top of page

MALTA L-EWWEL U QABEL KOLLOX    Taqsima 43

HANINI GHALIEX?

 

Ghaliex?

Ghaliex gejt hawn hdejja,

hanini,

hdejn il-blugha u z-zuffjet?

ghaliex hanini,

ghidli,

ghidli u ddumx.

 

Ghaliex?

Ghaliex int daqshekk kuragguza

biex tkompli ssoffri aktar,

ghaliex ghamilt hekk?

 

Konna naf x’hini r-raguni,

izda xorta bqajna nitkellmu,

ghal xhur shah,

minn wara zewgek u minn wara marti,

ghaliex ergajna sibna lil xulxin.

 

Int il-hanini tieghi,

l-gharusa li ma nsejt qatt,

avolja nfridna minghajr raguni,

minghajr mibgheda,

mingajr htija.

 

META NKUN WAHDI

 

Nipprova nintervjeni

bejn qalbi u mohhi,

Inkanta

u nerga nkanta,

kanzunetti morbidi,

ghaliex qalbi m'hiex perfetta

Qalbi imtaqba,

mimlija dwejjaq kbar.

 

Nghix ?

Nghix bhala qaddies,

meta

ninsab mohbi taht libsa xitana.

nippretendi li jiena xi haga kreatura ohra?

Ghaliex fil-fatt

ninsab mejjet,

minn fuq s’isfel

minn gewwa.

 

X'naghmel?

 

X’nagmel meta inkun wahdi?

Specjalment meta jasal il-lejl?

Inhossni imbezza,

anzjuz bil-hsibijiet li jzuruni,

u ma norqodx

le ma norqodx raqda tas-sliem.

 

Jiena naf min jien

ninsab b'sahti ghalissa

u mohhi normali,

l-attitudni li nuri,

jahsbuni b'wicc b'iehor,

ghaliex fl-aktar postijiet mudlama,

terribli u makabri nkun.

 

Jiena ragel!

Ragel ta' zewg ucuh,

wicc wiehed pulit u edukat,

l-iehor laghbi u sakranazz.

L-ewwel wicc,

dgħajjef u fragli,

waqt li l-iehor,

hazin huwa mishut.

 

Il-pacenzja hija kbira,

B’dawn il-vizzji,

Li tefghuni f’art imhammla.

 

Hija tassew

pacenza meraviljuza;

u ghalkemm qalbi

tinvoka ma mohhi,

ir-rieda tgheleb kull ostaklu.

 

Go widnejna

smajthom jghidu

meta tkun onest,

il-gwerra hija nofs mirbuha,

Ghaldaqstant qalbi ma nqatatx

u nibqa nittama,

li b'qalb onesta

nerbah il-battalji kollha.

 

 

GHALIEX?

 

Waqt li ninnota

l-krudelta li tinsab madwarna kuljum,

ninnota wkoll l-ipokresija u nhoss weggha kbira f’qalbi.

 

Waqt li nisma

l-krieb tal-vittmi, nisma wkoll dahq assurd,

inhoss gharaq kiesah hiereg minn gismi kollu.

 

Meta nisma

t-tifsir tal-bombi nizla fuq l-erwieh innocenti,

jisplodew u jeqirdu kullimkien,

ihossni mistaghgeb u rrabjat.

 

Nipprova nwerzaq!

Niftah halqi u nipprova nwerzaq werzieqa kbira,

izda ma nistax,

xejn ma johrog minn halqi,

xejn,

xejn…….

Sakemm jirnexxieli,

iva jirnexxieli nohrog kelma wahda,

u minn taht l'ilsien nistaqsi……

Ghaliex?

 

IMMISS MINGHAJR MA NARA

 

Nista npingi isbuħija

mingħajr l-għajnuna ta’ għajnejja?

Nista nilmah id-dawl tax-xemx

is-sħab jitbandlu lejn it-tramuntana​

jew napprezza l-hajja meraviljuza?

 

Ippruvajt u rnexxieli​

f’daqqa wahda sirt ossessjonat b’din l-attrazzjoni.​

L-għomja jsejhulhom sfurtunati​

madankollu issa  qed ingawdi misteru dgid.

 

Immiss u nhoss,

nhoss u immiss

sensija sospiżi b'sodisfazzjon fenominali.

Issa sirt kapaci imiss li rrid b’ghajnejja mghottija

minn annimali u oġġetti oħra.

 

Iżda l-gisem uman huwa ferm aħjar​

inhoss il-gilda sħuna u ratba

ma nistax  inxebbah ma suġġetti oħra.

 

Hassejt Il-gisem b’atmosfera sensitive u mimlija tensjoni

speċjalment il-sensazzjoni tal-ġilda femminili..

Il-kuntatt mal-gisem tan-nisa sar l-vizzju tiegħi

Inhoss il-wicc, il-ġenbejn, il-koxxtejn u ir-riġlejn​

imissom bil-mod qisni qed indoqq il-vjolin.

 

Nimmasegga il-gisem saret il-fissazzjoni tiegħi

nghaddi hafna mill- ħin nikkontempla s-sentiment.

 

Għajnejn mghottija fil-ghodu u bil-lejl

fi dlam cappa,

immiss il-gisem f'moħhi,

nimmaġina b’attenzjoni kbira

madanakollu minhiex issodisfat.

 

 Stampi u ritratti, statwi u ghamara,

ħsejjes għall-widna u hsejjes ghal-moħħ.

missejt gradenzi, mwejjed u siġġijiet​

nistabbilixxi l-qawwa setghana mudlama.

immiss minghajr ma nara b'mod prudenti

u r-raffinat.

 

Ghadda z-zmien,

minuta wara minuta,

siegha wara siegha,

gimghat, xhur u snin;

Madwari ma nnotajt xejn izjed

 

Hassejt l-imġieba tiegħi stramba tassew,​

kont ninsab gharkuptejja imiss gisimha,

dak li ġara wara kien totalment ghall-gharrieda,

deherli  li gismi kien beda jitbiddel.

 

Ġismi kien jitħabbel ma taghha,​

kull darba Ii misejt wiċċha, ħass l-istess fuq wicci,

istess il-messaġġi fuq koxtejha, u saqajja​

tant inhsadt li l-biza bagħtet roghda fl-ispina ta’ dari.

 

 IX-XJUHIJA

 

U ghadda z-zmien,

zmien iz-zoghzija,

is-sahha,

il-kuntentizza.

 

Ninsab mixhut wahdi,

nirrifletti,

x'ghadda min ghalija,

u demgha shuna nhossha taqbez minn fuq xfar ghajnejja,

iggelben ghal fuq hugbejja,

ghax niftakar fil-gid li kelli ma ghajri.

 

Insosstni,

lil dak iz-zaghzugh,

li mohhu biss,

biex jeqred,

ifarrak,

ikisser,

il-paci li darba kienet f'qalbi.

 

L-imhabba tieghi,

nhossha tikber,

ma kull sekonda li tghaddi minn fuqi,

ghaliex qalbi xiha,

imma mqanqla.

 

U nerga niftakar,

meta dari kont inhobb,

nixxala,

niddeverti,

niccacra,

u ninbex lix-xemx ghaddejja.

 

U issa ninsab hawn,

wahdi,

ghajjien u marid,

nirrifletti,

u nhoss ix-xjuhija,

taghfas fija,

waqt li nistenna bla pacenzja,

minn mument ghall-iehor,

li jasal dak il-waqt,

waqt,

li hadd mhu kapaci jirresisti,

mbaghad,

nintemm ghal dejjem,

ghal qatt!

 

FIDUCJA u POSSIBILITA

 

Il-fiduċja tiegħi

tista tirrifjuta l-possibbiltà​

madankollu  l-possibbiltà

tista tispjega l-fiduċja tiegħi.​

Il-fiduċja

ma tistax tippermetti l-possibilità

filwaqt li l-possibbiltà

ma taghtiex fidi biżżejjed.

 

Ninsab maqsum fi tnejn

nirrispetta l-fiducja

waqt li nirrifletti fuq il-possibilita;

insoffri,

nemmen

inbati,

jien!

 

Imbaghad jitfacca 

Id-dubju​

li jezisti ċar wisq

bħallikieku ninsab vojt​

bla inċentivi​

imbeżza minni stess

nizviluppa anzjeta kbira

sir malajr​

insir il-kreatur tal-ħażen tiegħi stess.

 

It-tajjeb

riflessjoni fuq moħqrija

bħal aħwa fl-armi

jiggieldu fit-triq kollha.

 

 

 

 

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page