
Poeżiji u Riflessjonijiet
Poeżiji u Riflessjonijiet

Drittijiet tal-awtur © Alfred Vassallo
L-ewwel pubblikazzjoni fl-2026
Id-drittijiet kollha riżervati. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjoni ma tista' tiġi riprodotta, maħżuna f'sistema ta' rkupru, trażmessa, kollha kemm hi jew parzjalment, b'xi mezz, elettroniku, mekkaniku, fotokopjar jew mod ieħor, mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-awtur.
SENSAZZJONI MELANKONIKA
Taqsima 2
L-AFFARIJA PLATONIKA
Kont niżfen,
iż-żifna tal-ħajja,
żewġ passi mill-estasi,
tliet passi għall-miżerja.
Li tkun ħieles mix-xewqa fiżika,
li tħobb lil xi ħadd b'qalbek kollha,
mingħajr ma tweġġa' lil ħadd ieħor,
hija kawża mingħajr ħsara u gġustifikata?
F'dinja ideali,
li tħobb lil xi ħadd b'qalbek kollha
u tispiċċaw fis-sodda flimkien;
mhux dejjem każ ta' dubji.
L-imħabba hija pura u nadifa (kultant),
hija ħielsa minn tebgħa u tinġis morali.
Huwa mod idealistiku,
li jkollok ftehim reċiproku ma’-martek/zewgek,
li tibda tħoss imħabba fiżika għal persuna oħra,
se tkun kważi tanġibbli lil hinn mill-koxjenza,
jew forsi wkoll apprensjoni diretta.
Il-kelma platonika hija derivata minn Platu;
persuna ferm aktar superjuri intellettwalment minni.
Min jien biex nikkritika lil dan il-ġenju?
Għandi l-preżunzjoni li ngħid jew niddikjara li ma nistax naqbel miegħu?
Minhiex se niżfen aktar.
minflok,
inħalli l-ħajja tizfen għalija.
Wara kollox, jien ħloqt il-Bolero Platoniku!
IS-SILENZJU TAL-VUĊI
Il-leħen ġewwa fija
kliem ta’ nuqqas ta’ twemmin meta npespua;
Għaliex ħafna kliem jieħu l-ħajja.
Dak li naħseb dwar l-għixien
nippreżumi wkoll dwar il-mewt;
Min jien biex niggudika daqshekk?
Ridt inkun waħdi,
iżolat bħal sħaba ewlenija
mimlija sbuħija imma mgħedda bi sħab koroh jigru warajha,
li timmarka difetti tal-inżul u tlugħ tax-xemx ta’ go fija.
Naħseb li naf kollox
waqt li smajt għajta siekta.
il-baħar jsejjaħ, il-mewġ
bħad-dell tat-tlugħ tax-xemx,
niżila bil-mod
u b’għajnejja, nara, u ninduna li tlift tant opportunijiet.
Fis-skiet ta’mewg qawwi,
ir-ritorn bħal dell li jitfa’ seħer,
jittrasformani fibrama,
mwaħħla fuq ir-ramel niexfa,
u tinxtewa fix-xemx tikwi.
Hemm ħsejjes strambi fis-skiet li nħoss
qatt ma stennejt li se ninstab waħdi …
madankollu jien
inwerzaq kelma waħda......Ġustizzja …
waqt li dak is-skiet…
…is-skiet
…ir-reticenza
għandhom uċuħ ta’ affarijiet li ġejjin,
evidentament foloz.
Inħoss imħabba li tant trażżin.
inħoss mistħija f’qalbi.
Mitlufa,
imma qatt ma kont mitluf.....
Madankollu hemm xi ħaga fis-skiet…
li fl-istennija ta’ moħħi nixtieq insib vuċi sublimi.
UĠIGĦ PERSISTENTI
Ferita fil-fond tal-qalb
tbati minn dwejjaq persistenti
m'hemm l-ebda mistħija li tikkummenta dwar il-miżerja,
li tinstema' ssejjaħ lil ferħ għal-kura.
Il-widnejn huma torox l-ebda ħoss ma jisimgħu,
l-għajnejn mgħottija ma' jaraw xejn,
imma huwa tard wisq;
il-ħsara diga kienet saret.
Uġigħ ta' mħabba sostinuta,
uġigħ ta' wegħdiet foloz,
agoniji mifruxa bħal butir fuq ħobż mixwi,
u l-ħajja tkompli......u tkompli għaddejja......
Ma kienx tort tiegħi -
- l-uġigħ persistenti tal-qalb rabatni bi ktajjen msadda!
f'għalqa mferrxa b’demel b'mod profiċjenti ta' riħa naturali,
taħt il-kwiekeb itepteptu,
f'lejl mingħajr qamar,
fid-dlam ċappa,
fis-solitudni
u fil-misteri fejn ħajti tkompli......u tkompli taħxini...…
BIEX INBAĦĦAR FUQ L-ARKA TA’ NOÈ
Se nfittex it-trankwillità.
Se nsib il-vapur qabel ma jitlaq.
Fejn se nfittex?
Lejn l-Arka ta’ Noè f’nofs l-orizzont, ngħum,
mgħaġġel u aktar malajr,
se nitla’ s-slielem tal-ħabel
se ningħaqad ma’ħajja ta’ dinja tal-annimali.......
Il-kelb u l-kelba jinbħu lejja,
ixejjru denbhom bil-ferħ
intaptap il-klieb fuq rashom
waqt li jilagħquni kullimkien!
Il-qattus moħħu biex jaqbez fuq il-qattusa,
Li qed tgħajjat bl-uġigħ sesswali;
Nara......
Iva qed natura sseħħ quddiem għajnejja.
Ixxukkjat u konfuż
hekk kif l-iljunfant jipprova jitla fuq ħabittu.
Il-barri mimdud fuq dahru,
il-baqra qed titma’ l-għoġġiela tagħha,
m’hemmx ħin biex tixrob il-ħalib ħsibt jien;
Naf li l-għeneb tad-divinità se jaqta’ l-għatx,
waqt li se nkun fis-sakra, infittex il-mogħża.
B’qalb li titlef it-taħbit tagħha,
il-pulmuni jwaqqfuni milli nieħu n-nifs......
......għal ftit żmien biss.
Iż-żiemel,
il-debba,
il-ħmir
jieklu t-tiben imxarrab.
Ix-xita għadha nieżla,
madanakollu għadni bil-għatx,
hekk kif l-għasafar u n-naħal jagħmlu infushom magħrufa.
L-art u l-baħar isiru ħaġa waħda
id-dinja ntilfet għad-delfini,
hekk kif il-klieb il-baħar jigdmu d-dgħajsa,
dari issa hija vojta,
il-familja m’għadħiex ferħana.
Kemm hu diffiċli li tkun tajjeb f’din issitwazzjoni
kemm hu faċli li tistmerer kollox.
Hija ħasra kbira li ma gibtx miegħi ġakketta tas-salvataġġ.
ANĠELIĊI
Anġli u Kerubini,
kullimkien;
l-Arkanġli,
jinnotaw kollowx minn fuq is-sħab;
il-Qaddisin kollha,
jingħaqdu magħhom;
Jien ħarist lejn is-sema, u tpaxxejt.
Waqt li l’Anġli bdew iħarsu lejja;
Il-Kerubini,
ikantaw bil-ferħ kif ukoll l-Arkanġli,
jaċċertaw ruħhom li kollox isir bi prudenza;
waqt li l-Qaddisin,
jippreparaw għal erwieħ oħra.
ĦSIBIJIET JSUSSURRAW
Ħsibijiet jitħawdu f’rasi,
jimmanipulaw ix-xewqat kollha li huma mejta;
ipespsu kontinwament mingħajr ħjiel ta’ mistrieħ,
jkissruli l-memorji dgħajfa.
Ħsibijiet jidħlu u jisseduċu moħħi ,
Diżorjentat bla heda f’konfużjoni mdawra.
IL-QATTUSA U JIEN
(Miktuba mill-perspettiva ta’ Qattus)
Hija ċkejkna,
hija delikata wkoll,
torqod miegħi
ħafna iljieli sħaħ;
Dan mhuwiex inkonvenjent,
huwa naturalment b’saħħtu w affaxxinanti,
għax għandu jsaħħaħ it-tgħammir tagħna.
Il-qattusa selvaġġa,
feroċi wisq,
Meta ma’ tkunx domestikata ma torqodx miegħi,
Għalhekk niġi mqarraq, mingħajr daqsxejn.
GĦAL DEJJEM FLIMKIEN
Inħares lejn sema bla sħab tas-sajf,
ix-xemx tfaqqa’ b’raġġi radjanti,
bilqiegħda ħdejn il-baħar,
inħossni blu,
fejn jien u hi nqattgħu ħafna sigħat flimkien,
meta l-hena ħakem qlubna,
wegħdin li nibqgħu flimkien,
għal dejjem.
Ma kellux ikun,
il-kanċer ħadha minni,
imma mhux għal żmien twil,
il-baħar se jeħodni wkoll,
waqt li nistenna......
li l-kosta tiċċara,
se negħreq
biex inkun magħha
għal dejjem,
għal darb’oħra.
TMIEM TA’ SAJF
Is-Sajf spiċċa malajr,
fl-aħħar se nitgħallem li x-Xitwa invinċibbli,
tagħtini dmugħ ta’ ferħ,
l-aħħar xita tas-sajf inxterdet għalxejn,
L-emozzjoni li tinfed ix-xita
Mhux kulħadd japprezza,
ix-xita tinżel bil-mod kultant
u kultant ix-xita tkun torrenzjali,
lix-xita hija privileġġ,
tnaddaf il-ħmieg li inħallu warajna.
L-arja kiesħa tiffriska qalbi,
bħala l-armonija tal-Ħarifa,
segwita mis-sema bla kulur,
li ġġib it-tmiem ta’ Sajf sħun,
li timla qalbi bin-niket,
tpoġġini f’burdata kattiva u loġika.
Taħkem lil ġismi,
tqarraq ruħi,
taħkem il-miġja tax-Xitwa,
is-sħana tan-nar,
tiġbor memorji ta’ niket,
u konfessjonijiet sbieħ.
FIS-SEĦER TAD-DLAM
(HAIBUN)
Jekk temminx fil-fatati jiddependi għalkollox mill-perspettiva tiegħek. Ma nistax nikkummenta dwar it-twemmin tiegħek jew inwieġeb xi mistoqsijiet.
Fi żminijiet moderni, meta sfortunatament ngħixu fid-dlam tal-kriminalità, l-imġieba umana kollha hija esposta. Madankollu, xorta teżisti xi tjubija, il-ħażen, li huwa etern, u għadu jeżisti minn żminijiet antiki.
Id-dlam tal-mejtin, fuq xifer id-dannazzjoni eterna, dejjem jistenna ċans biex ikaxkarna 'l isfel fin-naħa mudlama tal-ħajja. IMMA, hemm naħa mudlama oħra li għadha qed tikber.
Ma tiftakrux ilkoll fejn tikber id-dlam il-biċċa l-kbira tal-ħin?
Tikber mal-qlub ċiniċi tagħna. Kultant il-moħħ jaqbad id-dlam ta’ dawn il-mumenti sopranaturali; jekk il-moħħ joħloqhom, iridu jkunu midfuna hemm ukoll.
minkejja n-nuqqas ta’ twemmin
mill-fatati, ħafna jibżgħu
jien nibża’ biss mill-bnedmin
ASTENZJONI
B’wegħda soda, żammejt ir-riżoluzzjoni
wara li bqajt astinenti għal żmien twil;
nammetti li ma nħoss uġigħ u lanqas aġitazzjoni,
għandi nkun grat li ma sofrejt l-ebda konsegwenzi.
Nittama li nibqa’ nastjeni mill-alkoħol
u d-determinazzjoni tiegħi ma tiddgħajjifx.
KOR TAD-DMUGĦ
Hekk kif qed titlaq mill-ħajja,
dipress u mimli dispjaċir,
mur,
itlaq,
aħrab,
sparixxi minn din id-dinja ntollerabbli,
abbandunata w injorata min żmien antikwat.
Mejta l-eżistenza tagħna,
mur,
itlaq,
aħrab,
sparixxi mill-ħajja kkundizzjonata,
għajjat b’leħen għoli kemm jista jkun,
biex id-destin mhux se jiċħdek.
Kori tad-dmugħ,
għajtu lejn il-miżerja,
għajtu,
għax kull ma tisimgħu hija l-verità mibgħuta mil-infern.
Agħtu lil ruħkom kritika tal-ogħla;
ibku,
kori tad-dmugħ,
għajtu lejn il-miżerja,
għajtu b’leħen għoli ghax l-abissi qed jistenna…….
Kulħadd ikkundannati!
Merħba!
il-melankolija qed tistenna
mejtien f’dan il-jum mudlam,
intom ilkoll, (il-bnedmin) u jien ukoll.
Gejna ikkundannati għal dejjem,
f’isem il-ġustizzja,
il-verità tal-ħajjitkom,
Huwa tard wisq biex riskaw moħħkom.
Merħba!
Il-melankolija tilqagħkom,
mejtin f'dan il-jum mudlam,
għajtu b’leħen għoli ghax l-abissi qed jistenna…….
morru,
itilqu,
aħarbu,
irtiraw mill-ħajja kkundizzjonata,
kori tad-dmugħ,
għajtu lejn il-miżerja,
għajtu b’leħen għoli ghax l-abissi qed jistennewna…….
BRUTALITÀ
Inħares,
b'apprensjoni,
ġrajjiet li jiġru,
kollha f'daqqa,
biżżejjed biex jimirduni.
L-istat brutali,
suldati fil-gwerra,
l-qtil fl-Ukrajna,
l-inkwiet fil-Palestina,
il-kuraġġ jiddomina,
L-innocenti maqtula mill-gwerer maħluqa
mingħajr ġustifikazzjoni,
l-aċċelerazzjoni brutali,
bla ħniena,
inumana,
tal-bombi suwiċidali,
qtil krudili ta' innoċenti,
ommijiei, missierijiet u tfal.
Il-qtil feroċi,
Tfiċċija ta' nisa u tfal mitlufa,
minn imħuħ morda ta' qattiela serjali,
l-inumanità li nisimgħu kuljum,
tal-ġrajjiet fl-istati Afrikani.
Għaliex dawn il-mexxejja jezistu?,
Għaliex ukoll dawn id-dittaturi u qattiela?
Għaliex jitħallew iwettqu atroċitajiet bħal dawn?
Fejn hu l-alla tagħkom?
BĦAL PASSAT HUWA L-FUTUR
Fil-passat, kont influwenzat minn uġigħ ta’ qalb,
waqajt fl-inċertezza u l-biża’ bla moħħ;
illum, l-anzjani u l-għorrief ma jsibux wisq differenza
kulljum insib ruħi mdejjaq għalhekk ninsab attent ħafna.
Il-passat u l-preżent jikkomunikaw ma' xulxin,
huma inseparabbli,
zewg anomoli mingħajr kuxjenza.
IL-QATTUS, IN-NAĦLA, U L-ĠERU
Il-qattus kurjuż qabeż fuq siġra,
b’rabja jipprova jaqbad n-naħla;
in-naħla taret f’titjira vortiċi,
mimlija konfużjoni u biża’.
Il-qattus baqa’ jipperswadija,
in-naħla f’daqqa waħda taret il-fuq wisq,
il-qattus qata’ qalbu,
taħt is-sgra jinbaħ bħal annimal that attakk, kien ġeru;
il-qattus diżappuntat resaq lejn il-ġeru,
Il-kelb għamel wiċċ imdejjaq.
Il-qattus gietu l-ħniena u mtett fl-art
biex jittanta lill-qattus -
- il-geru gidimlu dembu u telaq jigri lejn ommu.
TFAL
Ħudni lejn it-tfal li għad iridu jitwieldu,
biex nipproteġihom mid-dwejjaq tal-futur.
Ħudni len it-tfal li qegħdin fil-ġuf ta’ ommhom,
biex nurihom il-qabar lussuż li diga tħaffer.
Ittrasferixxini lejn it-tfal li għadhom mhumiex konċeputi,
biex neqred l-isperma, u mil-pedofilji se jkunu meħlusa.
Ħudni lejn it-tfal,
li se jħixu fil-faqar;
Ħudni mabiex ma jigux ikkundannati.
Ħudni issa lejn dawn l-innoċenti,
biex inwissihom dwar ġenituri abbużivi.
Urini t-tfal kuntenti,
kuntenti li se jitwieldu f’dinja mperfetta,
Li diġà jinsabu diżappuntati anke jekk għadhom f’guf ommhom.
Ibqgħu fejn intom uliedna fil-ġuf,
u zgur tiffjorixxu daqs l-isbaħ fjuri.
DGĦAJFIEN
Il-battalji tal-ħajja....ġġielduhom u rebħu
hekk kif il-mibegħda b’ras iebsa tisħet l-imħabba mrażżna,
il-fidi mħawda
għax l-ebda influwenza ma nbidlet.
Dgħufija fuq l-assi
saħħa mhux fid-domanda
resqin 'l quddiem lejn l-estinzjoni
hekk kif il-kundanna tistenna b'makakkerija.
Titlob għal kawżi mitlufa
in-natura umana mhix
mimlija dubji,
qatt ma tiġi trattata tajjeb,
minnufiħ iċċedi.
Il-ħażin jonqsu t-togħma gdida
ħallin iħares lejn il-ħajja mingħajrsustanza,
bl-ebda grazzja
bl-ebda moralità
nieqsa u mingħajr rebħa mill-imħabba.
NIDĦAK U NIBKI
Nipprova naħbi l-emozzjonijiet, imma nistax,
huwa diffiċli għax wiċċi juri kollox;
nidħak xi kultant u nibki ħafna,
imma nevita t-taqbid tal-għawċ għax kollox jista’ jiġri xejn.
Kemm niket rajt fis-snin twal,
tbatija hija terapija għall-uġigħ li nħoss;
x’ħajja stramba qed ngħix
filwaqt li bil-lejl, nibża’ ukoll minn demmi.
Nidħak xi kultant u nibki ħafna
qalbi trawmatizzata marbuta f’għoqda ssikkata!
MELANKOLINA MĊAJPRA
L-imħabba hija sħaba,
imdendla b’ ħajta,
tħares lejha,
għal-tul ta’ żmien,
nistenna li tevapora;
forsi llum,
forsi diga seħħet il-bieraħ,
jew probabli għada.
Din is-sħaba tfaċċjat zmien ilu;
għadha hemm mdendla,
u se tibqa’ hemm sakemm nintemm.
M’hemm l-ebda sinjal tal-fidda f’din is-sħaba tiegħi,
hija msadda u mudlama,
tappartjeni għall-infern.
Il-bieraħ, twelidt,
illum, ġejt demoralizzat,
għada, se mmut iddisprat .
Is-sħaba tad-dipressjoni,
tibqa tiddendel ma’ ħajti,
toħodni mingħajr eżitazzjoni lejn il-manikomju
IX-XNIGĦAT KIENU ĠUSTI L-ĦIN KOLLU
Ix-xnigħat kienu gusti li jien sirt alkoħoliku ħafna snin ilu
kont qed inqarraq lili nnifsi billi ħbejt il-verità
ma naf li l-abjad huwa abjad u l-iswed huwa iswed.
Kont insibha iktar imbarazzanti kieku ssottomettejtx
nisħet lil xi nies li ixandru xnigħat foloz;
ipokrita, għax ż-żmien tal-giddieb huwa qasir ħafna.
Neħħejt il-maskra falza malajr u b’sodisffazzjon,
stajħt ftit, iżda naf li l-verità hija sodisfaċenti.
RIŻULTAT MAKABRU U KURAĠĠUŻ
(HAIBUN)
Għal kull individwu, hemm appuntament importanti, u meta jasal, ħadd ma jista’ la jittardjaħ għal mument u lanqas javvanzaħ. Madankollu, hemm għażla dwar il-metodu tat-tluq, imma qabel irid ikun hemm dikjarazzjoni.
"Jiena se nobdi l-modi tal-antenati tiegħi u nittama li jagħtuni dak li nixtieq, u nwiegħed li nkun leali lejhom. Ħadd ma jista’ jikkanċella din id-decizzjoni ħlief jien jew xi ħadd aktar importanti minni. Jekk nikser din il-wegħda, se jkolli nbati il-konsegwenzi."
L-antenati issa mejta, u d-dlam jgħammar fihom. Se jiggwidaw lil dawk il-kkukkli lejn il-verità? Se ddawwal il-moħħ il-verità l-aktar meħtieġa?
fil-punt tal-mewt
patt l-aktar mhux tas-soltu
li qatt ma sar qabel
FUQ IX-XIFER TAL-FUTUR
Waqt li kont qed nistenna' avveniment importanti
ittamajt li ma jkollix raġuni biex nilmenta!
Jekk moħħi u qalbi jitwieldu mill-ġdid,
b’ħajja ġdida w ezemplari,
biex ngħix normali mingħajr għawċ;
id-destin ta’ futur qalbieni,
Ma’ jispiċċax fil-vojt.
VERITÀ WAĦDA BISS
Qegħdu bilqiegħda fuq siġġijiet skomdi,
kienu kalmi u rilassati kompletament,
ma naħsibx li kienu mdejqin dak il-lejl,
ma kienx hemm traċċa ta’ rabja, jew ansjetà.
Kulma gaħmlu ħarsu fil-vojt fi lejn is-saqaf;
zgur li qatt mhu se jinsew is-silenzju ta’ madwarhom;
wiċċhom baqa’ jħares lejn is-saqaf imċajpar,
madankollu kienu jafu li ma kienx hemm maħfra għalihom.
F’din il-ħajja tinsab verità u gidba waħda biss,
min dejjem riedu jkunu eżentati,
dejjem riedu li jkollhom eċċezzjonijiet,
waqt li ħbew l-inganni kollha.
Din kienet is-sistema sigurata tagħhom
li kienet tezisti għalihom biss,
żgur li rrealizzaw li kellhom iġorru l-ħtija,
għa-ħsara kkawżata bill ħmieġ li ħolqu.
Kienu jafu li ma jistgħux jinħafru,
mhux għall-affarijiet krudili li għamlu fil-passat,
aċċettaw li kellhom jinħelsu minn dnubiethom,
qabel ma tintemm ħajjithom u tibda oħra.
Qatt ma fehmu x’kienet tfisser li tghix ħajja tajba,
kienu egoisti, u narċisisti
il-ħtija tagħhom hija estrema u tal-biża’,
ma fehmux li kienet tezisti verità u gidba waħda biss.
BASS TAL-ĠERUSALEMM
Ħaxixa tal-għeruq li tikber taħt il-ħamrija
qaqoċċ ta’ Ġerusalemm pjanta botanika
magħmula f’soppa sustanzjuza u sukkulenti
imma hija wkoll influwenza tal-flatulenza
MILL GURNATA SAL-LEJL
Tgħallimt dwar l-imħabba fil-Ħarifa,
kont għadni żgħir, ħerqan u mqareb,
sibt tifla tenera u ħelwa,
l-aspettattivi kont lest li nilqaħom.
L-armonija kienet tinsab qalbi,
b’togħma kbira li kienet il-kontroparti tiegħi.
Minn dakinhar 'il quddiem, qatt ma kont kuntent,
ġismi u ħajti bil-libido ġew supplimentati,
is-snin ħorox mxew 'il quddiem bl-għaġla,
isiru mkissra u mingħajr destin.
Sakemm smajt il-leħen tal-moralità,
li tesponi t-twemmin fir-realtà.
Id-dinjiti daret ta’ taħt fuq,
bil-mod żgur kont se nara leħħa ta' dawl,
eku, leħen imbiegħed, tinstema' mwarrba,
tipprova twissini dwar il-ħin moħli li garrabt.
Iżda l-paċi f'ruħi kienet 'il bogħod ħafna,
qalbi ħadet it-triq ta' libertin.
Ix-xjuħija daħlet f’kull rokna sewda,
l-anġlu tal-mewt kien l-attur ewlieni,
ġew is-sinjali misħuta, it-twissijiet detestabbli,
b-uġigħ qawwi fit-tħabbira tal-isfortuni tiegħi.
It-tromba nstemat iddoqq l-aħħar melodija
ħajti ċediet mingħajr aneddoti sordidi.
IMĦABBA
Drba kien hemm mara li nħabbet
jalla x-xorti tagħha tkun awspiċjuża;
bit-tama li l-ossessjoni ma tidħolx f’qalbha
għax mhux raġel perfett imma suspettuż ħafna!
Punt ta’ vista ta’ relazzjoni romantika
uġigħ moħbi u mhux realizzat jibda jitfaċċa;
Jinħass dubju u eżitazzjoni għal estremi kbar
fl-aħħar, l-maħbuba ssir taf il-verita.
ATTI MIDINBA
Luċifru waqa’ min grazzja
meta sfida lil Alla
is-saħta tad-dinja waqgħet fuq kulħadd
Mammona jidħol fuqna b’veloċità kbira,
jinfluwenza l-imħuħ n
il-gid tad-dinja misħuta bir-regħba.
Asmodew, demonju orribli,
makkak u nġust
ibiddel l-imħabba f’xewqa sesswali
Levjatan sultan tal-għira,
li juza kunfuzjoni,
turbolenza u freneżija.
Beelzebub - is-Sid tad-Dubbien,
vizzju tal-ġuħ
il-glutonnija ma’ tissodisfax.
Satana beża’ mit-triq pura t’Alla
sar avversarju',
U sultan tal-korla.
Belphegor jattira l-għażż,
jikkundannana bid-dwejjaq kbar
nuqqas ta’ emozzjoni jew entużjażmu.
TIRI TIRI TANNA
Irrispetta l-umanità, speċjalment wara xi kunflitti,
għax il-paċi hija aktar kumplessa mill-qlubija.
Oqtol il-mibegħda sakemm tispiċċa l-għira,
tħallix qalbek tiġi affettwata mill-frenżija.
Aħxi sat-tmiem tal-fantasija tiegħek;
ladarba mejjet, tistenniex nekromanzija.
Bews u għanniq sat-tmiem tal-imħabba;
ħalli qalbek tkun safja bħal ħamiema.
Gawdi lilek innifsek sat-tmiem tal-ħajja,
kemm jekk int soru, prostituta, jew mara miżżewġa.
Apprezza li tkun eterosesswali jew omosesswali;
din issa hija r-regola tat-triq moderna.
Ammira l-ħsieb li tkun mejjet dalwaqt;
kemm jekk fil-genna jew fl-infern se tħallas id-dividend.
Tistenniex it-tmiem tal-ġudizzju għax diga tinstab mejjet
xi wħud ikkastigat oħrajn trijonfanti.
Imdejqin sal-aħħar ta’ żmien,
imdgħajfin u mħassarin mill-kriminalità.
RIVERBERAZZJONIJIET JIĠU U JMORRU
Gismi imqanqal mit-tħabbit u l-uġigħ,
jidwi f’kull widna kull darba li nokrob.
Il-passat huwa pajjiż ieħor b’għixien differenti,
iżda l-ekujiet iddominaw moħħi maqbud f’erba’ rkejjen.
Il-bqija tiegħi tinsab f’kenn tal-kura
emozzjonijiet kullimkien hawn u hemm.
Għandi salib li ngorr kullimkien tqil bil-ħtija,
hekk kif għadda ż-żmien, l-ekujiet iweġġgħuli qalbi.
Meta se jieqfu dawn l-ekujiet darba għal dejjem?
Minhiex bniedem bhal ħaddiehor inħoss u nweġġa?
IL-QATTUS FUQ IS-SUFAN
Jerfa’ siequ x-xellugija
il-briegħed ġegħluħ iħokk.
isir okkupati b’ħafna rabja,
li ma ġiex sprejjat kien kawaza tal-ħakk kollu.
B’widnejħ imwaqqfin u attent,
l-attakk tal-briegħed ma setax jevitah;
ma kellux ħin biex imur barra,
minflok għamel l-awrina fuq is-sufan.
Issa qiegħed f’akbar inkwiet,
għax l-bużżieqa faqqet;
kif se jispjega lil sidu fuq il-bewla,
ma setax iżomm il-bewla.
Sidu se jkun rrabjat u se jċanfru,
mhux hekk biss imma probabli jikkastigaħ;
qed jittama li ma jitkeċċiex il-barra
Inkella se jqatta’ l-aħħar jiem f’miżerja kbira.

