
Poeżiji u Riflessjonijiet
Poeżiji u Riflessjonijiet

Drittijiet tal-awtur © Alfred Vassallo
L-ewwel pubblikazzjoni fl-2026
Id-drittijiet kollha riżervati. L-ebda parti minn din il-pubblikazzjoni ma tista' tiġi riprodotta, maħżuna f'sistema ta' rkupru, trażmessa, kollha kemm hi jew parzjalment, b'xi mezz, elettroniku, mekkaniku, fotokopjar jew mod ieħor, mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-awtur.
WARD TA' SAN VALENTINU
Taqsima 3
KARITA
il-kapaċita tal-ħniena
id-dmir tal-karita;
mies li tagħti b'ħerqa kbira
waqt il-fqir jistagħġeb.
MENTALITA STABBILTA
Qalet li kien hemm raġuni,
ħasbet li kienet il-bogħod mill-verita;
immaġinat li ma kien hemm ebda kawża,
b'hekk il-moħħ sofra l-istess mentalita.
Mibegħdin minn xulxin għal żmien twil,
madanakollu ż-żewġ arloġġi tal-imħuħ batew;
iċ-ċinturin tal-ħajja kien issikkat wisq,
is-sensibilita w is-sanita minn dulur kbir għaddew.
Qaltli li ma kienx hemm raguni,
waqt li ħallitni mingħajr fiducċja;
ħsibijietha maqbuda ma ħsiebijieti,
bla dubju lilha ma nistax niffaċċjaha.
IL-MERA
Inħares lejn il-mera u nilmaħ,
wiċċi ovvjament,
inkmpli nħares aktar fil-fond;
nikkonċentra sewwa
u nibqa inħares... ...
Inbagħad nintebaħ,
F'dik ix-xbieha nista nara dak li huwa ġo fiha,
qatt ma stennejt dik ir-rifleżzjoni f'dak il-wiċc,
qatt ma bsart li minhies sa nara l-istess kopja tiegħi,
minflok ix-xbieha kienet ta raġel miserabli!
Ix-xbieha li nara f'dik il-mera,
mhiex tiegħi nnifsi,
imma naf ukoll li ir-rapreżentażjoni ma kienits falża jew artifiċjali.
Ir-riflessjoni caħdet il-verita tal-emożżjoni li kont qed inħoss;
li stat medjorku tal-eżistenża tieghi,
li hija biss ħtija enormi li nġorr kuljum fuq spallejja.
Meta nara dik ir-replika,
ir-rappreżentazzjoni ta' żewġ uċuħ iħarsu lejn xulxin,
il-mistoqsija giet f'moħħi dak il-ħin,
"Ninsab ferħan b'dak li nara?"
RIFLESSJONI
Madwar il-ħuġġieġa -
moħħna jimtela b'ħafna hsiebijiet trasparenti;
mingħajr sustanżi,
bla skop.
Flimkien impoġġu madwar in-nar biex nisħnu minn kesħa assurda,
nippruvaw ninsew;
mill firda tal-paċi,
li ħallietna mingħajr spegażżjoni.
Waqt li nikkontempla,
mas-sħana tal-ħuġġiega konflagrazzjoni,
niżfen iżżifna tal-mewt,
bi fjammi imxjajtna,
jittajru lejn is-smewwiet biex jilħqu lill Alla,
li jinsab il-bogħod minn qalbna,
li saret kattiva,
għajjura
u kollha ħdura.
NAQSAM IL-PONT
Qalbi tiżżeffen maz-żiffa tal-mewt,
żifna universali,
ma' sinfonija finali ta' ħajja krudili;
f'dak il-mument li nipprova naqsam il-pont,
li jissepara bejn id-dawl u d-dlam.
M’iniex beżżiegħ,
u lanqas konfuż,
għax moħħi u ġismi jammiraw, kollox.
Il-mewt mhiex il-bogħod issa,
x'imkien bejn it-triq misħuta,
triq ġdida fejn id-destinażżjoni hija mċajpra,
għalkemm m’iniex konxju nibqa nistenna ... ...
... ... u nistenna!
Nistenna bil-paċenżja kollha,
li twassalni f'post l-aktar imdallam,
b'nuqas ta' fiduċja,
mifruxa fl-inħawi dubjużi,
kollha amalgamata biex insib il-misteru,
li jittrasmetti aspett ta' dawl
f'reġjun skur u misterjuż.
Is-sitważżjoni hija makabra,
nemmen jew ma nemminx jiddependi mill alluz-joni,
jew mir-realta,
essenża
u biża.
Kollox huwa parti maqgħuda mal-mewt.
MINN TAĦT L-ILSIEN
Minn taħt l-ilsien ngħajjat mar-riħ pjaċevoli,
li jaqla’ s-siġar mill-għeruq
bħal l-għreuq ta' ġo fija
dagħfa.
Minn taħt l-ilsien inwerżaq,
biex widnejja, dejjem attenti x'qed nisma,
ma jisimgħux i-krib li joħrog mil-qieħ ta' qalbi.
Minn taħt l-ilsien insaffar,
tifsir qawwi,
li jkisser is-skiet perfett,
ta' solitudni tal-pessimista jien!
Minn taħt l-ilsien nibki xmara dmugħ,
dmugħ kiesaħ,
waqt li xxarab ix-xufftejn friżati.
Minn taħt l-ilsien inkanta kanżunetta morbida,
ikkumnikata ma' qabri,
fejn inkompli nkanta Fl-aħħar ninsab mejjet.
INFINITÀ
X'hini l-mogħdija mfruxa fis-smewwiet?
spażju mimli xjenża u għeġubijiet,
ta' biosta dinjiet,
b'ħafna mistoqsijiet,
mingħajr spegażzjonijiet,
mal-generażjoni kollha skopijiet,
maqbuda f'diffikultajiet,
t'opinjoniet,
bla immaġinazzjoni li ħolqot il-ġrajjiet,
tul-iżżminijiet,
imfixkla b'kontradiżżjonijiet.
NITGHAŻŻNU
il-Hadd wara nofs in-nhar
nitghażżnu fis-sodda;
minghajr kuntentiżża,
avolja m'aħniex morda.
IL-MIXJA TAL-MEJTIEN
Waqt li ċ-ċpar tal-lejl jiċċara,
il-lapidi fiċċimiterju jibdew jixxenglu minnufiħ,
l-art tibda titriegħed mill-oqbra;
hekk kif il-kadavri mill-gdid irxuxtaw.
Imbagħad intbaħt li jien kont wieħed minnhom,
infittex l-ommi għażiża.
F’POST MISTERJUŻ
Nibża mid-dlam,
nibża għax maqful,
mingħajr ebda ħoss,
fis-skiet kompli,.
Ninsab mistoħbi x'imkien,
l-atmosfera hija niedja;
mistoħbi għal żmien twil,
kważi minghajr nifs.
Smajt ftit vuċijiet
il-biża mbidlet f'dillirju;
Bdejt nagħti bis-sieq
indur min-naħa għal-oħra.
F'daqqa waħda smajt għajta kbira,
bdejt niżzerżaq,
ilmaħt id-dawl;
ħareġ mgħotti bid-demm,
sibt ruħi imdendel mall-kurdun taż-żokra.
SILENŻJU
It-tisfir kostanti,
silenzju;
iż-zanzin f'widnejja,
silenzju;
vuċijiet minn kullimkien,
silenzju;
min fejn ġejjin dawn ilħsejjes kollha?
Mill-lvant jew mill-punent?
Ħsejjes kontinwa ta' smigħ mudlam,
silenzju;
Inħossni waħda.
Fejn hi l-kalma?
Il-bomba qawwija splodiet,
silenzju;
is-sikkina nifdet il-qalb,
silenzju;
il-balla nifdet il-moħħ,
silenzju;
Ma nistax insib paċi!
Min fejn gejjien dawn il-hsejjes kollha,
mit-tramuntana jew min nofsinhar?
Ħsejjes kontinwa ta' smigħ mudlam,
silenzju;
Inħossni waħdi!
Il-qalb waqfet,
silenzju;
l-għatu tat-tebut ingħlaq,
silenzju;
b'tisbita miżluni ġol qabar,
silenzju;
Requiem aeternam.
ĦAJJA ŻBALJATA
żbalji għamilt minn dejjem,
il-perseveranza kienet ċara;
idjota kont u nibqa,
żbalji nibqa nispara bladdoċ.
DRAMM B'ĦAFNA XENI
Xena mill-isbaħ,
b'kuluri li jpaxxu,
kustumi rikki,
b'attur ċelebri.
It-tirann kien mibgħud,
waqt li l-maħbuba tisraq issimpatija ta' kullħadd;
tispikka f'xena ta' swied il-qalb,
bl-udjenża ċassa,
attenta għal kull mossa li tagħmel.
U jien?
Bilgħeda,
fl-aħħar siġġu tat-tijaatru,
waqt moħħi kollu ħsibijiet.....
Ħajti mhux dramm ukoll?
Dramm imqanqal?
dramm kolossali?
B'eluf ta' atti?
b'ħafni intriċċi?
dubji u diffetti?
B'imħabba ppassjonata -
- li għaddiet minn għawċ u saram -
b'ferħ u dgawdija?
U nibqa naħseb....
Kif sa jintemm dan id-dramm personali?
Kemm nixtien insir naf,
ghax nistmerr id-destin,
forsi kiefer ukoll,
jistennini!
DUĦĦAN
X'foga,
xi ċar, id-dhaħen qed joqtluni,
kif qed jifgaw kull m'hawn.
Għaliex dan id-duħħan kollu?
Min fejn gej?
Nista insir naf?
Id-duħhan ta' ħajti,
qed jagħfasli sidri;
u qed jifgani bilmod il-mod,
sakemm dan l-imbierak duhan jibq fl-ajru.
KUNVENTI U MONASTERI
Il-kunvent mimmli bis-sorijiet,
il-monasteru okkupat bil-patrijiet;
alleluja l-omosesswalita,
tal-lessbjani l-liberta.
BĦAL BHEJJEM
Is-sempliċita magika torbot il-ħajja,
bil-għatx is-siġar jibku fis-skiet;
l-annimali jiggerrew f'għelieqi mħarbta,
jistennew ix-xitaa tal-inkwiet.
Aħna wkoll nistennew u nħossuna nkwetati,
bnedmin aħna bħal l-għasafar u bhejjem,
imbeżża,
imwerwra,
imkexkxa,
f'dawn il-mumenti nitolbu għall ħelsien.
FIL-KARNIVAL
Kemm għajjat u x'ferħ!
Kemm briju u xalar!
Fil-qalb is-serħ.
Xi ġmiel,
il-kuluri tal-kostumi jgħajtu,
il-karrijiet trinjonfali,
u l-maskri groteski,
kollox fid-dlam il-ħmerijiet.
Il-maskri?
Mhux huma jiddominaw fil-jiem tal-karnival?
Jew matul hajjitna wkoll?
Il-bieraħ l-għarus libes maskra ta' qaddis,
illum mar jaħxi tfajla ohra....
Maskra tal-ipokeriża,
tal-kefrija,
tal-ħżunija,
omosesswalita w lesbjana,
pedolfilja.
kollha moħbija taħt maskli ta' angli,
li juri wicc sinciera,
filwaqt li jikkimmettu rieda qarrieqa.
SĦAB
F'waqtiet jiżżefnu ,
jiġru u jogħlew,jitbandlu mal-fsied tar-riħ,
ferħana!
F'waqtiet imdejqa,
suwed daqs il-faħam,
jgħeddu b'rabja intensiva,
li joruha bil-lehh tal-beraq,
b'sinjali ta' sriep fis-sema.
Ukoll tbeżżagħna,
b'dagħdiha u b'sajjetta -
li tkarwat u theżżeż kullimkien,
"Santa Barbara" tisma lix-xjuħ,
mingħajr ma jifhmu t-taqliba ta' ġo fihom,
ghax is-sħab inħalqu bi skop,
mhux biex ibeżżgħu,
għalkemm f'mementi mwennsa,
jwerwru l-qlub tal-imsejkna.
BŻIEŻAQ
Inħares mingħajr ma nintebaħ,
inhares mingħajr ma nara;
inhares mingħajr ma nifhem,
inħares mingħajr ma ninduna.....
Il-bżieżaq trasparenti,
jaħbtu ma xulxin,
min naħa għal oħra;
oriżżontali,
vertikali,
dajagonali,
imbagħad jimbidlu f’kull kulur;
sofor,
blu,
roża,
ħodor,
ħomor,
u ftit bojod ukoll.
Dawn il-bżieżaq,
ikomplu jaħbtu ma xulxin,
mingħajr waqfien,
bla mistrieħ,
sa l-aħħar tad-dinja;
sakemm bħalna wkoll,
nibdew naħbtu ma xulxin,
mingħajr ma nafu għaliex!
RIMORŻ
Ninsab waħdi f'kamra magħluqa,
mitluq fuq sodda,
nirrifletti f'atmosfera mdaħhna,
naħseb fuq kullħadd,
f'kull ħaġa.
Ninsab il-bogħod, il-bogħod wisq,
minn dawk li tawni il-ħajja,
dawk li rabbewni,
u edukawni.
Kienet deċiżjoni mgħaġġla dak in-nhar,
u fi ftit granet wara wasalt, waħdi....
Micħud minn dawk li ħabbewni.
Hu,
missieri,
marid marda serja,
nistenna iva nistenna li inn mument għal ieħor il-bxara,
bxara iebsa,
mnikkta,
kerha....
Il-firda.
Hi,
ommi,
tibki,
tinkwieta,
tahseb fuqi,
fuqi biss,
għax fid-dinja Jien kont l-idolu tagħha;
dik li rat il-mewt meta wellditni minn ġjufa.
Jien inkidhom, ninkwiethom
bil-għaqal minhiex,
inħobb id-dinja,
nisa u viżżjijiet oħra.
Għaliex inħoss din it-tbatija kollha?
Hallini rimorż,
itlaqni,
mur u ħallini rimorż kiefer.
MINGĦAJR KLIEM
Burdati sbieħ ħaddnu is-silenżju perfett,immakulati,
mingħajr kliem,
minghajr ażżjoni.
Silenżju miksur,,
irqadt u ħlomt,
id-dgħufija qabżet fil-fond;
l-anżjeta serja wisq,
mingħajr kliem.
Konfużzjonijiet,
biża u diżappunti mdendlin,
inikka,
nistenna fil-kenn,
nissaħħaħ u nittama,
mingħajr kliem.
Il-frosta qalbiena ċċarrat il-laħam ta' ġismi,
demmi jtir minn fuq dari,
nistenna armata tal-imħabba biex nibqa mingħajr tbatija;
mingħajr kliem.
Tkellem annimal,
kellimni jaħba,
kelmuni aktar mill-qrieb bestja,
ikkoncentraw matul iż-żmien miitluf.
It-tama tiddewweb,
ġismi fit trab imur,
fil-benniena ta' ħajti,
il-ġwienaħ paċifiċi jistennew l-ħelsien,
minn destien ta' destinażżjonijiet ġodda;
u ta' minghajr kliem.
ID-DELL TAL-MEWT!
(Ħaibun)
Jiena kittieb tal-poeziji; kultant orribbli u sesswali. F’din id-dinja mħassra noħloq ix-xogħlijiet tiegħi.
Forsi jien miġnun?
Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji huma bbażati fuq it-trasgressjoni li għamilt fil-passat u kull meta noqgħod bilqiegħda ħdejn l-iskrivanija biex nikkomponi, miegħi inġib d-dell tal-mewt.
Kwalunkwe poeżija li ktibt, hija miktuba bis-saħta tal-għemejjel sesswali jew bis-saħta tal-mewt.
il-poeżija hija l-ħolqien ritmiku tas-sbuħija
id-diviniżżażżjoni tar-realtà
tfejjaq il-feriti esposti mir-raġuni
ILLUZJONI TA' MHABBA SOSTENUTA
Kelli din l-illużjoni….
…..straordinarja
illuzjoni li kienet parti minni
parti minn hajti…..
…..kumplessa
ghamlitni mnikket hafna
kienet krudili,
feroci,
Kompletament mignun
inkun,
izda zammejt il-kontroll
ghalkemm qomt f’daqqa
inwerzaq,
ghax minn quddiem ghajnejna
sparixxit.
Kont bilqeghda inhares iccassat lejn lerba hitan,
hassejta bilqeghda fuq kuxtejja,
nifisha shun
hassejt fuq ghonqi,
bhal ziffa rih
ta’ xemx tahraq nar.
F’din illuzjoni
fiducja kbira kelli,
emmint
u avdat;
fuq riglejja bqajt inhossa
it-toqol ta’gisimha
ma kienx fantasija.
Ikkonsolajt ruhi,
tajta bewsa fix-xejn
daqsalikieku
kont qed imissis dak il-wicc sabih,
hassejt xuffejtha mdellka,
u ilsiena jaqbad tieghi
ġilda brillanti
ta’ gisem mimmli grazzja.
Irrid nibqa ma l-ispirtu kemm jista jkun,
ghaliex ghand nibza minn dan il-fatat?
Bezghan minn dak li kien
u minn dak li sa jkun?
Jekk tirrifujatni issa,
dawn l-illuzjonijiet kollha
kienu ghalxejn.
Nibqa nemmen f’din illusjoni,
avolja
hi ghada tghix,
hajja f’din id-dinja taghna.
Dan huwa d-destin tieghi,
komnikazzjoni assurda
ma’ fatat tal-passat
nippretendi li gisimha,
dak gisimha li tant kont ghazzejt
ghadni qed nghannaq u nbus.
Mghandi l-ebda inklinazzjoni,
Ma nafx kif x’sa tispicca din il-grajja?
Haga wahda naf fic-cert
fuq hogri terga tigi zgur!
EUREKA!
Il-kopja tieghi,
f'dik il-mera tleqq u nadifa,
wara kollox il-mera ma tigdibx
IMHABBA ANZJANA
Il-mahuba anzjani
fix-xibka jinqabdu malajr
snin foloz u tbissim imqanzah
jinhxew minghajr hajr.
IPPRUVAJT
Hsibt li ghamilt kollox tajjeb,
ix-xitan dahhalli fl-intern,
it-tentazzjoni tieghu kienet kbira wisq
minnflok fil-ġenna spiccajt fl'infern.

