top of page

MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX    Taqsima 36

SFUMATURI TA' DLAMIJIET

 

Dawl tal-ħajja mitfija

Dlam deher kullimkien

Il-katavru kiesah

Idejh marbuta

Mewta anormali.

 

Fi dlam cappa.

Wiċċ bla wiċċ,

Cass minghajr kulur

Il-libertà haditha f’sorma

Is-silenzju jissaltna

Kompletament klemenza bla mahfra.

 

Taħt l-art

Għal dejjem ta’dejjem

Jew mahruq ghall-qatt

It-tajjeb u l- hażen jevolvu mar-ruħ

Xejn ma’ jista jsalva l-gisem tal-bniedem

Lest ghad-difna

Jew ghall kremazzjoni

 

MEWTA SABIHA

 

Merhba ghal-mewt sabieha

sa zzurni minghaj dewmin

qed nhaddana u nbusha

 

QALBI VOJTA

 

Hiemda......

Is-siegha bikrija ta' bil-lejl,

Bhal qalbi.

Hiemda minn imhabba pura,

Siekta ghall kollox,

Imwarba minn kulhadd,

Imkissra,

Mfarrka,

Meqruda,

Imma le,

Qalbi mhiex ghajjura,

Ghaliex qalbi vojta.

In-nuqqas tal-gidba umana,

Nhossha tumiljani,

Mhux biss mal-kotra,

Jew ma gensi,

Izda minn alla wkoll.

Imma x'jiena nghid?

Forsi qed niehu l-htija taghkom?

Mhux bhalkom qed nghix,

Taht sema wiehed,

F'dinja wahda,

Imhassra,

Imtertqa,

U mghafga?

 

FDALIJIET IMKISSRA

 

Il-fdalijiet ta’ hajja mkissra,

kif niftakarha jien,

M’huma xejn hlief ramel u zrar.

 

Il ftit bicciet li niftakar,

Minhiex kburi,

U lest li nikxifhom quddiem kulhadd.

 

Imma x’hinu l-pont,

Li nikteb dwar il-fdalijiet ta’ hajti jekk ma nispjegax?

Jien minhiex ragel bla respett,

Minghajr kunxjenza,

kattiv jew makak.

 

Jien minhiex kesahlu,

ghal kuntrarju,

Jien zammejt ruhi wahdi hafna,

Minbarra meta kont nipproduci u nidderigi drammi snin ilu,

dan ifisser li kelli niltaqgha ma’ hafna nies.

 

Din kienet il-kawza tar-rovina tieghi.

Meta tafda ruhek ma kulhadd,

Ftit minnhom jipprofittaw mill genorisita li toffri,

u meta ma tistax toffrilhom aktar innejjtivi,

jibghatuk tiehdu f’ghox kemm ghandek.

 

U dan kien l-izball tieghi ghax fdajt lil ghajri.

Issa ninsab imdawwar b’hafna bicciet u fdalijiet,

Li pprodecit hajt mibni madwar dawk

l-isfortunati li jghixu mieghi,

li gibt b’idejja huma fil-fatt minghajr tiswija u tilfu l-kontrol!

 

Fil-fatt nahseb li qed nitlef ftit il-boxla.

Jekk ma tlifthomx ghal kollox diga!

Il-fdalijiet tar-rovina u d-disasstru.

 

L-ISPIRTU TA’ MALTA

 

Taghna l-ispirtu

Il-poplu generuzMalti

Jimmatura

Bil-kburija ta’ qlup ferhana

Qawwija u shah

Wara l-hruxija tal-gwerra

Li ghamlitna aktar kuragguzi

U setghana.

 

 

 

 

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page