SKOND L-IMHABBA - Taqsima 31
DEMGHA TQATRET
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
T-tifel ckejken kollu demm taht il-bankina;
L-karozza ma waqfietx ghal ghajnuna,
S-sewwieq qattiel daqslikieku qatel b’sikkina.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Delitt ta’ tarbija tizviluppa fi guf ommha;
Minghajr kuxjenza minghar rimorz,
Bex mal girien ma tiehux il-fama.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Meta l-politikanti hadulna l-liberta;
Sabiex jiddominaw kif ukoll jabbuzaw,
Minghajr rispett bl-ebda moralita.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Il-fjuri friski fuq il-qabar tpoggew;
L-missier twajjeb hadem u intemm,
Qlub uliedu imnikkta ghax bih tpaxxew.
Demgha shuna tqatret min ghajnejja,
Meta niftakar kemm zbalji rrepetejt;
Farrak l-imhabba kissirt ir-rispett,
Demgha kiesha tqatret, kemm soffrejt.
INJORANZA
Dar mingħajr kotba,
L-akbar minn dnub venjali
Nuqqas ta’ intelligenza,
Edukazzjoni banali
IMWIELDA MILL-GDID
F’’daqqa wahda Adolfu Hitler rega qed jghix,
Hussain, Bin Laden, u Gaddafi, sa nibda nirthod;
Biex jiddominaw il-poplu li minnhom kien heles
L-amerikani lesti, gwerra ohra mhux fil-boghod.
DIREZZJONI
Hudni x’imkien fejn insib il-paci,
Wassalni qawwi u shih fi hdan l-imhabba;
Aghtini l-kuragg biex ngħannaq is-sincerita.
Fejn huwa l-post tal-qalb maghtuba?
Urini l-post fejn l-onesta tinsab mistohbija,
Hudni l-boghod minn din il-gegwigija..
Riglejja wasluni fi triq imharbta,
ghajnejja urewni l-hajja kefrija,
Widnejja semmawli l-biki tal-innocent,
Ilsieni talab biex tintemm il-hruxija.
Hudni lejn qabri ghall mistrieh minghajr tama,
Wassalni qawwi u shih taht l-irhama.
IL-KCINA MALTIJA
Timpana, minestra u ravjul,
Pastizz, pizza u l-qassata;
Minestra, brodu jew aljotta,
Kusksu bil-ful jew kawlata.
Dundjan, tigiega jew haruf,
Canga il-forn jew insalata;
Dan l-ikel kollu nista nofrilek,
Ma ninsewx l-famuza fenkata.
Wara ikla tajba u nutrimenti,
Bix-xampanja ghal-kumplimenti;
Haxja tajba biex torqod mistrieh,
Jekk tinsab wahdek mur gerrieh.
GIDEB
Ghixien falz
Il-kelma mar-rih ittir
Mingħajr sodisfazzjon
Il-giddieb ghomru ghasir.
GRAJJIET
Tikk..tikk...
U l-hin ghaddej,
Jikkommetti grajja wara grajja,
Grajjiet sbieh u grajjiet koroh,
Li joholqu kiefra l-hajja.
Tikk..tikk...
U l-hin jibqa ghaddej,
B'ritmu mghaggel ma jistenna lil hadd,
Min jistenna w min jithenna,
L-anzjieta tidher fuq kulhadd.
Tikk..tikk...
U l-hin jibqa ghaddej kontinwu,
Nistennew terrorizmu jew terremoti,
F'isem ir-religjon u f'isem alla,
U jinxtered hafna demm innocenti.
Tikk..tikk...
U l-hin ghadda ma jistenna l-hadd,
Jikkommetti grajja wara grajja,
Li hasbuni, marduni u gennewni,
U ghadhom jigru warajja!
HAFNA KLIEM
Hafna kliem fil-vojt,
Dan l-ahhar hafna xorb loghob u nisa
L-hin jghaddi ma jistenna l’hadd
Minghajr mahfra u b'hafna biza.
Hafna kliem jghaddi minn fommi,
Kliem li jirrifletti anzjeta;
Kliem mimli irritazzjoni,
Hafna kliem minghajr serjeta.
Hafna kliem nghid kull darba li norqod,
Kliem li jibqa msakkar f’holma sinciera,
Kliem li jistabbilixxi thassib kbir
Kliem li jiswa aktar minn harsa bicciera.
Izda meta nsoffri inkubi koroh,
Holm ikrah hafna imma trivjali;
Gharaq ikrah johrog minn go fija,
Avolja huwa holm oridnarju jew banali.
DECIZJONI TA' DISPJACIR
Suspettuz minn dak li għamel
Konxji jistenna ir-rizultat;
Antiċipazzjoni ħerqana
Sa jispicca llamtat.
MEA CULPA MAXIMA
Nakkuża lili nnifsi ndirettament,
Sinjal ta' htijiti mingħajr privileġġ;
Gustifikazzjoni minghajr logika,
Dnub wiehed tas-sagrilegg.
U QALBI?
Ix-xemx tahraq nhar,
Is-sema mudlama,
Ir-rih qawwi u shun,
qalbi tittama.
L-ghasafar ghajjiena,
Il-klieb imbikkija;
Il-qtates maghluba,
Qalbi mwissija.
Il-mara tiggerra gharwiena,
Ir-ragel jilghabhom fis-sakra;
It-tfal bil-guh u mahmugin,
Qalbi mfarrka.
Il-patri kontra l-adulterju,
Waqt li jahxi l-mara tas-sagristan;
Bil-kopp jigborlu l-flus tal-midimbin,
Imsejkna qalbi hbieb tax-xitan.
Fejn hija l-kuntentizza?
X’sar minnha l-onesta?
Kif thawdet l-imhabba sinciera,
U qalbi mnikkta tipprotesta.
Qalbi sabet it-triq ewlenija,
Triq twila u perikoluza;
Li sa twassilni f’idejn il-mewt,
Bi bxara sabiha w misterjuza.
MINSI
Hafna snin ili midfun minghajr mistrieh,
Minsi minn kulhadd f’dan id-dlam perpetwu,
minghajr gisem,
Emozzjonijiet,
U rejazzjoniiet.
Hafna snin ili midfun minghajr mistrieh,
Injorat,
F’toqba kiesha imma komda,
Injorat,
Minn barra l-grieden,
Li ta’ spiss izuruni.
Hafna snin ili midfun minghajr armonija,
F’hofra go art kiesha,
Mghottija b’haxix hazin,
minghajr rikonċiljazzjoni,
kompromess,
Jew soluzzjoni.
Il-mahbuba,
L-unika persuna li tigi zzurni,
Tpoggi bukkett fjuri ,
U l-fwieha tal-gilju,
Tinfed l-art sakemm din it-toqba,
Timtela b’aroma qawwija ,
Li taghtini qawmien mill-gidid,
rivitalizzazzjoni komplita.
Imma l-mahbuba,
Ma tafx x’hinu ghaddej minni,
hawn taht,
Minsi minn kulhadd.
SULDATI
Suldati godda jammiraw il-gwerra,
Fl-ewwel battalja ta' ħajjithom;
Gwerriera mingħajr esperjenza,
Il-qabar silenzjuz jistenhihom.
