top of page

ECCE HOMO   

Taqsima 1

PREFAZZJONI

 

Ir-riżentiment, imwieled mid-dgħufija, ma jagħmel ħsara lil ħadd aktar mill-persuna dgħajfa nnifisha.

 

Ċerti kittieba jaraw l-azzjonijiet kollha ġusti.

 

Meta nieħu passiġġata żgħira mal-kuxjenza tiegħi, f'daqqa waħda, ara, moħħi jilħaq stat ta' kalma perfetta.

ECCE HOMO [1]

 

Hekku l-bniedem,

Ħarsu lejn ir-raġel.

Hekku l-bniedem,

Li huwa jien,

.......ħares lejn il-mera,

......muntun!

Inħares lejja minn ġol mera,

Kienet il-persuna tieghi.

Għaraft lili innifsi,

Lili rajt ċar,

Rajt dak kollu li skoprejt,

Rajt kemm sirt patetiku,

U emnuni ħadt ħasda kbira.

Din il-viżżjoni orribbli,

qatt qabel ma kont rajt qabel,

Kienet insupportabli.

Ippruvajt insib solużżjoni ta’ kif spiċċajt f-dan l-istat.

Il-sinjal tal-verita baqgħet stampata f’moħħi.

Kienet figura li ġġieblek ħniena,

Wiċċ imqarras,

B'daqna goffa aktar bajda milli sewda.

Osservajt ukoll li l’ghajnejn kienu mnikkta,

U f’qalbi hassejt dwejjaq kbar,

Għaliex allura lmaht dmugħ ħiereg minn go fihom.

F’dak il-moment skoprejt il-verita.

Dak li rajt fil-fatt kienet deskrizzjoni ta’ ħajja anormali;

mingħajr moralita.

Dik il-figura fil-mera ma’ nnsejta qatt!

Minn dak il-hin hlift li ma nhares izjed lejn il-mera,

Għaliex dak il-wiċċ orribli bqajt noħlom bih għal żmien

twil.

B’kunsiderazzjoni attentiva,

irnexxili ngħatti l-merja kollha (tlieta) b'xugamani u kutra,

Madakollu meta nersaq lejhom,

u għalkemm huma mgħottija,

Għajnejja xorta nżżomommagħluqa,

Meta noħrog nixtri ma nħaris izjed lejn il-vettrini tal-

ħwienet,

ir-riflessjoni tieghi abbandunajta għal kollx

U jekk ikolli bżonn nidhol minn xi antriporta, nidhol

b’għajnejja mbexqa wkoll.

Ecce homo!

Ħarsu lejn ir-ragel,

Jien! Il-figura ta’ ġol-mera!

 

L-IMĦABBA PURA LI MA TMUT QATT

 

Id-dirgħajn u r- riġlejn ma jergħux jigu lura,

Marru u stabbilew posthom fil-vojt’

Waqt li nitkellem bl-lingwa li taqsam l-għadam,

Għajnejn bikrija bi dmugħ li ma jintemm qatt.

Sa jkolli mmur mingħajr tama,

Imħabbti nħbiet għal-kollox!

Fis-sema jew fl-infern tinstab imħabti,

Hemm hekk int u jien ser nerġgħu niltaqgħu,

L-imħabba hija abbundanti u ma tmut qatt.

Sa jkolli mmur mingħajr tama

Imħabbti nħbiet ghal-kollox!

 

DEJJEM FTAKAR FUQ GĦADA

 

Dawk li jonfqu ħafna flus jemmnu li għada ma tiġi qatt -

- Imma jekk għada tasal għalihom, ikolllom bwiet vojta u

jkunu mdejqin ħafna.

 

MORT IL-ĠENNA

 

Anġli u kerubini kullimkien

L-arkanġli miġbura flimkien.

Il-qaddisin ingħaqdu fis-smewwiet

Wasalt il-genna s-saltna tas-saltniet.

L’anġli suspettivi iħarsu lejja qeghdin

Il-kerubini suspettużi bdew iħarsu lejn xulxin.

L-arkanġli ma kienus ċerti lanqas,

L-qaddisin ifitxuli d-dnubiet mohbija.

Il-genna tidher ġenna hienja

Kuntentizza sublimi minghajr tbatija.

Pietru f'idejħ izomm iċ-ċavetta tal-ġenna

Filwaqt li Pawlu jilqa l-erwieħ b'idejħ miftuħa.

Mattew u Ġanni, Marku u Luqa

L-evanġeli gew misruqa.

Gabriel jinvestiga s-sitważżjoni

Mikiel jirrifletti fuq din l-ażżjoni.

Il-mulej lil-erwieħ joffrilhom l-kwiet

Ommu bil-qegħda ħdejħ titbissem fis-skiet.

Jien madwarhom iċċassat inħares lejhom

rajt lill kulħadd ħieni minn barra jien!

Il-fjur u pjanti ta’ kul kulur ta’ ġmiel mistur

Gesu waħdu taħt sigra qalbu bl-imħabba tagħna tfur.

TEFGĦA TA’ ĠEBLA

 

Kollox vojt ġo fija

Ħadd ma jimpurtaħ minni

Is-solitudni qed toqtolni bil-mod fittitx u ma sibtx

Ghajjat u ma semghani hadd tlabthom biex jghinuni,

It-talb waqa’ f’widnejn torox.

Hadd ma ntebah

L-uġigħ huwa mpossibli

Għixien f'dinja ta' fantasija mimlija bil-memorji ambigwi.

Ma jimpurtax kemm jgħaddi żmien

Sa l-aħħar ir-rota bdiet iddur,

Iddur lejn ix-xaqlibha tagħkom fl-aħħar tal-ħin

Tintebħu li ntkom kontu qed tgħixu f’dinja fantastika wkoll.

Mimlija dubji,

Anzjuza,

tormentata,

Kollha tbatija

Mingajr kuntentiżża u bla qalb.

 

FANTASIJA

(Poeżija Mingħajr Sens)

 

Il-qamar jiddi f’nofs in-nhar

Ix-xemx taħraq wisq filghaxija

L-istillel sparixxaw

Il-farfett tbidel f’baħrija.

It-tieġieġa biedet papra

il-fenek ħexa l-għasfur

Il-ħamiema kielet ratal spagetti

Ir-rix tal-pagun mingħajr kuluri.

Il-ħmara werżqet twerżiha maħnuha

I-iemal gerrie quddiem kuladd

il-baqra ħarget tqila

In-nagħġa raqdet fuq il-blat.

Il-mara inxħiet ma kelb tal-kaċċa

il-pufta qagħta żobbu bl-imqass

il-lesbjana marret mal-pappagal

U jien imxejt pass ma pass lejn s-sema.

Id-dubiena belgħat moża

il-gurat xorob tażża mbid

il-fekruna telqet tiġri

Il-vopa saret ħbieb mal-mażżit.

Dawra durella

kullhadd ferħan

jiena mhux ragel

imma baħnan.

 

REŻISTENZA

 

Nista' nirreżisti kollox -

- ħlief it-tentazzjoni tal-flus

 

IL-LOGĦBA

(Poeżija Mingħajr Sens)

 

Il-ballun ħabat mal-lasta,

iż-żobb daħal fil-port;

Ir-riglejn infetħu beraħ

U mal-pastiżż jiena mort.

Il-ballun daħal fix-xibka,

iż-żobb raqad malajr;

Iż-żejżiet daru dawra durella,

u lil pastizz tawħ ġieħ

Il-ħin għadda u l-logħba spiċċat,

Il-pastizz għalaq għajnu,

iż-żobb ixxarrab għasra;

U jiena mort ħadt banju.

 

IS-SBUĦ IJA

 

Bħal ħolma li mhiex mixtieqa,

l-warda bajda tinbidel u ssir ħamra

kaxxa-forti mimlija b-emozzjonijiet mill-isbaħ

waqt li jippermettuni naprezza d-devożżjoni ta’ sbuħija

pura;

L-imħabba ħarset l’ejja,

qalbi ċediet u tagħha sirt skjav.

Kont qiegħed fid-dawl

u spiċcajt fid-dlam;

mill-gdid hemm bzonn li nibda ħajja ġdida

Is-sbuħija tal-grażżja għelbitni għax kont batut

l-attrażżjoni nfinita tiġi b’xejn,

mingħajr prosperita tagħtini spjegażżjoni vera ta' ferħ u

sbuħija

tikkonvinċini b’riħa ħelwa ta’ success naturali.

 

TERRORIŻMU

 

Ix-xemx fis-sema tirrenja.

il-qamar rieqed fis-skiet;

fis-suq il-bomba splodiet

 

IMĦABBA ANŻJANA

 

Il-maħbubin anżjani

Fix-xibka tas-sess jinqabdu malajr

Snin foloż u tbissim imqanżaħ

jinħxew mingħajr ħajr.

 

IPPRUVAJT

 

Ħsibt li għamilt kollox tajjeb,

ix-xitan daħħalni fl-infern,

It-tentażżjoni kienet kbira wisq

minnflok fil-ġenna spicat fl'infern.

 

MHUX L-ISTESS

 

Il-ħarsa innocenti

riflessjoni falża ġol-mera

il-ħazen ma jistaħbiex

 

SUBGĦA EWLIENI

 

Minn ħames swaba wieħed huwa principali,

il-wieħed tan-nofs jiprovdi pjacir naturali;

subgħa li jagħmel ħafna differenza,

jekk Jintuza bir-reqqa u bil-prudenża.

Bejn divertiment u nuqqas ta' sodisfażżjoni,

huwa s-subgħa ta’ frustrażżjoni.

jekk x’sa tuzaħ, uzaħ f’post importanti,

biex takwista sentiment enormi w eccitanti.

 

IL-ĦAJJA

 

Itgħallem kif tgħix ħajja kompluta

il-jum Diġà tkellimtt jintemm

Hekk ukoll it-tagħlim provokattiv

int u jien nispiċċaw f’cappa demm.

 

L-ARLOĠĠ

 

Ieqaf!

U ittektikx izjed ,

Għax qed iweggħali rasi,

Dejjem ittektek,

Ma tieqaf qatt.

Għaliex ittektek il-ħin kollu,

B’rittmu krudili,

Mingħajr waqfin?

Qed nordnalek biex tieqaf,

M’hux sa jobdini,

F’għox l-arlogg imdendel mal-ħajt.

Għidltlek ħallini waħdi,

Irridek tħallini fi paci,

Sakemm jasal il-jum fatali,

U qalbi tieqaf ittektek ukoll.

 

ERBGĦA U GĦOXRIN SIEGĦA

 

Hekk kif id-dinja ddur, ix-xemx tevita l-qamar... ...

... ...ġurnata oħra

 

AWGURI LILL KLIJENTI ANŻJANI

 

Hija tirrappreżenta l-arketip tal-prostituta,

magħrufa wkoll bħala l-alla tal-Kamasutra,

immexxija minn proxeneta intelliġenti b'poter sħiħ fuqha,

imħabba w affezzjoni estensivi ma jeżistux.

Hija ġġib abbundanza ta' sodissfazzjon lill-klijenti anzjani;

possibli bl-abbiltà eċċeżżjonali li għandha.

Huwa ħasra li ma żżommx il-flus li taqla għaliha nnifisha';

F'din id-dinja nsibu hafna ċwieċ.

 

ROMEJO U GULJETTA

 

Romejo miet mingħajr sodisfazzjon sesswali ... ...

... ... Guljetta mietet u hekk ukoll il-verġinità tagħha

 

TABILĦAQQ POŻITTIVAMENT

 

Kull meta jdejja u moħħi jingħaqad flimkien b'għan komuni;

inħoss xewqa qawwija li nagħmel xi ħaġa tajba.

Kemm jekk inkun bilqiegħda nikteb xi poeżija,

fil-kċina nipprepara l-pranzu,

fil-ġnien nieħu ħsieb il-fjuri,

jew naqsam il-hin mal-kumpanija man-nisa.

Meta l-ħsibijiet u x-xenqa jingħaqdu flimkien,

inħossni meraviljuża,

imma wkoll misterjużament hekk!

(U din l-emozzjoni insiba stramba wkoll.)

 

MINGĦAJR RIŻERVA

 

Għandna biżżejjed reliġjonijiet li lanqas nafu liema Alla

naduraw -

- imma mhux biżżejjed imħabba għalhekk ġġagħalna nħobbu x’Xitan

 

MISTOQSIJA IMPORTANTI LI MHUX IMWEĠBA SEW

 

Liema mistoqsija qatt ma ġiet imwieġba sew u biex tiġġustifika li nistaqsiha?

Fir-rigward tiegħi ma nafx it-tweġiba, dan żgur!

Minkejja s-sitta u sittin sena tiegħi naħseb u nixtieq inkun naf dwarha.

'Min jew x'inhi mara?'

Eleanor Roosevelt qalet li

“Mara hija bħal borża tat-te –

ma tistax tgħid kemm hi b’saħħitha sakemm ma tpoġġihiex f’ilma sħun.”

Filwaqt li Mao Zedong qal dan

“In-nisa jżommu nofs is-sema”

U jien nitkellem ukoll

“Mara hija misteru maħluq biex jaffaxxina, iqajjem, u jgħaqqad il-verità.

Madankollu, ħafna rġiel ma jistgħux jgħixu f’din il-ħajja mingħajrha.

Ħallini ngħix, nitkellem u nitħallat man-nisa u nkun raġel tajjeb ħafna.”

FTIT FWIEĦA JEKK JOGĦĠOBKOM

 

Huwa importanti hafna li l-gvernijiet u l-ħrieqi jridu

jinbidlu ta’ spiss -

- b’hekk nevitaw ir-riħa qawwija ta' defekazzjoni

 

BIŻŻEJJED MINN DAWN IL-ĦSIBIJIET FOLOZ

 

Mimli bi ħsibijiet orribbli,

moħħi żvojta għax pretenzjuż u vojt!

inħares b'ħarsa kerha lejn wiċċi ninduna li jien blasfemu w

imniġġes,

inħoss niket għax nieħu nifs t'arja avvelenata.

Mill-oskurità tat-tbatijiet ninħeba,

id-dellijiet ta' għemejjel xewqażi jterruni.

nista' biss nibqa' ngħix b'ħtija mikxufa?

 

ECCE HOMO [2]

 

kuruna tax-xewk imdemmija

mhux tiegħi l-konvenjenza

għajta umana qawwija l-konvenjenza

 

MITLUFA U MISJUBA

 

Fl-infern,

bi tbissima sforzata,

inħares madwari,

hemm u lil hinn,

nipprova nsibha,

hi, li kkundannatni hawnhekk,

tabilħaqq, naf fic-cer li tgħix f'dan l-abbiss,

imbeżża',

moħbija f'xi rokna,

waħedha.

Niprova nagħlaq għajnejja biex ma narahiex,

Ima naraha,

wieqfa ħdejn ħajt għoli,

imbarazzata,

mingħajr ħwejjeġ,

fid-dlam tal-post imsejjaħ infern!

Smajt,

il-lament….

il-lament tagħha,

mhux sodisfatta min ħajti,

taħt l-illużjoni tal-imħabba,

miegħi u mal-ieħor,

qatt kuntenta.

Għedt,

"Kif in, mara konfuża,

sibtu il-ferħ? Tinsab kuntentaissa?",

"Forsi għadek mitlufa mill-ġdid,

bħal il-bieraħ, illum u għada?"

Niprova nagħlaq għajnejja biex ma narahiex,

imma ergajt rajta,

smajta,

kellimta b’rabja,

ridt aktar retribuzzjoni,

aktar u aktar

għandi bżonn tpattija,

għandi bżonn il-paċi tal-moħħ!

 

NAĦSIEB MINGĦAJR BIZA’

 

Iż-żiffa friska tista’ tnaddaf il-qalb,

jekk ikollok qalb maħmuġa tkun għal dejjem fil-periklu,

fi żmien ta’ konfużjoni, L-għarfien huwa meħtieġ,

minkejja l-aggressjoni tal-mibegħda.

Li toqtol lill-proxxmu tiegħek saret moda,

l-għira tqanqal il-kawża,

deċiżjonijiet avversi jikkontrollaw il-ħażen,

bi zmien ilkoll insofru l-konsegwenzi.

B’leħen għoli, ngħajjat għal għaqda tal-qlub,

għix, ħobb u ixxennaq għal ħbiebek,

ħsieb pożittiv , insa in-negativita,

insa l-iżbalji tal-passat,

u li teqred il-mibegħda hija ħaġa essenzjali.

 

UNIVERS TAL-KLIEM

 

Xemx tiddi

tfal jieħdu gost jilagħbu ferħana

Il-qamar radjanti

kriminali mxerrdin,

kwiekeb jiddu

huma memorji ta' poeta,

imbeżża' minn kometa li se taqa' fuqna

mixtieqa li ma tolqotx id-dinja.

Jiġri x'jiġri

fuq din l-art nibqa'.

 

POEZIJA ĊKEJKNA TAL-MILIED

 

Santa Klaws miċ-ċumnija waqa' fuq sormu

Kliem ħazin u oxxen hareg minn fommu!

 

ĊIKKU IĊ-ĊELIBAT

(Epitaffiju)

 

F’dan il-qabar hawn midfun

ĊIKKU VASSALLO

qatt ma kien ħareg mara f’ħajtu kollha,

dan issiġilla id-destin tiegħu!

kien twieled verġni,

u miet mingħajr ħaxja

ILLUM GĦALAQ ZMIENU

 

l-ebda rigali ma kellu mgeżwra

ir-raġel xiħ bid-dmugħ kiesaħ go għajnejħ

miskin waħdu u konfuż

JIEĦDU BISS

 

bnedmin b'kompassjoni

il-mewt ma tikkompressax

tiġi u tieħdok…Fejn?

bottom of page