ECCE HOMO
Taqsima 56
MANUVRA FIL-KAROZZA
Is-seħer ta’ Romejo qabad lill Guljetta li kienet vergni,
meta kienet fil-karozza, wriha z-zalzetta;
sorprizakważi ħassa ħażin
“Dik iz-zalzetta twila wisq”, qaltu waqt li poggiet bilqiegħda,
Il-pulizija li kien fuq ronda arresta lil Romejo minnufiħ.
L’ANTITEŻI TAGĦHOM
(Ħaibun)
Rajt lil hinn mill-eku tal-qalb mudlama, fejn l-emozzjonijiet
orribbli jduru mingħajr mira. Waqt li javanzaw lejn b'għan rivoltanti biex jidderieġu mingħajr ma jinnutaw xi bidliet fl-antiteżi tagħhom, mingħajr għarfien, jew ambigwità jew oskurità.
biex dejjem tikkontradixxi
titkellem ma' mħuħ ostinati
id-dilemma ssir opposta u inflessibbli
BUFFU GĦAL-GĦOXRIN DARBA
Buffu li kont u għadni,
fi kliem ieħor paxxejt nies bil-ħmerijiet li għamlt,
f’din id-dinja telidt biex indahhaq u naqa’ għannejk;
iblah eżuberanti,
eċċitat u ngħix b’mod kapriċċjuż.
Ma għandi l-ebda skeletri fl’ armarju
ma jimpurtanix mill-insolenti u ma nibżax mit-theddid.
Meta xi nies ixerrdu xnigħat dwari,
Meta xi nies ixerrdu xnigħat dwari u jfixklu t-triq tas-suċċess, li nakwista,
dan żgur huwa sinjal ta’ twissija..…..
Buffu li jien ma nagħtix kas jekk nitqiegħed f'riskju kbir;
xejn mgħandi x’nitlef!
EGO PRIMUS
Dak kollu li kont
dak kollu li jien
dak kollu li se nkun … …
L-ewwel jien qabel kulħadd
GĦALXIEX QED NGĦIX?
(ĦAIBUN)
Ħafna nies jistaqsu dan, imma jien, jien serju ħafna dwarha. Seba’ darbiet ippruvajt nagħmel suwiċidju u seba’ darbiet fallejt.
Għaliex?
Għax fil-verità kont qed niddependi minn marti biex teħlisni, għalkemm l-ewwel darba qalet li kont mejjet għal ftit minuti, imma rxoxtawni fl-isptar. (Ma niftakar xejn), qed nikwota lil marti!
Il-kura kollha, kulma niftakar li meta ħriġt, kont qed nirremetti likwidu iswed.
Biex toqtol lilek innifsek mhuwiex faċli daqs kemm jidher.
Jien beżżiegħ u rrid l-eħfef triq.
Fejn nista’ nsibha?
“Is-Silenzju Huwa Deheb” hekk kantaw it-Tremeloes;
“Is-Silenzju huwa tad-deheb Imma għajnejja għadhom jaraw
Is-Silenzju huwa tad-deheb, Imma għajnejja għadhom jaraw….”
U naturalment. “Il-Ħoss tas-Silenzju” minn Simon and Garfunkel.
“Bongu dlam, ħabib antik tiegħi, ergajt gejt bnitkellem miegħek. Għax viżjoni gdid qed teqreb bilmod u Ħalliet iż-żerriegħa tidhol go fija waqt li inkunt rieqed, u l-viżjoni li tħawlet f'moħħi għadha tibqa' gewwa l-ħoss tas-silenzju.”
Issa xi ngħidu għas-silenzju tiegħi? Huwa l-kawża ta’saħħa kbira ta' qalbi.
Xejn ma jsaħħaħ l-imħabba u r-rispett daqs ilsien sieket. Kemm kliem vili u moqżież joħroġ minnu?
Kulma naf jekk ma nifhimx is-silenzju probabbilment mhux se napprezza u nirrikonoxxi kliemi.
L-imħabba vera tistrieħ fis-silenzju tal-moħħ u tal-qalb. L-imħabba u l-passjoni huma għall-essenza; dak li n-nifs huwa għall-pulmuni; dak li n-nutriment huwa għall-ġisem; u l-ilma huwa għall-għatx.
Nista' nitgħallem aktar minn mistoqsija traskurata li nistaqsi, imma ma nista qatt nirċievi tweġiba għaqlija.
F’ħajti hemm biss mistoqsija waħda imperattiva li nixtieq it-tweġiba għaliha: -
“X’qed nagħmel ħaj?”
Mhijiex mistoqsija prerogattiva, naf, imma liema tweġiba sa nsib? Nieħu tweġiba tal-għaġeb u sensibbli jekk nistaqsi mistoqsija tal-għaġeb u sensibbli? Imma liema mistoqsija u liema tweġiba hemm biex inkun tal-għaġeb u sensibbli?
is-silenzju huwa ħabib fidil
is-silenzju qatt ma jittradixxi
is-silenzju jżomm is-silenzju ħaj
AKTAR MISTOQSIJIET
Mistoqsijiet u aktar mistoqsijiet
Ħa nieqaf minn dawn il-hmerijiet!
Qatt mhu sa nsib il-paċi tal-moħħ
Għax qalbi qed tilghab goff;
Fi kliem ieħor qed ittektek bilmod
B’hekk spiccajt nirtogħod.
Biex moħħi jsib il-paċi
Niekol kaxxa Baci;
Nuza wkoll immaġinazzjonijiet differenti
Filfatt nużahom frekwenti;
Dawn sempliċement jikkalmawni
U ta’ spiss jisfruttawni u jiddominawni.
ĦADD MHU PERFETT
Il-baqra pproduċiet litri ta’ ħalib,
iżda l-klijenti lmentaw li ma kienx xkumat
KUNĊERT TAL-AĦĦAR JEW SINFONIJA GĦALL-INQAS
Il-kordi tal-vjolin kienu jheddu,
imħalltin mat-tgergir ta’ wġigħ,
melodija ta’ niket hekk kif l-irmied jinfed l-art
u l-ħoss tas-skiet jinstema’ b’mod orribbli.
Doqqli kunċert ċkejken
u imlieni b’ħsibijiet makabri!
Qed immut, qed immut … …
Sħab skur kopra s-sema hekk kif il-vjolin daqq għall-mejtin,
u kull ma kont lissint kienet ‘requiescat in pace’.
Saħħa lill biża’ u lir-rogħda,
iż-żminijiet ħorox u l-armonija mitlufa.
Doqqli sinfonija żgħira
u imla qalbi b’imħabba makabra!
Qabel ma mmut, qabel ma mmut!
STIMA KBIRA
Kemm hu profond ir-rispett lejn r-razez,
il-kulur u t-twemmin kollha?
Għalkemm il-ħuta xorta tibqa’ fil-baħar.
Jien raġel kwiet?
Intelliġenti biżżejjed jew aktar ikkumplikat milli nidher?
Il-ħtieġa għall-imħabba hija fundamentali... ...
Hija essenzjali daqs il-ħtieġa għall-arja, l-ilma u l-ikel?
ILMA TA’ ĦAJTI
Liema ilma hemm għalija biex innaddaf lil ruhi?
Il-ħajja li ngħix tixbah oċean;
L-għadis fil-baħar huwa sabiħ,
imma naf ukoll kemm hu fond!
Kemm hi fonda l-imħabba tiegħi?
Kemm hi fonda t-twemmin fl-ugwaljanza?
MINN ESTREMU GĦALL-IEĦOR
Bniedem fanatiku jsir estrem,
jagħmel azzjonijiet eċċezzjonalment kruċjali,
u jżomm ix-xenqa għal atti ta’ xewqtu.
GĦALL-INFERN IMMUR
Se nitlaq b’diżappunt u biża’!
qatt ma nerġa’ nirkupra,
deher il-labirint stramb,
wasal jum il-ġudizzju tiegħi.
U minn id l-iskop tal-ħajja malajr se nitneħħa,
nindiffen bid-dispjaċir kbir;
f’palazz imwaqqa’ ta’ retribuzzjonijiet.
WARA KOLLOX MHUX DAQSHEKK ĦELWA
Il-vendetta mhix it-tweġiba
dak li għamluli l-ħsara għandhom jitħallsu;
mhux bil-vjolenza iżda bis-silenzju,
Għax jekk infittex vendetta, irridu nipprepara żewġ oqbra … …
… … waħda minnhom għalija wkoll.
Naf li l-vendetta hija influwenza qawwija mimlija ħsara.
