top of page

MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX    Taqsima 3

IX-XJUHIJA

 

U ghadda z-zmien,

zmien iz-zoghzija,

is-sahha,

il-kuntentizza.

 

Ninsab mixhut wahdi,

nirrifletti,

x'ghadda min ghalija,

u demgha shuna nhossha taqbez minn fuq xfar ghajnejja,

iggelben ghal fuq hugbejja,

ghax niftakar fil-gid li kelli ma ghajri.

 

Insosstni,

lil dak iz-zaghzugh,

li mohhu biss,

biex jeqred,

ifarrak,

ikisser,

il-paci li darba kienet f'qalbi.

 

L-imhabba tieghi,

nhossha tikber,

ma kull sekonda li tghaddi minn fuqi,

ghaliex qalbi xiha,

imma mqanqla.

 

U nerga niftakar,

meta dari kont inhobb,

nixxala,

niddeverti,

niccacra,

u ninbex lix-xemx ghaddejja.

 

U issa ninsab hawn,

wahdi,

ghajjien u marid,

nirrifletti,

u nhoss ix-xjuhija,

taghfas fija,

waqt li nistenna bla pacenzja,

minn mument ghall-iehor,

li jasal dak il-waqt,

waqt,

li hadd mhu kapaci jirresisti,

mbaghad,

nintemm ghal dejjem,

ghal qatt!

 

FIDUCJA u POSSIBILITA

 

Il-fiduċja tiegħi

tista tirrifjuta l-possibbiltà​

madankollu  l-possibbiltà

tista tispjega l-fiduċja tiegħi.​

Il-fiduċja

ma tistax tippermetti l-possibilità

filwaqt li l-possibbiltà

ma taghtiex fidi biżżejjed.

 

Ninsab maqsum fi tnejn

nirrispetta l-fiducja

waqt li nirrifletti fuq il-possibilita;

insoffri,

nemmen

inbati,

jien!

 

Imbaghad jitfacca 

Id-dubju​

li jezisti ċar wisq

bħallikieku ninsab vojt​

bla inċentivi​

imbeżza minni stess

nizviluppa anzjeta kbira

sir malajr​

insir il-kreatur tal-ħażen tiegħi stess.

 

It-tajjeb

riflessjoni fuq moħqrija

bħal aħwa fl-armi

jiggieldu fit-triq kollha.

HOLM IKRAH

 

Il-bniedem izomm l-affexxjonijiet attivi

Il-holm li izuruh makbari u tal-genn

Illuzzjonijiet isiru cari u intensive

Jispicca maqful fil-berah mighajr kenn.

 

FUNDAMENTALI

 

Qalbi u ruhi

Mhux ikkomplikati

Ghalkemm sfortunati

Ghax skomnikati.

 

KEMM NIXTIEQ KELLI

 

Kemm nixtieq kelli setgha qalila,

sabiex neqred,

L-egojizmu li qed jintiret mill-generazzjonijiet.

 

Kemm nixtieq kelli setgha qawwija

sabiex inkisser u nfarrak

Id-droga fewdali kif ikollok lil-fornaturi,

li qed jeqirdu l-razza umana

Bil-mod il-mod.

 

Kemm nixtieq kelli li s-setgha

sabiex ninvestiga d-djar ta 'għajb

Fejn tfajliet zaghzugha qed jigu manipulati biex iwettqu ses

s ma' min ikun

Ghall flus biex ipaxxu lil siehibhom.

 

Kemm nixtieq kelli qalb imqita,

sabiex nfarrak,

Il-vjolenza li qed tkisser,

ic-civilta umana.

 

Kemm nixtieq kelli qawwa setghana,

sabiex forsi nbiddlel,

Il-mibgheda u l-ghira,

f'imhabba sinciera.

 

Kemm nixtieq kelli mohhi mdawwal,

sabiex nghallem,

Il-verita tal-hajja, u forsi jasal il-jum,

Li ninaqdu flimkien f-katina wahda.

 

Kemm nixtieq kelli s-setgha

sabiex nghaffeg il-pedofiliji kollha li jabbuzaw lit-tfal,

Iweġġgħuhom

U kultant anke joqtluhom.

 

Kemm nixtieq kelli s-setgha

sabiex ma nahsibx izjed dawn il-hsiebijiet morbida

Li qed jibbumbardjawli rasi.

IL-BIERAH

 

Il-bierah telaq u ntemm

Il-passat wahdu jinsab il-boghod

Itlaq id-dwejjaq hallihom warajk

Minghajr il-kuntentizza tibda tirtoghod.

 

INT MIN INT

 

Int min int,

Meta sa jinhaffru dawn id-dnubiet tieghi?

Int min int,

Fejn sa mmur min hawn meta ruhi tinsab minghajr imhabba?

Imma ghandi tama kbira,

Ghaliex irnexxieli nokkontrollha.

 

Int min int,

Int taf li ghandi hafna wgieh,

Imma inti taf sew li tlift ir-raguni.

 

Meta sa nehles minn dnubijiet li ghandi.

Fejn sa mmur minn hawn?

 

Int min int,

Tista tghidli meta r-rimors sa jhallini?

 

Int min int,

Fejn sejjer, kif sa nikkopri f'dan il-mewg qawwi li ninsab fih?

 

Ghaliex naf li f'mohhi ghandi hsibijiet hziena,

Makabri,

Illuzjonijiet sesswali, u genn alkoholiku.

 

Jista jkun li jiena ghami,

U ma naghrax xi hinu jidgri go fija?

 

Int min int,

Ghidli meta l-htija li nhoss kuljum sa thallini?

Fejn sejjer, kif sa nikkopri f'dan il-mewg qawwi li ninsab fih?

 

Int min int,

Tista tghidli fejn sa jwassli r-rimorz li nhoss?

 

Int min int,

 

Ghaliex hallejtni w abbandunajtni, ghaliex qed thallini nsoffri?

 

Inti suppost li thoss ghalina,

Inti taf li qed inbati u minti taghmel xejn,

Ghaliex?

 

Int min int, hallini,

Fik ma nemminx izjed, int l-istess,

Bhal l-idoli ohra, statwa tal-gebel,

Statwa tal-irham, statwa tat-tafal, statwa tal-karti,

Statwa bla demm, bla sentimenti, b'hafna wcuh,

Ghax int minti xejn, ghidli min int?

Nixtieq naf!

Int min int, hallini,

Hallini ja alla taz-zuffjett, hallini wahdi,

Hallini mmut b'unur u b'soddisfazzjon.

 

Wara kollox hadd mhu perfett,

X'insejhulu lil dak it-tifel li ma' jafx lil missieru?

Baghal?

Hallini bil-kwiet,

Lili hadd ma jista jghini.

Hadd.

 

Ghax l-unika persuna li fiha emmint,

Halitni minn din l-art,

Xi hadd hadli l-ommi,

Xi hadd cahhadli l-imhabba pura,

Imhabba sinciera,

Imhabba umana min hu r-rufjan?

 

IL-MOHH

 

Kemm ghandu jifra l-bniedem,

Li ghandu l-mohh.

Kemm imissu jibki l-bniedem,

Li hazin juza l-mohh.

 

Il-mohh,

Il-fenominu tal-genju,

L-kawza tal-genn,

L-arma talqerda,

L-invenzjoni tad-disastri,

Bombi,

Armi, u drogi.

 

Il-htija hija tal-mohh?

 

Jew tal-bniedem,

Li juza din is-sistema nervuza,

Biex jeqred,

Jiddomina,

u jaffarak.

 

Xi htija ghandu l-mohh?

 

TELF TA' ZMIEN

 

Il-mewt mohbija

Ta' xejn nikkontemplaw,

Il-vjagg morbidu mohhli

Dalwaqt nisparrixxaw.

 

VERSI STRAMBI

 

Il-hamiem mhux ikkontrollati

id-dubbien mghadux jerda

Il-baliena tkahlet fuq ir-ramel

l-istillel fis-sema jgibu l-qerda

Il-qamar shih jitbissem

Re tas-smewwiet minghajr inkwiet

jitħabat biex l-indipendenza jirbah

mil-forza tax-xemx exawrit.

 

Il-klieb, il-qtates u anke l-grieden

barrat-triq jiccelebraw

Il-qalb tiegħi tilfet il-monopolju

Bhal-annimali sa nispiccaw.

 

Il-baħar sa jibla id-dinja

hajjiet mitlufa l’hawn u l’hinn

Id-djar imfarrka l-lukandi imkissra

intkom mejtin u anke jien.

 

TERRIMOT

 

Ir-roghda li nhoss go fiha,

Tfakkarni f’muntanja go krakatoa fi lvant ta’ java.

Ir-roghda nhossha taghlaqli l-vini,

Sakemm tispicca fil-bokka ta’ halqi,

l-kliem li johrog minn halqi

Bil-kemm jinftiehem.

 

Bir-roghda qawwija li nhoss,

u bl-ecitament qawwi,

Li jikonflitti mal-vibrazzjonijiet ta’gismi,

nibda nixxengel l’hemm u l’hawn,

Minghajr nintebah,

li qed nitkaxxar,

Bil-mod il-mod….. ……

Lejn il mewt ghaziza.

 

OMMI

 

Hares lejja ommi sabieha,

m'intiex tarani taht ghajnek?

Gejt inzurek ghax inhobbok,

ma nixbax inhares lejk.

 

Inti ommi ghax wellidtni,

kemm batejt u kemm sofrejt,

ugigh ta' mertu, ugiegh glorjuz,

ugigh li ntesa meta lili ghollejt.

 

Li nsejjah ma nhossni kburi,

ghax bhalek ma nsib imkien,

inti gawhra, djamant prezzjuz,

int l-isbah perla ta kul zmien.

 

Dan il-kliem ktibtu minn qalbi,

nkompli nikteb ma nieqafx,

ghaliex thobbni mamma tieghi,

hlief lili donnok ma tafx?

Thobbni dejjem sakem tmut,

jien l-istess ma nichdek qatt,

tnejn flimkien f'imhabba wahda,

dan ghalina l-akbar patt.

 

HSIBIJIET

 

Hsibijiet mudlama jiddominaw il-mohh;

Wieri,

Imhawwad u mfixkel.

 

Hsibijiet kontinwi, jinfluwenzaw il-mohh;

Dubjuz,

Ghajjien u anzjuz.

 

Hsibijiet msahhra,

Iheggu il-mohh, kurjuz,

Qarrieq

U nkejjuz.

 

Hsibijiet mejta,

ta' mohh b'mitt elf sinjali.

jirriflettu,

Jjdderegu

t-tajjeb u l-hazin.

 

Hsibijiet intelletwali, sesswali,

medjokri u foloz

iheggu lil qalb ghajjiena

mnn hajja konfuza.

 

F'XIFER IL-MEWT

 

Hawn hekk ninsab midfun

F’din it-toqba makabra

wahdi

fi dlam cappa

minghajr inkwiet

Bi tranquita mizjun.

 

Ruhi….

……Tistenna

B’ pjacenzja kbira

il-gustizzaja….

……Tistenna ghal ftit ta’ ferh li kien nieqes waqt li kont haj 

……Tistenna s-salvazzjoni.

 

Hawn hekk ninsab jien…..

….wahdi

Fejn hekk ridt wara kollox,

kienet l-akbar xewqa

Xewqa ewlenija.

 

Fejn ma nista nweggha…..

…..lil hadd,

Lanqas lili nffsi.

MEMORJI

 

Kull sekonda li tghaddi niftakar fik

Kull minuta li nghix ma nistax ninsik;

Meta lmahtek l-ewwel darba kont tifla ckejkna

Illum mara, omm u bis-sbuhija bqajt imzejna.

 

Dik il-harsa li tajtni minn taht in-nuccali

Kienet harsa msahhra, misterjuza u specjali.

Kif nisma lehnek qalbi tisserrah

Mill-boghod, ma narakx imma nitferrah.

 

Habbejtek meta kont tifla,

Bqajt inhobbok meta sirt mara

Habbejtek meta nfriddna,

Bqajt inhobbok hafna snien wara.

 

Narak imkabbra fi hdan zewgek u uliedek

Nirrispeta l-fatt li ta’xulxin id-destin ma ridniex

Izda qatt ma ninsa meta ergajt ilqajt mieghek

L-akbar zball, akbar milli mhabbti thaltet ma tieghek.

OMMI MEJTA (1)

 

Immaġina ma bilgheda jien u int hdejn xulxin,

Fil-memorji, fl-uġigħ, fit-tbatija u fl-agunija;

Int ommi ta ' kull żmien jien insir il-ħolma tiegħek

Int il-fantasija tiegħi minghajr stmerrija.

 

IL-PRIGUNIER

 

Qafluh biex ipatti htijietu kollha,

Ghax kiser il-ligi tal-moralita';

Bhal gurdien maqful go nassa,

Minghajr helsien, minghajr liberta.

 

TAL-PEPE L-HANINI

 

Eyes of il-hanini,

Tear drops jinxterdu,

Minn dawk l-eyes tal-kristal,

Because both of us waqajna fid-dnub,

U issa ma nafux what we are missing.

 

Soon I’ll return fi hdanek,

Tahfirli b’dik l-imhabba you have for me,

Ghaliex dnubitna is not that great,

Imma int and with your seducing eyes,

Alla jahfrilna and will set us free.

 

Pure eyes tal-hanini,

Looking at me deeply b’dawk ghajnjejk setghana,

Ghajnejn zoroq digging into my heart,

Mugghuha,

Mnikkta because qalbi is shattered,

 

Broken,

Shall we stick together hanini ghal dejjem ferhana?

 

LEST u KUNTENT

 

Qawwili mohhi bi kliem sabih,

Serrahli qalbi agħtiha l-mistrieh.

Ferh li johodni l-boghod mil-inkwiet,

Fejn noqghod tranquil, nitpaxxa fis-skiet.

 

Nersaq' lejn id-dawl bi tbissima rebbieh,

U d-dlam li soffrejt nghatih l-akbar gieh.

Il-battalja mirbuha ghal dejjem kuntent,

Nista nibda hajja gdida sod ikun il-pedament.

 

Il-hofra lesta sabiex ghal dejjem nistrieh,

Il-vojt tal-ispazju kemm sa ngawdieh.

PASSIGATA

 

Imħabbti marret passigata

Wara li tilfet it-tentazzjoni

Minflok sabet qalb miksura

Fraġli minghajr soluzzjoni.

 

Imħabbtek marret miexja

Tfittex l-qlub qawwija

Minflok sabet qalbi

Mimlija bl-istemrrija.

 

Imħabbitna stahbiet,

Il-mibgheda gabitni fl-inkwiet..

 

ALKOHOLIKU

 

Atmosfera mxajtna,

Mimlija foga tas-sigaretti,

Bozoz b'kuluri mill-isbah,

Jinxteghlu w jintfew,

 

Waqt li nisma,

Storbju u ghajjat,

Kulhadd ferhan........

B'dan il-genn!

U jien ninsab maghhom,

B'tazza mimlija xorb,

Tazza wara tazza,

U nibqa nixrob,

Tazza wara tazza,

Sakemm ix-xorb jiddominali mohhi,

U waqt li nibda nixxengel l'hawn u l'hinn,

Sturdut u mhawwad,

 

Nispicca setghan,

F'infern alkoholiku!

 

OMMI MEJTA (2)

 

Omm mejta fejn qeghda tinheba?

Ninsab anzjuz hafna bla sigurta,

Ghidli fejn qeghda sabiex fi hdanek inkun

B’hekk ix-xewqa, w il-holm isiru rejalta.

MEWT GHAL-KULHADD

 

Giebu s-suldati lura

Abolixxu l-gwerra setghana hajja għal-kulħadd

Il-qlub kollha bezghana.

 

X'JISWA?

 

X'jiswa li jkollok but liri,

galadarba m'intiex kuntent?

Il-ferh w l-paci jileminaw l-lussu;

Kif ukoll il-kappricci u d-divertiment.

 

X'jiswa li tipprova thobb in-nisa,

Galadarba diga maqghud f'rabta soda?

L-imhabba sinciera teghleb kull ostaklu,

Anke meta minn martek titbieghed.

 

X'jiswa li tikkundanna ghemil haddiehor,

Galadarba ghemilek huwa kkundannat?

Tobghod lil ghajrek u tghakkas lil fqir,

Taqseb li qed tghix hieni u ffortunat?

 

 X'jiswa li nintrabtu mal-hajja taghna,

Galadarba jrid jasal il-jum it-tmiem,

Il-boghod johduna x'imkien fid-dlam,

Wahedna maqfula minghajr sliem.

 

FILOSOFIJA LI QED TIRRENDINI MIGNUN

 

Il-fondazzjoni tal kull aspett morali

Minghajr dubju hija l-imhabba

Biex napprezzaw il-verita fundementali

L-impuritajiet ta’ qalbna ma jibghux imtabba.

 

Is-serenita mentali m’hiex f’xi kaxxa tax-xorti

U lanqas ma tinsab ghal-bejh f’xi hanut

Jekk nippruvaw insibu l-ferh fil-flus jew fil-poter

Nispiccaw imdejqa u bi tbissim batut.

 

Is-sigriet tal-ferh t’issa u tal-futur

Dalwaqt jiddependi kif nizvillupaw

Il-paci f’mohna il-kuntentizza tigi bil-benevolenza

U mhux b-atmosfera mbezza u setghana.

 

Qalb twajba u emozzjonijiet pjacevoli

Imhabba ghal-girien huma ta’ mportanza kbira

Is-simpatija ghalkemm neccessarja wkoll

Hija emozzjoni simbolika u hdjen l-mhabba fqira.

IL-MENTI

 

Qalbi maghfusa mohhi ghajjien

Il-psikologija tiddomina matul iz-zmien.

 

HOLM

 

Ghaliex?

Ghaliex dawn il-vizjonijiet? Ghalfejn?

Ghalfejn dawn il-grajjiet? Forsi l-kuzjenza?

Ir-rimors?

Il-htija?

Ir-riżentiment?

 

Id-dispjacir li hassejt....

Jew il-melankonija li kaxkart mieghi dawn is-snin kollha?

 

Il-holm.....

Il-kruha tal-grajjiet li nara meta nkun rieqed,

L'gharaq kiesah,

Jinzel ma gismi kollu,

Nitqalleb l'hemm u l'hawn,

Sakemm indur u ninstabat ma' l-art.

 

Inqum sturdut u imhawwad.

Ghaliex?

Ghaliex dawn il-vizjonijiet?

Halluni holm bikri,

Irrid norqod,

Nistrieh.

 

Nista nistrieh?

Nimtedd fil-paci?

Forsi fis-sliem?

 

 Fil-barka................

....................................ta' lejl sabieh?

 

MEWT TA’ POETA

 

Il-moħħ zvojta l-pinna xxottat

Ebda kliem ta' konfort mhux joħorġ minn ħalqi

Il-poeta jien

 

Neghreq fil frustrazzjoni ewlieni.

Emozzjonijiet staġnati

B’nixfa estrema tal-kliem

Mitluf in fethet ix-xampanja

Bżieżaq jittajru bilmod.

 

Celebrazzjoni fuq mewt tal-poeta…Jien

Nixorbu u niżfnu

Il-versi spiccaw

Ir-rima ssaddet

Il-kompozizzjoni marret il-bahar

Indifnu s-suġġetti kontroversjali.

 

Il-poeta…Jien,

Mejjet ghajtu l-qarrejja;

Waqt li dahqu dahqa sfurzata.

 

TWEMMIN QARRIEQI

 

Hekk ridt nemmen,

F'hajja mhawhda ghal dejjem,

Hajja mimlija hazen,

Minghajr ma nara s-sbuhija.

 

Izda nara l-kruha tax-xjaten,

Jigru madwari u jidhlu go fija,

U magghom nitkebbes,

Ghax lili jpaxxu b'ghemilhom,

 

Waqt li nibda niggennen,

Nidhaq dahq imqanzah,

Nizfen iz-zifna tal-mewt,

Imlibsa f'gisem umana.

 

Minghajr xaqq ta' tama,

Nibda nitrema fil-hama,

Mitluf u mweggha,

Hadd ma jaghrafni, izjed!

 

U nintebah,

Li hajti waslet fit-tmiem,

Hajja qasira,

Hajja meqruda, hajja morbida,

Sakemm ninqered,

U nintemm imnitten!

 

POLITIKA

 

Gvernijiet perikoluzi issodisfaw

Lill ftit bil-gherq

Jargumettaw

Fuq ix-xejn jakwistaw

Il-voti bis-serq.

 

IL-GENS TA' GENSI

 

Hiemda....

Is-siegha bikirija tal-lejl bhal qalbi...

Hiemda minn imhabba vera siekta ghall kollox

Imwarrba mis-sewwa imkissra

Imfarrka meqruda;

Imma le....

....mhiex ghajjura,

Ghaz qalbi vojta.

 

In-nuqqas ta' gibda umana

Inhossha tumiljani

Mhux mal-kotra lanqas mal-gens

Izda mad-destin

Li jzommni qawwi u shih.

 

Imma x'jien nghid?

Forsi taghkom qed niehdu jien?

Mhux maghkom nghix

Taht sema wiehed

F'dinja mhawda imhassra

Imtertqa

Mghafga?

 

SFUMATURI TA' DLAMIJIET

 

Dawl tal-ħajja mitfija

Dlam deher kullimkien

Il-katavru kiesah

Idejh marbuta

Mewta anormali.

 

Fi dlam cappa.

Wiċċ bla wiċċ,

Cass minghajr kulur

Il-libertà haditha f’sorma

Is-silenzju jissaltna

Kompletament klemenza bla mahfra.

 

Taħt l-art

Għal dejjem ta’dejjem

Jew mahruq ghall-qatt

It-tajjeb u l- hażen jevolvu mar-ruħ

Xejn ma’ jista jsalva l-gisem tal-bniedem

Lest ghad-difna

Jew ghall kremazzjoni

 

MEWTA SABIHA

 

Merhba ghal-mewt sabieha

sa zzurni minghaj dewmin

qed nhaddana u nbusha

 

QALBI VOJTA

 

Hiemda......

Is-siegha bikrija ta' bil-lejl,

Bhal qalbi.

Hiemda minn imhabba pura,

Siekta ghall kollox,

Imwarba minn kulhadd,

Imkissra,

Mfarrka,

Meqruda,

 

Imma le,

Qalbi mhiex ghajjura,

Ghaliex qalbi vojta.

In-nuqqas tal-gidba umana,

Nhossha tumiljani,

Mhux biss mal-kotra,

Jew ma gensi,

Izda minn alla wkoll.

 

Imma x'jiena nghid?

Forsi qed niehu l-htija taghkom?

Mhux bhalkom qed nghix,

Taht sema wiehed,

F'dinja wahda,

Imhassra,

Imtertqa,

U mghafga?

 

FDALIJIET IMKISSRA

 

Il-fdalijiet ta’ hajja mkissra,

kif niftakarha jien,

M’huma xejn hlief ramel u zrar.

 

Il ftit bicciet li niftakar,

Minhiex kburi,

U lest li nikxifhom quddiem kulhadd.

 

Imma x’hinu l-pont,

Li nikteb dwar il-fdalijiet ta’ hajti jekk ma nispjegax?

Jien minhiex ragel bla respett,

Minghajr kunxjenza,

kattiv jew makak.

 

Jien minhiex kesahlu,

ghal kuntrarju,

Jien zammejt ruhi wahdi hafna,

Minbarra meta kont nipproduci u nidderigi drammi snin ilu,

dan ifisser li kelli niltaqgha ma’ hafna nies.

 

Din kienet il-kawza tar-rovina tieghi.

Meta tafda ruhek ma kulhadd,

Ftit minnhom jipprofittaw mill genorisita li toffri,

u meta ma tistax toffrilhom aktar innejjtivi,

jibghatuk tiehdu f’ghox kemm ghandek.

 

U dan kien l-izball tieghi ghax fdajt lil ghajri.

Issa ninsab imdawwar b’hafna bicciet u fdalijiet,

Li pprodecit hajt mibni madwar dawk

l-isfortunati li jghixu mieghi,

li gibt b’idejja huma fil-fatt minghajr tiswija u tilfu l-kontrol!

 

Fil-fatt nahseb li qed nitlef ftit il-boxla.

Jekk ma tlifthomx ghal kollox diga!

Il-fdalijiet tar-rovina u d-disasstru.

 

IL-QAMAR

 

Fil-hemda,

Fis-skiet tal-lejl,

Tirrenja s-saltna tal-mistrieh,

U jiena minn got-tieqa, nhares il-fuq,

Nittama li xi darba nsib il-paci,

L-istess paci li ghandek int,

Madwar il-vast spazju tal-univerz.

 

Inhares lejk u niftkar,

Bl-hena tas-skiet,

Fil-gmiel tal-lejl,

Is-sbuhija tad-dlamijiet,

U fl-istess hin nara lill xi hadd,

Ikisser,

Ifarrak,

U jeqred il-paci tal-lejl,

Bil-bluha,

Vjolenza, sess u ziena.

 

U int,

Re magnifiku, tibqa fl-univers,

Tirrenja fi skiet,

Bla ma' tista tifhem lill bniedem ta' llum,

Li mohhu biss biex jiddomina,

Bil-ksur tal-ligi.

 

L-ARLOGG

 

Ieqaf!

U ittektikx izjed ,

Ghax qed iwegghali rasi,

Dejjem ittektek,

Ma tieqaf qatt.

 

Ghaliex ittektek il-hin kollu,

B’rittmu krudili,

Minghjar waqfin?

 

Qed nordnalek biex tieqaf,

M’intiex sa tobdini,

F’ghox l-arlogg imdendel mal hajt.

Ghidltlek biex thallini wahdi,

Rrid dek thallini fi paci,

Sakemm jasal il-jum fatali,

U qalbi tieqaf ittektek ukoll.

 

 

 

bottom of page