
Poeżiji u Riflessjonijiet
Poeżiji u Riflessjonijiet

Drittijiet tal-awtur © Alfred Vassallo
L-ewwel pubblikazzjoni fl-2026
Id-drittijiet kollha riżervati. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjoni ma tista' tiġi riprodotta, maħżuna f'sistema ta' rkupru, trażmessa, kollha kemm hi jew parzjalment, b'xi mezz, elettroniku, mekkaniku, fotokopjar jew mod ieħor, mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-awtur.
SENSAZZJONI MELANKONIKA
Taqsima 3
L-GĦASFUR TA’ ĦAJJA QASIRA
Id-dell tal-għasfur żifen fis-sema blu.
ladarba jkun hemm sigurtà fuq fergħa, se tkun;
dan l-imsejken ħarab mill-balal immirati minn xkubbetta
azzjoni krudili ta’ qtil direttament għas-sodisfazzjon tal-kaċċatur.
Min-niket ta’ għasfur mejjet issa mimdud fuq art bestiali
għana bla ton mingħajr ma jsaffar aktar;
filgħodijiet ta’ ferħ mill-għanja ħelwa tal-pettirossu
pjaċir f’ġurnata tax-xitwa, bit-tama li jibqa’ ħaj għal żmien twil.
RAĠEL IRRABBJAT
Meta l-affarijiet ma jmorrux sew,
mal-kuxjenza tiegħi, niġġieled.
Ir-rabja tgħallili l-moħħ;
marti tmur tinħeba fil-kamra tal-banju.
Nerfa’ idi u nagħti daqqa ta’ ponn fuq il-ħajt,
inwaqqa’ kull inkwatru.
ir-rabja hija kbira wisq;
imbagħad nibda nidgħi daqs baħri fis-sakra.
Meta niddisturba lill-ġirien,
ma jitolbunix favuri.
Bl-imġieba kerha u vjolenti il-għaddejja … …
… …iċemplu lill-pulizija għall-protezzjoni.
Nara d-dwal blu fuq il-karozzi tal-pulizzija joqorbu,
smajt l-uġigħ, in-niket, u r-rabja tas-sireni
bil-bastuni u l-manetti lesti għall-użu,
jidħlu f’dari jisimgħu t-tgħajjir oxxen tiegħi.
Imrażżan u meħud l-għassa,
arrestat u msakkar f’cella bħal ta’ għasfur.
Dan huwa jum fil-ħajja li jintemm b'mod drammatiku,
il-jum ġeneralment jibda tajjeb imma jispiċċa b'mod frenetiku.
Mhux għaqli li tgħaddi din il-ġrajja ta' kuljum;
hija azzjoni dgħajfa, irrazzjonali u mingħajr bilanċ.
F'din il-ħajja tipika ta' kuljum
ta' bniedem irrabjat meta jitlef ir-raguni.
IMQARRAQ
titjira f’riħ qawwi
l-ajkla tgħodos f’baħar imqalleb
il-ħuta ħarbet
ĦAJJA TAL-ĦAJJIN
Hemm riħa ta’ premonizzjoni kerha fostna
li tippenetra fil-fond wisq iżda hija superfluwa;
filwaqt li l-arja tiċċara u titwieled ħajja oħra
Haga żgura li se mmutu ferrieħa jew imdejqa.
Inħossu t-taħbit ta’ qlub numerużi ,
kliem imniżżel ta’ mħabba prestiġjuża;
il-mużika qawwija dwiet u ħolqot paradoss mhux mistennija
hekk kif il-mewġ feroċi u tal-biża’ jħħabat mal-blat aħrax.
Il-korteo profan wasal fiċ-ċimiterju
ħadd ma beka għal dan il-merċenarju mdemmi;
is-sema sploda u xerridna bis-silġ
ippruvajna nsibu kenn, iżda ma rnexxilniex.
IL-ĦOSS DIVIN TAL-ARPA
Hekk kif is-siġar tal-larinġ bdew jiddu taħt ir-raġġi tax-xemx
il-ħoss tal-arpa nstema’ bi grazzja.
Smajt il-melodiji sbieħ b’konċentrazzjoni,
ħarist lejn is-sbuħija tar-ritratti naturali meħuda b’attenzjoni.
B’ferħ, l-arpa daqqet flimkien mal-ghasfur ckejken,
f’dak il-ħin ħassejtni imqanql, mimli rimors u biki.
Hekk kif is-siġar u l-art kienu mgħottija bis-silġ,
il-ħoss melodiku tal-arpa ferraħ l-għelieqi.
Hekk kif l-arpa toħloq mewġa melodija perfetta …
… meta tindaqq f’dinja ta’ ħolm, estasi w ewforija.
EŻALTAZZJONI
pillola waħda,
roża jew blu
tibgħatni fl-aktar abbiss grotesk
dlam penetrat isegwini madwari
waqt bl-ewforija nilħaq is-sema.
ILSNA
Minn ilsien li jiddikjara x’nista’ nkun,
protett mit-tqassis li jista’ jagħmilli l-ħsara;
nibża’ x’effett tikseb bil-kelma diskussa,
nittama li ħadd ma jemmen dawn ix-xnigħat.
Minn mibegħda sfaċċata l-ħsara biss tista’ tirnexxi,
għax dak li jingħad jispiċċa f’għemil inferjur;
l-imħabba flagranti tipprova ittaffi l-azzjoni ħazina,
l-għażliet li tagħmel huma d-dgħajfin u mingħajr sustanza.
L’ilsien qatt mhu se jagħti mħabba b'mod sinċier,
il-fidi mhi xejn u tista' biss tħawwad l-imħuħ;
it-tamiet huma ddiżappuntati u jisfumaw,
il-ħeġġa tibda tagħmel ħsara fuq il-kuxhenzja wkoll.
Ma rridx li l’ilsien jimmuta minħabba ċerti l-azzjonijiet,
biss biex jaħdem b'reazzjonijiet ta' mħabba sinċiera;
l-ispirtu ta’ kelma huja qawwija, u jekk ikkontrollata,
jien, se ninjora l-ilsien ta’ bla mistħija.
GĦALL-ĦAJJA MALL ĦAJJA
Nisma' kanzunetta li ma tferraħnix,
għax riġlejja jibdew jitriegħdu b'awrina li tisplodi.
spiss nisma' r-radju għax inħobb ir-radjudrammi
imma kultant iddawdruni bħallikieku għandi fażi mestrwali.
Nosserva mill-qrib dawk ir-rivisti pornografiċi.
inħossni li rrid nilgħab bix-bix-xeni li nara.
Inħokk ras nipprova nfittex b'mod intens ieħor
Waqt li nistaqsi x’hinu l-punt ta’ dan kollu.
Kollox ċeda hemm bzonn ta’ rixa,
Jew inkella hemm bżonn ta' Viagra.
XITWA
L-imhabba tikber fl-aktar staġun kiesaħ;
li tammira x-xitwa mhuwiex tradiment.
Xita, silġ u borra;
spettaklu meraviljuż.
Is-solstizju tax-xitwa
dawl tal-inġustizzja.
Xitwa ta' skuntentizza,
dawk bla dar fit-turment.
Ma tantx instabu insetti
kollha midfuna taħt l-art.
Merħliet ta' nagħaġ jieklu l-ħaxix
ir-rgħajja jirtogħdu bil-bard
Qanfud fi rqad tal-ibernazzjoni
volpijiet bil-ġuħ ifittxu an-nagħaġ.
Xitwa trijonfanti adorata
maltemp igib il-bard u d-dwejjaq.
KRISANTEMI
ringieli tal-krisantemi
xejn m’għandu x'jaqsam mal-imhabba
il-fjuri diga huma prodiġjużi
ONESTÀ MHUHIEX ISMI
Imħabti hija ġentili, imma bija nbati wisq,
u l’onestà m'għadhiex parti min ismi,
għandi raġuni tajba, minhiex żbaljat.
Xnigħat foloz min halq ta’ volpi u li ppretendit li kienet kelba;
għal darb'oħra tkelmet, uriet snienha fid-djalogu tagħhha.
L’onestà m'għadhiex parti min ismi, qarrieqa aktar probabbli;
qalbi salvatni u naddfet ix-xnigħat b'mod brillanti.
Ftit biss jammettu li huma alkoħoliċi,
u dak li ammettejt huwa tassew;
ftit jammettu l-infedeltà lejn l-imsieħba tagħhom,
b'dispjaċir kbir ammettejt dan ukoll.
L’onestà m'għadhiex parti min ismi,
għandi raġuni tajba, minhiex żbaljat.
għax jien dgħajjef meta nkun f’sensija
imma minghajr rażan meta nixrob il-ġurnata kollha.
L’onestà tiegħi sfumat;
għalinqas naf li hekk jaħsbu n-nies fuqi,
jistennew li naqbeż f’tajn fond u negħreq.
L’onestà m'għadhiex parti min ismi,
għandi raġuni tajba, minhiex żbaljat.
bid-difetti u l-vizzji kollha kelli ngħix
L'individwi jvarjaw fl-opinjonijiet u jkollhom argumenti ta’ spiss
ħaġa waħda li għandhom jagħmlu jxxommu taħt idejhom.
L’onestà m'għadhiex parti min ismi,
għandi raġuni tajba, minhiex żbaljat.
naf li se niġi umiljat u mmortifikat mill-ġdid,
imma f’ħajti nappartjeni kollox
GĦAL MUMENT QASIR
Wieqaf f’kantuniera fejn ir-riħ kien jonfoħ bla mistrieħ
waqt li x-xemx kienet tiddi jb'determinazzjoni kbira;
il-lejla minn fuq il-veranda ngawdi l-arja friska,
fl-istess ħin nara wkoll raġel iħaddan lit-tfajla tiegħu
kont ċert li kienet qed tibki;
stajt nisma’ leħnu jikkonsola.
Ħarist lejn din il-mara li tant inħobb
li kienet bilqiegħda faċċata tiegħi;
tbissmet b’prudenza,
u stajt nara biss għajnejna vojta.
Tbissimt u qomt bilwieqfa
rajt dawl f’nofs il-baħar,
hsibt kemm ikun pjaċevoli
kieku din il-mara kienet qed tbaħħar miegħi.
Dawk iljieli fuq ilmijiet kalmi,
kompletament rilassat u ħieles,
il-ferħ ikun eċċellenti hekk kif immissu l-ilma bil-pali t’idejna,
mingħajr problemi ta’ xejn.
Imbagħad ħassejt uġigħ tal-memorji
hekk kif il-mużika kienet għadha ddoqq,
u indbaht bil-verità ta’ kollox;
kont ninsab waħdi fuq il-veranda,
naf din il-mara li tant ħabbejt kienet mejta,
u nfexxejt f’bikja nsopportabbli.
ĦSIBIJIET MISĦUTA
Il-qerda ta' moħħi hija qrib ħafna,
it-tamiet jibqgħu, sfortunatament, huma għalxejn,
misħuta l-kuxjenza tal-irkupru,
qatt ma nerġa' nagħti tbissima?
Ma nafx jekk ngħati tbissima oħra,
id-demonji jġegħluni nittama
dawk il-ġranet inadegwati qed jerġgħu lura
m'għandi l-ebda raġuni biex nixxennaq.
Il-futur tat-tama tar mar-riħ malajr,
mingħajr ma jikkonsolani,
f'daqqa waħda niġġarraf
niddgħajjef,
kważi mingħajr nifs!
Il-qerda ta' moħħi hija qrib ħafna,
se niffaċċja b’kuragg kbit u mingħajr biza.
RISPETT
Irrispetta lil kull bniedem
u kulħadd jirrispettak lura;
Jekk tirrispetta lilek innifsek iwassal għal dixxiplina personali.
Il-prattika tal-gratitudni hija sinjal ta' stima
Kull relazzjoni hija bbażata fuq ir-rispett
Tfal li jirrispettaw lill-ġenituri tagħhom għandhom unità ideali,
L-aqwa ingredjent tal-ħbieb huwa r-rispett.
MA NĦALLI L-EBDA ĠEBLA MAQLUBA
Kollox go fija minghajr togħma,
ħadd ma jimpurtaħ minni u lanqas jien stess;
is-solitudni qed toqtolni bil-mod,
infittex it-triq it-tajba u ma sibtiex,
għajjat b’kemm niflaħ imma ħadd ma semagħni;
tlabt għall-qalb tajba, u ma rċevejt xejn,
it-talb ħerqan waqa' fuq widnejn torox.
Qatt ma rrealizzajt l-uġigħ tal-impossibbiltà,
qed ngħix f'dinja ta' fantasija,
mimlija b’memorji ekwivoċi w instabbli.
Ma jimpurtax kemm jgħaddi ż-żmien,
l-aħħar rota ddur lejn id-direzzjoni żbaljata,
tiddawwar lejn it-tmiem eternu.
Li qed ngħix f'illużjoni fantastika,
mimlija dubji u xettiċiżmu,
ansjuża, itturmentata, kollha tbatija,
mingħajr ferħ u nuqqas ta' qalb,
hija ħajja xokkanti u kollha niket.
XEWQAT
Ħieles mill-uġigħ u n-niket,
impenjat fl-imħabba ta' għada;
ilbieraħ, il-qalb agonizzata,
illum, moħħi jiġi analizzat.
L-imħabba ta' għada għandha tkun produttiva,
nibla' l-ferħ, mgħarfa wara mgħarfa;
il-velu tal-ferħ jintervjeni bl-uġigħ,
għax m'hemmx post ta’ niket jew sagrifiċċji.
Bħal dejjem, twissija ta’ xewqat ottimisti,
irrid nisma’ sew il-qniepen tal-allarm idoqqu.
KUTRA TA' SILĠ
B'kutra ta' borra, il-foresta mimlija eċċitament,
l-għasafar u l-annimali jinħbew fil-kumdità;
waqt li nikkomponi versi bil-pinna prezzjuża
Ix-xogħol tiegħi ispirat huwa nsinifikanti,
miktub fuq in-natura bl-użu ta’ kliem immaġinattiv ta’ moħħi
Il-foresta tinsab kwieta, din l-istorja nirrakkonta darb’oħra
l-annimali marru jinħbew sakemm noħloq intriċċi memorabbli.
MAĦRUB MILL-IMĦABBA
Il-velu ta’ mħabbti fid-dubju mdendel ,
għax ħrabt imbezza min kompassjoni;
l-emozzjonijiet kollha ġew servuti,
ma naħsibx li nista’ ngħix mingħajrhom;
b’xi mod jew ieħor, irrid insewwi dak li kissirt.
Imħabti tinsab fid-dubju,
il-moħħ jinsab fid-diżordni,
għax inħbejt wara id-dublett t’ommi.
ID-DEMONJU JINĦEBA TAĦTIT-TIKKETTA TAL-WHISKY
(ĦAIBUN)
Il-whisky li kont tant inħobb sirt dipendenti fuqu,
Fi ftit zmien tefgħini fi triq mudlama. Imma bejn il-pilloli u l-astinenza id-ditossifikazzjoni kienet marret tajjeb… …
imma x-xitan ma damx ma jegħlibni għax darba li ssir alkoħoliku dejjem tibqa alkoħoliku b’hekk bqajt iddestinat li nibqa kkundannnat mat-tikketta tal-whisky.
l-inkwiet tiegħi żdied u ma stajtx nastjeni, anke meta ppruvajt insakkar lili nnifsi id-dar għal gimgħa sħiħa minn filgħodu sa filgħaxija.
Il-whisky rebaħ.
Issa ta’sebgħin ma erġajtx nipprova nieqaf kont naf li kien kollu għalxejn ghax l-alkoħol huwa l-agħar għadu tal-immaġinazzjoni.
l-anestesija tal-alkoħol
mezz biex nissaporti l-imġieba ta’ ħajti
iblaħ kont u għadni
JINSABU FOSTNA
Jum wara jum, jevolvu u jikbru,
huma bħal parassita ġganteska
kull mument jerdgħu ħajjitna
Filghodu jgħidu bonġu u filghaxija bonswa.
jgħixu f'appartament jew djar fl-istess triq;
speċifika mill-pjaneta msejħa Dinja Skrupluża.
MARA MŻEBILĦA
Il-mara kienet mżebilħa b’mod patetiku
ir-raġel ddivorżja
il-qrun fuq rasha kien akbar min ta’ barri,
ilsienha sar velenuz
bdit tidgħi mingħajr raġuni
xorbot tazza imbid wara l-oħra
spiċċat lesbjana ma’ transġeneru.
F’DELIRJU
Fi stat ta’ deliri kont sirt
qatt ma nerġa’ nikseb is-sanità,
il-fatt li tliftha kien telfa tant turbolenti.
Kienet mara delikata u dgħajfa,
iżda l-kanċer ġie malajr u ħadha miegħu.
Kont daqshekk stupidu li ma nnotajtx il-bidla?
Kont traskurat meta kienet timenta dwar id-dgħufija tagħha?
Issa nfirdet minni, u nħossni mitluf,
jien u l-kelb biss tħallejna fid-dar,
lejn il-ħitan inħares fil-voj b’fehma mdejqa,
ħadd ma jista’ jintermedja jew jesprimi t-telfa ħadt.
Ma nafx naf kif nifdi l-mibegħda kontra Alla
u nipprova nikkonsagra t-twemmin li kelli qabel;
Fi stat ta’ deliri, sirt,
ma nafx meta se nibla l-pilolli kollha u ntemm ħajti wkoll!
FUQ IS-SUWIĊIDJU
Fid-dlam … …
qiegħed
nistenna li l-karozza tal-mejtin
tieħodni fejn nappartjeni.
Ħajti mdejqa fuq ħajta trasparenti
passaġġ oskur lejn il-mewt qed jiċċara,
Sa tmiem ħajti … …
il-pilloli kollha miġbura u lesti … …
DLAM
Nistagħeb u nitħasseb fid-dlam
dlam li jġib skiet u kwiet assolut;
jekk nipprova nifhem l-oskurità tiegħi stess
mara tkun tista' tidentifika l-moralità tagħha.
Fid-dlam, il-ftila tal-qalb hija dgħajfa
il-mewt, madankollu, bla bżonn titjieb;
fid-dlam għal dejjem l-irqad etern
u l-estinzjoni ta’nies imqajmin.
Fid-dlam teżisti paċi grazzjuża,
il-mistħija u l-ħtijiti se jissaħħu u jieqfu għal-kollox.
IL-ĦAJJA HIJA …..
Il-ħajja hija sempliċi ħolma li qatt ma ssir realtà,
l-arloġġ tiegħi jimmarka l-ħin moħli li nikkommetti;
b'dawn il-memorji tedjanti ma’ jimpurtani xejn;
jekk il-ħin inħela jew għaliex għandi nieħdu f’sormi?
Nemmen biss li meta twelidt id-destin ikkaguna zball kbir!
XEJN MA JINBIDEL
Għajjatt b’leħen għoli imma ma nsimajtx
il-widnejn ittarxu,
qalbi ma rċevietx il-messaġġ
B’hekk kont f’inkwiet kbir,
fittixt fil-kuxjenza
b’għajnejja, rajt il-verità,
imma ruħi ma kienitx imfarrġa.
Naħseb fl-imħabba, u qalbi tħobb,
l-imħabba għelbet ix-xewqat kollha,
imma imma ma għennitnix;
il-menti ma' hallewnix norqod,
kont imnikkta wisq biex nagħlaq għajnejja!
Naħseb fil-passat,
il-passat atroċi u bla hniena.
Dak kien zmien iehor,
żmien twil minn meta mort lura;
meta zort fittixt u ma sibt xejn ħlief uġigħ,
dawk l-istess uġigħ li nħoss illum.
SANTWARJU GĦAS-SINJURA
Fis-sbuħija tagħha, is-sinjura dejjem tiddi,
mhux ta’ b’xejn li r-ritratt approvaħ il-pittur;
il-manjieri delikati tagħha tant teneri u divini.
Hija tappartjeni prominenti fis-santwarju perpetwu;
bil-kliem minn fommha, tqanqalt il-qlub
Is-sinjura dejjem tiddi u ma tmeri lil ħadd,
Il-pittur approva li jpingi ir-rappreżentazzjoni tagħha.
BŻAJT MILL-KEWKBA LI TIRREĊIPA
Inħares lejn s-sema
hekk kif tgħaddi l-lejl;
m'hemmx sħaba f’dak l-ispazju kbir
Waqt li l-kwiekeb jirkupraw.
Nistaqsi dwar l-ispazju vast
waqt li nħosni barra minn postni;
min jaf jekk tezistix ħajja bħal tagħna?
madankollu mhux affari tiegħi.
Imbagħad jitfaċċaw il-kwiekeb li jiċipaw
qalbi timtela bil-biża';
Għax xewqa, kelli nixtieq malajr
li tista' tkun l-aħħar ħaġa li nagħmel illum.
Xtaqt li nkun mejjet
kullimkin imma mhux fuq s-sodda;
Ma nistax nissaporti aktar
ħajti kienet iebsa wisq.
Kewkba oħra li tirreċipa tfaċċat
mhux bhal ħajti ghax spiċċat.
MUŻIKA TA' MĦABBA
Il-bidu tal-ferħ mużikali tinstemgħa fis-sema,
tnaddaf it-toroq tan-niket u toħloq oħrajn godda għall-imħabba;
il-qlub jitmexxew minn imħabba sinċiera;
b’hekk jagħtu unur lil kulħadd!
L’ilħna mill bogħod jinstemgħu qawwijin;
kemm isebbħu l-atmosfera;
waqt li tbissima sodisfaċenti taqa’ mill-kreatur.
Imma il-mużika nieżla mis-sema taqa’ fuq widnejn torox,
minflok tagħmel triq għall-imħabba u tifrex hafna dmugħ.
MIN HU L-KAP HAWN GEW?
il-mara tirbaħ l-argument
ir-raġel għal dejjem jikmanda
min jilbes il-qalziet f’din id-dar?
WEGĦDIET IMKISSRA
Wegħdiet miksura huma diżgrazzji kontinwa,
il-verità tingħad, u l-ebda gidba ma tibqa’ moħbija;
id-dispjaċir jidher b’mod ċar fuq wiċċ serju.
Il-kliem jingħad bir-rabja barra minn postu;
xejn ma jkun l-istess bħaz-zmien ta’ qabel.
Diżgrazzja kontinwa u kompitu faċli,
Il-gideb jibqa moħbi taħt maskra falza.
RABTA TA’ MĦABBA
Il-fidi tiegħi fl-imħabba tirbaħ dejjem,
b’hekk nifraħ bis-setgħat tad-destin;
il-qalb tħabbat bil-qawwa,
Ilkisba tax-xewqat tinħass sewwa,
ix-xufftejn ta’ mara huma sublimi.
Għandi mħabba sħiħa f’qalbi!
ĦAJJA DEMONIKA
Mewġ gol-baħar jitnejjek mill-blat,
it-tsunami jiżfen madwar l-ocejan;
traġedji mistennija ħielsa mill-uġigħ.
Il-ħajja hija eċċellenti
ħalliha tkun għalija biss;
u b’hekk insir l-aktar xitan ferrieħi ta’ kull zmien.
RUĦI FIL-PERIKLU
L-imħabti mhijiex ibbażata fuq l-affezzjoni,
il-kompassjoni għal ħaddieħor taqbeż;
tfarraġ lil min hu mnikket b'retrospezzjoni,
minflok, hija mibnija madwar il-perċezzjoni
influwenzi ta’ madwari jinħaddnu.
Xejn mhu bbażat fuq l-affezzjoni u l-passjoni
meta jkun hemm il-mibegħda involuta,
m'hemm l-ebda kompassjoni.
LI TMUT
gisem bla moviment,
il-ġilji jiddominaw l-atmosfera
il-mejtin jinsabu fil-paċi?
SIĠRA TAT-TIN
ir-riħ iħajjar ix-xemx
weraq ħodor jaqaw fl-art
is-siġra tat-tin tibda tiżżeffen

