top of page

WARD TA' SAN VALENTINU   

Taqsima 51

RIFLESSJONI

 

Madwar il-ħuġġieġa -

moħħna jimtela b'ħafna hsiebijiet trasparenti;

mingħajr sustanżi,

bla skop.

 

Flimkien impoġġu madwar in-nar biex nisħnu minn kesħa assurda,

nippruvaw ninsew;

mill firda tal-paċi,

li ħallietna mingħajr spegażżjoni.

 

Waqt li nikkontempla,

mas-sħana tal-ħuġġiega konflagrazzjoni,

niżfen iżżifna tal-mewt,

bi fjammi imxjajtna,

jittajru lejn is-smewwiet biex jilħqu lill Alla,

li jinsab il-bogħod minn qalbna,

li saret kattiva,

għajjura

u kollha ħdura.

 

NAQSAM IL-PONT

 

 

Qalbi tiżżeffen maz-żiffa tal-mewt,

żifna universali,

ma' sinfonija finali ta' ħajja krudili;

f'dak il-mument li nipprova naqsam il-pont,

li jissepara bejn id-dawl u d-dlam.

 

M’iniex beżżiegħ,

u lanqas konfuż,

għax moħħi u ġismi jammiraw, kollox.

 

Il-mewt mhiex il-bogħod issa,

x'imkien bejn it-triq misħuta,

triq ġdida fejn id-destinażżjoni hija mċajpra,

għalkemm m’iniex konxju nibqa nistenna ... ...

... ... u nistenna!

 

Nistenna bil-paċenżja kollha,

li twassalni f'post l-aktar imdallam,

b'nuqas ta' fiduċja,

mifruxa fl-inħawi dubjużi,

kollha amalgamata biex insib il-misteru,

li jittrasmetti aspett ta' dawl

f'reġjun skur u misterjuż.

 

Is-sitważżjoni hija makabra,

nemmen jew ma nemminx jiddependi mill alluz-joni,

jew mir-realta,

essenża

u biża.

Kollox huwa parti maqgħuda mal-mewt.

MINN TAĦT L-ILSIEN

 

Minn taħt l-ilsien ngħajjat mar-riħ pjaċevoli,

li jaqla’ s-siġar mill-għeruq

bħal l-għreuq ta' ġo fija

dagħfa.

 

Minn taħt l-ilsien inwerżaq,

biex widnejja, dejjem attenti x'qed nisma,

ma jisimgħux i-krib li joħrog mil-qieħ ta' qalbi.

 

Minn taħt l-ilsien insaffar,

tifsir qawwi,

li jkisser is-skiet perfett,

ta' solitudni tal-pessimista jien!

 

Minn taħt l-ilsien nibki xmara dmugħ,

dmugħ kiesaħ,

waqt li xxarab ix-xufftejn friżati.

 

Minn taħt l-ilsien inkanta kanżunetta morbida,

ikkumnikata ma' qabri,

fejn inkompli nkanta Fl-aħħar ninsab mejjet!

 

INFINITÀ

 

X'hini l-mogħdija mfruxa fis-smewwiet?

spażju mimli xjenża u għeġubijiet,

ta' biosta dinjiet,

b'ħafna mistoqsijiet,

mingħajr spegażzjonijiet,

mal-generażjoni kollha skopijiet,

maqbuda f'diffikultajiet,

t'opinjoniet,

bla immaġinazzjoni li ħolqot il-ġrajjiet,

tul-iżżminijiet,

imfixkla b'kontradiżżjonijiet.

 

NITGHAŻŻNU

 

il-Hadd wara nofs in-nhar

nitghażżnu fis-sodda;

minghajr kuntentiżża,

avolja m'aħniex morda.

 

IL-MIXJA TAL-MEJTIEN

 

Waqt li ċ-ċpar tal-lejl jiċċara,

il-lapidi fiċċimiterju jibdew jixxenglu minnufiħ,

l-art tibda titriegħed mill-oqbra;

hekk kif il-kadavri mill-gdid irxuxtaw.

 

Imbagħad intbaħt li jien kont wieħed minnhom,

infittex l-ommi għażiża.

 

F’POST MISTERJUŻ

 

Nibża mid-dlam,

nibża għax maqful,

mingħajr ebda ħoss,

fis-skiet kompli,.

 

Ninsab mistoħbi x'imkien,

l-atmosfera hija niedja;

mistoħbi għal żmien twil,

kważi minghajr nifs.

 

Smajt ftit vuċijiet

il-biża mbidlet f'dillirju;

Bdejt nagħti bis-sieq

indur min-naħa għal-oħra.

 

F'daqqa waħda smajt għajta kbira,

bdejt niżzerżaq,

ilmaħt id-dawl;

ħareġ mgħotti bid-demm,

sibt ruħi imdendel mall-kurdun taż-żokra.

 

SILENŻJU

 

It-tisfir kostanti,

silenzju;

iż-zanzin f'widnejja,

silenzju;

vuċijiet minn kullimkien,

silenzju;

min fejn ġejjin dawn ilħsejjes kollha?

Mill-lvant jew mill-punent?

Ħsejjes kontinwa ta' smigħ mudlam,

silenzju;

Inħossni waħda.

 

Fejn hi l-kalma?

 

Il-bomba qawwija splodiet,

silenzju;

is-sikkina nifdet il-qalb,

silenzju;

il-balla nifdet il-moħħ,

silenzju;

 

Ma nistax insib paċi!

 

Min fejn gejjien dawn il-hsejjes kollha,

mit-tramuntana jew min nofsinhar?

Ħsejjes kontinwa ta' smigħ mudlam,

silenzju;

 

Inħossni waħdi!

 

Il-qalb waqfet,

silenzju;

l-għatu tat-tebut ingħlaq,

silenzju;

b'tisbita miżluni ġol qabar,

silenzju;

 

Requiem aeternam.

 

 

ĦAJJA ŻBALJATA

 

żbalji għamilt minn dejjem,

il-perseveranza kienet ċara;

idjota kont u nibqa,

żbalji nibqa nispara bladdoċ.

 

DRAMM B'ĦAFNA XENI

 

Xena mill-isbaħ,

b'kuluri li jpaxxu,

kustumi rikki,

b'attur ċelebri.

 

It-tirann kien mibgħud,

waqt li l-maħbuba tisraq issimpatija ta' kullħadd;

tispikka f'xena ta' swied il-qalb,

bl-udjenża ċassa,

attenta għal kull mossa li tagħmel.

 

U jien?

Bilgħeda,

fl-aħħar siġġu tat-tijaatru,

waqt moħħi kollu ħsibijiet.....

 

Ħajti mhux dramm ukoll?

Dramm imqanqal?

dramm kolossali?

B'eluf ta' atti?

b'ħafni intriċċi?

dubji u diffetti?

B'imħabba ppassjonata -

- li għaddiet minn għawċ u saram -

b'ferħ u dgawdija?

 

U nibqa naħseb....

 

Kif sa jintemm dan id-dramm personali?

Kemm nixtien insir naf,

ghax nistmerr id-destin,

forsi kiefer ukoll,

jistennini!

 

DUĦĦAN

 

X'foga,

xi ċar, id-dhaħen qed joqtluni,

kif qed jifgaw kull m'hawn.

 

Għaliex dan id-duħħan kollu?

Min fejn gej?

Nista insir naf?

 

Id-duħhan ta' ħajti,

qed jagħfasli sidri;

u qed jifgani bilmod il-mod,

sakemm dan l-imbierak duhan jibq fl-ajru.

 

KUNVENTI U MONASTERI

 

Il-kunvent mimmli bis-sorijiet,

il-monasteru okkupat bil-patrijiet;

alleluja l-omosesswalita,

tal-lessbjani l-liberta.

 

BĦAL BHEJJEM

 

Is-sempliċita magika torbot il-ħajja,

bil-għatx is-siġar jibku fis-skiet;

l-annimali jiggerrew f'għelieqi mħarbta,

jistennew ix-xitaa tal-inkwiet.

 

Aħna wkoll nistennew u nħossuna nkwetati,

bnedmin aħna bħal l-għasafar u bhejjem,

imbeżża,

imwerwra,

imkexkxa,

f'dawn il-mumenti nitolbu għall ħelsien.

 

FIL-KARNIVAL

 

Kemm għajjat u x'ferħ!

Kemm briju u xalar!

Fil-qalb is-serħ.

 

Xi ġmiel,

il-kuluri tal-kostumi jgħajtu,

il-karrijiet trinjonfali,

u l-maskri groteski,

kollox fid-dlam il-ħmerijiet.

 

Il-maskri?

Mhux huma jiddominaw fil-jiem tal-karnival?

Jew matul hajjitna wkoll?

Il-bieraħ l-għarus libes maskra ta' qaddis,

illum mar jaħxi tfajla ohra....

 

Maskra tal-ipokeriża,

tal-kefrija,

tal-ħżunija,

omosesswalita w lesbjana,

pedolfilja.

kollha moħbija taħt maskli ta' angli,

li juri wicc sinciera,

filwaqt li jikkimmettu rieda qarrieqa.

 

SĦAB

 

F'waqtiet jiżżefnu ,

jiġru u jogħlew,jitbandlu mal-fsied tar-riħ,

ferħana!

 

F'waqtiet imdejqa,

suwed daqs il-faħam,

jgħeddu b'rabja intensiva,

li joruha bil-lehh tal-beraq,

b'sinjali ta' sriep fis-sema.

 

Ukoll tbeżżagħna,

b'dagħdiha u b'sajjetta -

li tkarwat u theżżeż kullimkien,

"Santa Barbara" tisma lix-xjuħ,

mingħajr ma jifhmu t-taqliba ta' ġo fihom,

ghax is-sħab inħalqu bi skop,

mhux biex ibeżżgħu,

għalkemm f'mementi mwennsa,

jwerwru l-qlub tal-imsejkna.

 

BŻIEŻAQ

 

Inħares mingħajr ma nintebaħ,

inhares mingħajr ma nara;

inhares mingħajr ma nifhem,

inħares mingħajr ma ninduna.....

 

Il-bżieżaq trasparenti,

jaħbtu ma xulxin,

min naħa għal oħra;

oriżżontali,

vertikali,

dajagonali,

imbagħad jimbidlu f’kull kulur;

sofor,

blu,

roża,

ħodor,

ħomor,

u ftit bojod ukoll.

 

Dawn il-bżieżaq,

ikomplu jaħbtu ma xulxin,

mingħajr waqfien,

bla mistrieħ,

sa l-aħħar tad-dinja;

sakemm bħalna wkoll,

nibdew naħbtu ma xulxin,

mingħajr ma nafu għaliex!

 

RIMORŻ

 

Ninsab waħdi f'kamra magħluqa,

mitluq fuq sodda,

nirrifletti f'atmosfera mdaħhna,

naħseb fuq kullħadd,

f'kull ħaġa.

 

Ninsab il-bogħod, il-bogħod wisq,

minn dawk li tawni il-ħajja,

dawk li rabbewni,

u edukawni.

 

Kienet deċiżjoni mgħaġġla dak in-nhar,

u fi ftit granet wara wasalt, waħdi....

Micħud minn dawk li ħabbewni.

 

Hu,

missieri,

marid marda serja,

nistenna iva nistenna li inn mument għal ieħor il-bxara,

bxara iebsa,

mnikkta,

kerha....

Il-firda.

 

Hi,

ommi,

tibki,

tinkwieta,

tahseb fuqi,

fuqi biss,

għax fid-dinja Jien kont l-idolu tagħha;

dik li rat il-mewt meta wellditni minn ġjufa.

 

Jien inkidhom, ninkwiethom

bil-għaqal minhiex,

inħobb id-dinja,

nisa u viżżjijiet oħra.

 

Għaliex inħoss din it-tbatija kollha?

 

Hallini rimorż,

itlaqni,

mur u ħallini rimorż kiefer.

 

MINGĦAJR KLIEM

 

Burdati sbieħ ħaddnu is-silenżju perfett,immakulati,

mingħajr kliem,

minghajr ażżjoni.

Silenżju miksur,,

irqadt u ħlomt,

id-dgħufija qabżet fil-fond;

l-anżjeta serja wisq,

mingħajr kliem.

 

Konfużzjonijiet,

biża u diżappunti mdendlin,

inikka,

nistenna fil-kenn,

nissaħħaħ u nittama,

mingħajr kliem.

 

Il-frosta qalbiena ċċarrat il-laħam ta' ġismi,

demmi jtir minn fuq dari,

nistenna armata tal-imħabba biex nibqa mingħajr tbatija;

mingħajr kliem.

 

Tkellem annimal,

kellimni jaħba,

kelmuni aktar mill-qrieb bestja,

ikkoncentraw matul iż-żmien  miitluf.

 

It-tama tiddewweb,

ġismi fit trab imur,

fil-benniena ta' ħajti,

il-ġwienaħ paċifiċi jistennew l-ħelsien,

minn destien ta' destinażżjonijiet ġodda;

u ta' minghajr kliem.

 

ID-DELL TAL-MEWT!

(Ħaibun)

 

Jiena kittieb tal-poeziji; kultant orribbli u sesswali. F’din id-dinja mħassra noħloq ix-xogħlijiet tiegħi.

 

Forsi jien miġnun?

 

Il-biċċa l-kbira tal-poeżiji huma bbażati fuq it-trasgressjoni li għamilt fil-passat u kull meta noqgħod bilqiegħda ħdejn l-iskrivanija biex nikkomponi, miegħi inġib d-dell tal-mewt.

Kwalunkwe poeżija li ktibt, hija miktuba bis-saħta tal-għemejjel sesswali jew bis-saħta tal-mewt.

 

il-poeżija hija l-ħolqien ritmiku tas-sbuħija

id-diviniżżażżjoni tar-realtà

tfejjaq il-feriti esposti mir-raġuni

TWISSIJA

​Viżitaturi jekk jogħġobkom kunu mwissija li xi wħud mill-poeżiji u reflessjonijiet miktuba, jikkonsistu b'xi kliem espliċitu. Iżda m’għandhomx ritratti jew illustrazzjonijiet.

bottom of page