda,

hallitni minghajr raguni, minghar skop.

 

Il-hemda ta' madwari hija hemda signifikanti

Il-kwiet sar bicca minn ruhi,

Lanqas kliem ma johrog minn halqi,

widnejja ma jisimghu xejn, ghajnejja mblokkati,

Idejja marbuta,

u riglejja stirati.

 

Kemm hi sabieha dik il-pittura mdendla mal-hajt.

 

SUCCESS

 

Azzjoni mfakkra

Ta' kuraġġ u tolleranza unikament specjali

Fuq fomm il-magguranza.

 

XIBKA UMANA

 

Ix-xibka umana, thabblet iccartet,

Ghaliex hadd mghadu kuntent;

L-ebda qalb mghandha hniena l-fidwa qarrieqa,

Waslitna f’xifer it-tmiem, tmiem li qed jistenna

Bil-pjacenzja kbira,

Bit-tbissima sarkastika b’katini msaddha

Lesta biex torbotna ghal-eternita f’widien mudlama,

Kiesha,

Fejn xejn u hadd ma jirrenja,

Hlief il-kuxjenzi mishuta,

Mitlufa f’battalja mitlufa,

Ghall dejjem ta’ dejjem,

Ghal qatt!

 

IL-QAHBA

 

Tara tippassiga,

Fi triq mudlama, mifxula,

Ghax gieha ntrema,

Fil-moghdija,

Bla tama.

 

Tieqaf,

Hekk f'salt wiehed,

Ghax lemhitu,

L-vittma taghha,

Mimli fohrija,

Bi flus mohbija.

 

Wiccha mqarras,

Hu jissokta ferhan,

Jaqbdila sorma,

Jghaffasa mieghu,

U hi mgarrfa,

B'dan l-ghemil mahmug,

U thossha mbezzgha,

Waqt li tibda titnezza,

Biex terga tinhexa,

Mhux darba jew tnejn,

Imma min qieghed jghodd?

 

Il-haxja tintem kompluta,

Bhal dejjem mitmuma,

Fi triqat jew f-appartament,

Imbasta mqarrqa,

Bit-tahwid tal-frugha,

Sakemm terga taqa' fi triq tal-bluha.

 

Min ilumha,

Jekk waqghet f'din is-sura?

Ir-rieda hija taghha,

U taghha biss

Ghaliex iddecidiet li tbiegh gisima,

Biex taqla l-flus?

 

​Tant saret popolari din il-qahba,

Li ghamlet offerta,

Ahxini darba,

U intik haxja ohra b'xejn!

X'kummerc!

 

OPINJONI

 

Vojta hija l-fehma tiegħi

Għalkemm persistenti;

Kuntenta hija mħabbti

Għalkemm imdejqa;

Marbuta huma idejja

Għalkemm meħlusa;

Imħabbla hija qalbi

Ghalkemm laxka;

Priguniera hija ruħi

Imma mehlusa;

Ghajjura huma għajnejja

Madankollu sinciera;

Perikoluza huma widnejja

Filwaqt li huma sikuri;

Gharwiena hija qalbi

Imma mhux kiesha;

Eżawrita hija l-pesisa

Għalkemm baqghet attiva;

Ta’ halqi f'fommi twilidt

Izda x'nitnejjek!

 

 

 

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page